GHAX HADTU, MULEJJA?
(wara l-mewt ta' missieri, li grat fit-23 ta' Novembru, 1993)

Kif nezghu is-sigar f'Novembru,
u l-jum kwazi nsteraq mill-lejl,
staqsejteK, nitbekka,"Ghax hadtu?"
Wegibtni, "Ghax JIEN il-Mulej!"

Jien lilkom selliftu bla rabta,
u issa JIEN ridtu bla jdum,
Tul hajtu tassew kien ihobbni,
u xtaqni qrib tieghu kuljum.

U issa ghax tieghi, gie qribi,
w jismaghni nkellimkom kuljum,
bi tbissima bhal dejjem fuq fommu,
mill-hsieb illi jkiddu miftum.

Ghidtilkom li qatt ma jmut bniedem,
li jhobbni, li jhobb lil kulhadd.
Min jerfa' salibu u jinxi
fuq kliemi, ma jista' jmut qatt!

Il-weggha tal-firda hi kbira,
l-ispirtu tal-gisem mitluq,
'ma l-ghan ta' kull hlejqa hu wiehed,
ir-rebh'ahharija tar-ruh.

Mario Mangion
is-Siggiewi
26.11.93