L-storja tal- Ghaqda Muzikali Immakulata Kuncizzjoni hija per necessita` wahda qasira u dan ghaliex twieldet biss 30 sena ilu. Madana kollu hija storja interessanti u mportanti ghall- Hamrun. Fl-1978, is-Sur Anthony Borg gieh il-hsieb li jifforma socjeta` tal-muzika, fil-parrocca tal-Immakulata Kuncizzjoni fil-Hamrun. Ghal daqstant sab xi persuni li kienu midhla sewwa tal- muzika biex jghinuh halli jkun jista` jwettaq dan il- hsieb tieghu, Fil-bidu tas-sena 1979, is-Sur Borg avvicina lil Maestro Carmelo Schembri u stiednu biex ikun hu bhala l-ewwel surmast direttur tal-banda l-gdida. Ghalkemm it-twegiba kienet fin-negattiv, dan wieghed li hu kien lest li jghin. Sahansitra ha l-inkarigu li jqabbad assistent surmast. Ezattament fil-festa tal-parocca ta' l-istess sena, waqt il-marc li kienet qed taghmel il-banda tal-kazin San Gejtanu, fi triq il-Fatati, is-Sur Borg iltaqa mal-Maestro Alfons Maria Vella u talbu biex flimkien jghaqqdu banda. Dan accetta u s-Sur Borg kompla jsib in-nies kemm biex jifforma l-kumitat ezekuttiv, kif ukoll biex ikabbar l-ammont ta' membri msehbin fl-istess socjeta`.
L-ewwel laghqa, li saret nhar il-Hamis 22 ta` Awissu 1979, inhatar kumitat ezekuttiv b'din il-formazzjoni: President, Segretarju, Assistent Segretarju, Kaxxier, Assistent Kaxxier, Direttur Generali, Surmast Direttur, Assistent Surmast Direttur u Delegat Banda. Din il-laghqa saret fil- "Victoria United Football Club", li kien jinsab fi Triq Barth, Hamrun, u li ghal xi zmien il-laghqat tal-kumitat u taghlim muzikali lill-allievi, baqa` isir f'dan il-kazin. F'din il-laghqa ukoll gew decizi kif ghandu jkun l-isem tas-socjeta` u l-kulur ta' l-istandard. L-isem kellu jkun "GHAQDA MUZIKALI IMMAKULATA KUNCIZZJONI ~ HAMRUN", u l-istandard bil-lewn abjad, b'faxx tad-deheb fit-tarf, u bis-simbolu tan- "NOME DI MARIA", fin-nofs, ukoll irrakmat b'hajta kulur id-deheb. Delegazzjoni ta' hames min-nies, ghamlet zjara lill-Wisq Rev. Kappillan Dun Manuel Agius, f'Awissu ta l-1979. Fost affarijiet ohra tressqu ghad-diskusjoni xi punti dwar is-sehem li ser ikollha l-banda fil-festa, u l-lokal addattat ghat-taghlim tal-muzika, kif ukoll il-hatra ta' Direttur Spiritwali ghas-socjeta`.Il-Wisq Rev. Kappillan laqa` b'approvazzjoni tad-delegazzjoni, u wieghed li jkun ta' ghajnuna fejn ikun possibli. Giet deciz li il-gurnata li fiha twaqqfet ufficjalment il-banda kienet fid-29 ta' Awissu 1979. Fil-laghqa li saret fid-9 ta' Settembru ta' l-1979, gie decizz li l- Wisq Rev. Kappillan Dun Manuel Agius, jinhatar bhala President Onorarju. L-ewwel Diretur Spiritwali ta' l-ghaqda kien Dun Guzepp Mifsud Bonnici u s-successur tieghu kien Dun Manuel Agius. Illum id-Direttur Spiritwali tas-socjeta` huwa il-Wisq Rev. Kappillan Dun Salv Borg. Fit-23 ta' Novembru 1979, inhatar bhal Konsulent Legali, l-Avukat Dr. Farrugia Sacco