L-istatwa tad-Duluri fil-Knisja Parrokkjali ta' l-Immakulata Kuncizzjoni fil-Hamrun. Xoghol ta' Wistin Camilleri Cauhi fil-kartapesta.
Ghalkemm f'bosta irhula ma tigix organizzata Purcissjoni tal-Gimgha Mqaddsa xorta wahda jibqa il-fatt li din il-festa tgawdi certu devozzjoni, f'kull lokalita f'Malta u Ghawdex. Basta nghidu li kwazi kull Knisja u Kappella f'Malta u Ghawdex ghandhom statwa li tirraprezenta id-Dulur ta' Marija. Anke` fil- Parrocca taghna tigi organizzata il-Purcissjoni bl-istatwa tad-Duluri. Din is-sena ser tohrog nhar il-Gimgha 22 ta' Marzu 2002, ghal habta tas-6:00pm u tkun akkumpanjatha mill-Boys Scouts tal-Hamrun.
Il-Gimgha l-Kbira fil-
Gzejjer Maltin
Id-Devozzjoni lejn il-Passjoni u l-Mewt ta' Sidna Gesu` Kristu, tibda tinhas hekk kif jibda r-Randan, ezatt wara hamest'ijiem ta' xalar, briju u tbahrit fil-Karnival. Il-poplu Malti u Ghawdxi jibda jahseb ghal dawn il-granet bil-wisq gheziez ghalih minn Ras ir-Randan, -il quddiem jibdew l-ezercizzji, funzjonijiet u jibda l-armar fil-Knejjes. Tibda ukoll it-thejjija u l-organizzazzjoni tal-Purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira.
Il-Purcissjoni tal-Gimgha Mqaddsa hija wahda mill-eqdem tradizzjonijiet kattolici li missirijietna dejjem ghozzew u kabbru mill-ahjar li setghu. Fil-fatt l-eqdem pucissjoni tmur lura ghas-Seklu SbataxDan gara wara li kienu dahlu l-Kavallieri ta' San Gwann f'Malta. Huma kienu gabu maghhom bicca mis-salib u xewka mill-Kuruna tax-Xewk ta' Kristu. Dawn kienu meqjuma fil-knisja; illum il-Konkatidral ta' San Gwann. Din il-Purcissjoni Bibblika, b'forma ta' pageant li eluf kbar ta' Maltin u turisti jimlew kull rokna ta' kull rahal nhar il-Gimgha l-Kbir, biex jiflu u jammiraw din it-tradizzjoni ta' l-akbar grajja.
Dawk il-bliet u l-irhula li jorganizzaw il-Purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira huma erbatax (14) f'Malta u hamsa (5) f'Ghawdex. B'kollox jingarru 130 vara f'Malta u 43 vara f'Ghawdex. Ta min isemmi li fix-Xaghra Ghawdex, jinstab sett ta' tmin vari. Hawnhekk ma issirx purcissjoni nhar il-Gimgha l-Kbira izda issir pageant f'gieh u f'nhar id-Duluri. Il-purcissjonijiet insibuhom mxerdin sewwa mal-gzira. Tar-Rabat (Malta), li tohrog mill-Knisja ta' Santa Marija ta' Gesu` tal-Patrijiet Frangiskani Minuri hija x'aktarx l-eqdem wahda. Hawnhwkk insibu wkoll l-eqdem statwa tal-Gimgha l-Kbira;  dik tal-Marbut 
Wara din il-Frangiskani komplew xerrdu id-devozzjoni, fejn malajr insibu li bdiet tohrog il-purcissjoni mill-Knisja ta' Giezu fil-Blet Valletta. Aktar tard bdew jigu organizzati ohrajn. Dawn kienu tal-Kottonera; il-Birgu, Bormla u l-Isla rispettivament. Fiz-Zebbug (Malta) bdiet tohrog ghall-habta tal-1750 u fin-Naxxar bdietissir il-purcissjoni b'numru ta' statwi. Ftit snin wara bdiet tigi organizzata dik li tohrog mill-Knisja ta' San Gorg, Hal-Qormi. Fil-Gharghur il-purcissjoni bdiet fl-1792 fejn l-ewwel darba li harget kellha zewg statwi. F'dak iz-zmien bdiet dik ta' Hal-Luqa. Hal-Ghaxaq beda jorganizza l-purcissjoni ghall-habta ta' l-1821 u fl-1866 harget ghall-ewwel darba mir-Rotunda tal-Mosta. L-aktar purcissjoni ricenti  bdiet tohrog fl-1945 mill-Knisja ta' Kristu Re, Rahal Gdid.
F'Ghawdex l-eqdem purcissjoni hija dik li tohrog mill-Bazilika ta' San Gorg fir-Rabat. Din bdiet qabel l-1809. Il-fuq minn mitt sena wara  nibtet tar-rahal tan-Nadur u fl-1914 bdiet tohrog il-purcissjoni mill-Knisja tal-Vitorja tax-Xaghra. Waqt li fl-1918 zdiedet u bdiet il-purcissjoni tar-rahal zghir u pittoresk taz-Zebbug. L-ahhar purcissjoni li twaqqfet f'Ghawdex harget nhar it-31 ta' Marzu 1986 mill-Kattidral tar-Rabat. Il-Purcissjonijiet mhux dejjem kienu isiru nhar il-gimgha, bhal ma nafuhom illum. Qabel kienu jsiru f'Hamis ix-Xirka u f'Hadd il-Palm, fejn kienu johorgu ghal xit-8:00pm u anke` jdumu sa nof il-lejl. Fl-1879 wara ordni ta' l-Arcisqof Carmelo Scicluna, bdew isiru fil-gurnata propja tal-Gimgha l-Kbira. Baqa` biss zewg pucissjonijiet f'Malta, dik tal-Gharghur u ta' Hal-Ghaxaq fejn tnehhew mill-Gimgha u bdew isiru f'Hadd il-Palm. Dan gara ghaliex billi hemm purcissjonijiet ohrajn fil-qrib taghhom li jigbdu aktar nies kienu sejrin lura. Fir-Rabat f'Ghawdex peress li hemm zewg purcissjonijiet, ntlahaq ftehim li jalternaw sena kull wiehed, billi meta ma' jghamluhiex nhar il-Gimgha l-Kbira mill-Kattidral tohrog f'Hadd il-Palm u minn San Gorg f'Hamis ix-Xirka.
Il-Kurcifiss li jintrama ghal-zmien ir-randan fil-Knisja Parrokkjali ta' l-Immakulata Kuncizzjoni fil-Hamrun. Xoghol ta' Michael Camilleri Cauhi fil-kartapesta.
Il-vara li tirraprezenta lill-Sidna Gesu` Kristu imlibbes porpra u kuruna tax-xewk. Hawn narawh qed jigi pprezentat minn Pilatu u Kajfa(il-qassis l-kbir). Din il-vara hija wahda minn sett ta' tnax f'Hal Qormi
Il-vara ta' l-Ecce Homo. Din il-vara hija wahda minn sett ta' tnax fiz-Zejtuni
Il-vara ta' Guda jitradixxi lil Gesu`. F'din il-vara insibu wkoll lil Pietru. Insisbuha fin-Naxxar.
Il-vara ta' Gesu jitlob fl- Ort tal-Getsmani. Xoghol sabih fil-kartapesta li tohrog minn Bormla.
BACK