Anke iz-ziffa sajfija issa hdiet,
ghajjiet....
u l-qamar kwinta
fis-smewwiet
johloq biss dellijiet,
u jixghel fija l-isthajjil,
jaghti l-hajja 'l hsebijiet
ta' tifkiriet,
-waqtiet bla rbit,
ta' hin jew zmien,
ta' bidu,
ta'tmiem.
Bil-hlewwa nisimghek
tistqarrli f'widnejja
u tghidli li thobbni.
Inhares, ha nifhem,
fil-fond ta' ghajnejk,
u miehgek
u hdejk,
f'tghannieqa ta' mhabba
li xxabba' l-widien,
imqaxqxa sa guf ommhom
wara n-nixfa sajfija,
nistqarrlek li nhobbok
u tieghek jien biss.
Mill-gdid tqum iz-ziffa,
melliesa....
sajfija....
u zzeffen il-weraq
f'valzer ta' dellijiet
li jsahhru dal-wied,
u nisma' ta' dari l-ghanjiet,
fil-boghod....bil-mod....
bla jiksru il-kwiet,
ta' dal-lejl t'imhabba
bla bidu, bla tmiem,
bhal bahar bla qies.
Hekk, jien u int biss,
int u jien biss....
f'dil-halfa qaddisa t'imhabba
li ilha tingema',
titrabba',
u tirbah kull ghawg
u kull xkiel,
ghax samma daqs blata
zonqrija,
ghax ferma daqs fehma
ta' mhabba,
li bdiet fiz-zoghzija,
ghalik, u ghalija.
Mario Mangion
Is-Siggiewi