LLD, li wara li ghamel xi zmien f'din il-kariga sar President tas-Socjeta`. Illum bhala Konsulent Legal nsibu lill-Avukat Dr. Domnic A.Cassar LLD., li ukoll ghamel xi zmien fil-kariga ta' President tas-socjeta`. Wara perjodu ta' ftit xhur, il-kumitat beda jahseb biex isib lokal u kera garaxx, fi Triq Kanonku Bonnici. Minn hemm sab post iehor fi Triq Guze` Pace, li llum hija il-Banka tal-Lottu tal-Kazin taghna. Wara ftit zmien, il- "Victoria United Football Club", talbu lill-kumitat biex is-socjeta` tal-muzika tinaqad ma dik tal-Victoria, u l-laqghat jergghu jibdew isiru fil-kazin tal-futbol. Din il-proposta giet milqugha u b'hekk saret amalgamazzjoni bejn iz-zewg kazini. Pero dan il-pass ma tantx dam wisq, peress li kien hemm xi membri li xtaqu jkunu ndipendenti avolja l-banka ma kenitx post kbir. F'dan il-perjodu, il-banda kienet mistiedna biex iddoqq fil-Hamrun gha diversi okkazzjonjiet, wara anke` f'irhula bhall-Bidnija, Had-Dingli, Balluta u Santa Vevera. Il-lokal dejjem kien problema, u l-kumitat dejjem harstu biex isib post addattat, u fl-1981 l-ghaqda xtrat post go Triq Villambrosa, li fih ghamilna xi sentejn, biex wara nxtara post fi Triq Kappillan Mifsud. Illum ergajna ccaqlaqna (nisperaw li tkun ta' l-ahhar...) billi ricentemant ghamilna akkwist ta' post akbar u f'puzizzjoni aktar promonenti fi Pjazza Kappillan Muscat, ftit passi l-boghod mill-Knisja Parrokkjali. Grajja li ma ninsewa qatt hija dik meta il-maggoranza tal-membri prezenti f'Laqgha Generali Annwali, li saret 1993, li xtaqu li l-kulur tas-socjeta` jinbidel. Il-kulur gie IKHAL u s-simbolu tan-Nome di Maria nbidel ma wiehed aktar modern. Il-Bandiera flimkien ma l-Istandard gew mbierka, f'festin zghir li sar gewwa l-kazin stess nhar l-10 ta'Mejju 1993, mill-Kappillan u Direttur Spiritwali ta' dak iz-zmien Dun Manuel Agius. Kellna diversi okkazzjonijiet ta' success bhall-Akkademja li saret fil-Knisja Parrokkjali nhar is-26 ta'Mejju 1993, fl-okkazzjoni tal-25 sena mit-twaqqif tal-Parrocca. Il-Programm ta' Muzika Klassika li sar fit-Teatru Manoel fis-27 ta' Novembru 1993. Kien presenti ghal dan il-programm il-President tar-Repubblika l-Eccellenza Tieghu Dr. Censu Tabone. Hadna sehem f'attivitajiet tal-massa organizzati mill-Kumitat Festi Nazzjonali, li kienu bosta u f'diversi snin wara xulxin. Selimna lill-Qdusija Tieghu l-Papa Gwanni Pawli II meta gie Malta l-ewwel darba, b'marc hdejn l-allogg tieghu. Fl-okkazzjoni tal-Loghob tal-Pajjizi z-Zghar, li sar hawn Malta f'Mejju 1993, is-socjeta` taghna hadet sehem billi wasslet it-Torca tal-Ftuh hdejn il-kazin, imbaghad membru taghna wasslet t-torca sar-'round about' ta' Fleur De Lyes. Iccelebrajna mall-Hamnrun Spartans fir-rebh tal-Kampjonat tal-Futbol, u katar ricenti fiz-zmien (2000) ghat-tlugh fil-Premier Division. Daqqejna ta' gheluq mid-90 sena mit-twaqqif tal-kazin