Sabiha s-Sbuhija

U issa s-sbuhija
warrdet ward helu,
Ghax ghada tal-gonna
jinfethu l-bibien.

Kont tfajjel mill-ikreh
ta’ Brejbes holqien
Nitghajjar fil-ghodu
Nitghajjar fl-ghaxija

Nizzeblah fil-gonna
fejn ghada
jinfethu l-bibien...

Fittixt il-hajja
Bahar jaqsam fis rajt,
Fittixt id-dalma
Sur gholi biss hajt.

U wara zmien helu
ma’ Alla s-sbuhija
Inkanta ma’ l-Angli
bhal sirt xi tarbija.

L-imhabba minn Alla
tant helwa u bnina
sfat dahna...
Minn t’Alla s-stmerrija.

B’hekk nahrab minn arti
biex forsi xi darba
Fid dawl insib rokna
fejn Alla ihobbni.

Nitbieghed ikolli
Mill-benna ta’ l-ghasel
ta’ Malta l-ilsien.

B’ta’ gidi l-misteru
Ta’ Mohhi t-tkexkix,
Ma nafx fejn se nisfa
Ma nafx fejn se nnin.

U s’issa baqghali
tad-dalma s-sbuhija,
tad-dinja t-taghbija,
kenn biss f’dil-poezija.

Mirka Mifsud Bonnici

April 1997

NEXT POEM

PREVIOUS POEM

HOME