OLOKAWST
(lill-vittmi tat-Tarzna, u lil qrabathom - 3 ta' Frar, 1995)


Kemm xrafet il-qoxra ta' hobzna,
u tobrox l-ihinka mdemmija
fid-dalma fahxija
ta' lejla xitwija fi Frar!
'L boghod mis-shana fissieda tal-gvieret,
imtertqa huggiega fuq midbah
ix-xoghol.....
Olokawst gdid,
olokawst kbir,
ta' hutna haddiema,
b'gisimhom il-bierah sewdien
bi skorcet il-hidma,
illum bl-irmied xejjin
li jtemm hajja qatigh.
U l-ghajta tar-romol iddamdam,
u l-bikja ta' l-orfni iddum,
bhall-karba bla sahha ta' l-Omm
b'Binha f'hogorha mitluq.
Ha titla' did-dahna bajdana,
'l fuq, fil-gholi....
'l hinn mis-swar kbar,
w tikkonsma go l-ilsna tan-nar
kull dell ta' pregudizzju sfrenat.
Ha jkun dan kollu tifkira ta' nieqa
hawtiela,
fejn kollox jitwieled,
w jitghammed bin-nar
li jdewweb hadid u azzar.

Mario Mangion
Is-Siggiewi
4.2.95