ta' San Gejtanu fl-1996. Daqqejna diversi drabi fir-residenza ghall-anzjani San Vincenz De Paul, biex inferhu lir-residenti, u aktar ricenri din is-sena, ghall-Ftuh Ufficcjali tas-Serenity Wards f'Marzu li ghadda. Daqqejna ghall-ewwel Parata tal-Baned ghall-Karnival 2001, li saret fi Triq il-Kbira San Guzepp, il-Hamrun. Dan kollu apparti s-servizzi tal-Banda taghna fil-Festa tal-Parrocca, li hadu posthom sewwa fil-kalendarju taghna, fosthom il-marc tat-tfal li jsir bl-allievi tal-banda mejjuna minn bandisti ohrajn, il-marc tal-Hamis, il-Program Strumentali li jsir quddiem il-Knisja u wara marc brijjuz, u naturalment il-marc tradizzjonali tal-Hadd filghodu.Illum il-gurnata rridu nghidu li s-socjeta` taghna qed tiehu sehem bis-servizz tal-banda tull il-festa kollha permezz ta' ,marcijiet li jsiru l-Hamis, il-Gimgha, Program u marc is-Sibt u Il-Hadd filghodu.
Kif qed taqraw il-kumitat kemm presenti kif ukoll dawk ta' qabel dejjem stinkaw kemm felhu biex il-Banda taghna tkun wahda minn ta' quddiem f'Malta. Ghalkemm xi ftit zghar, izda l-qalb hija kbira u lesti ghax-xoghol, aktar u aktar issa li xtrajna kazin gdid. Fl-1 ta' Awissu 2002 trasferejna ruhna fil-post il-gdid, fi Pjazza Kappillan Muscat, u din is-sena kellna l-unur nghidu li Ftahnieh Ufficjalment ezattament fl-Okkazzajoni tal-25 Sena Anniversarju mit-twaqqif tas-socjeta taghna jigifieri nhar id-29 t'Awissu 2004, mill-Profs. Giudo de Marco President Emeritus ta' Malta. Il-lapida kommemorattiva tbirket mill-ex-kappillan tal-Parrocca Dun Nazzernu Caruana. Apparti dan kollu l-lokal gie imhallas u issa nistghu nghidu li m'hemmx dejn fuqu. Wara li hallasna id-dejn fuq il-post, rajna kif ghamilna u studjajna progett ta' ristrutturazzjoni. Dan kien ifisser li inwaqqghu bicca min wara tal-kazin u nergghu nibnu bicca ohra floka. apparti hekk komplejna fuq u ftahna sala u kamra fuq il-bejt. Din kienet l-ewwel fazi tal-progett tar-ristrutturar. Wara dan inbdiet it-tieni fazi tal-progett li kienet tikkonsisti fil-bdil tas-sistema sanitarja, dawl u ilma u kisi tal-lokal. NIstghi nghidu li din il-fazi kwazi lesta minnha ukoll. Issa ghad-fadal it-tielet u l-ahhar fazi tal-progett li tikkonsisti fl-abbelliment tal-lokal. Dan jinkludi suffetti, irham ghat-turgien, poggamani, purtieri ecc. Dan kollu ser nippruvaw naghmluh sal-festa 2009 fejn niccelebraw it-30 Sena Anniversarju mit-twaqqif tal-kazin. Apparti dan qeghdin nahdmu sabiex naggornaw l-istatut tas-socjeta`, ghall-wiehed aktar modern. Sar ukoll inventarju tal-muzika li tinsab fil-kazin u issa nistghu nghidu li ghandna arkivju sabih ta' muzika. Sar ukoll inventarju tal-istrumenti tal-kazin fejn anke` gew ritornati xi strumenti antiki li kienu barra min bandisti tal-post antiki. Tul dawn l-ahhar 3 snin hargu 3 bandisti tal-post grazzi ghall-hidmet l-ass. Surmast Direttur Mro. Tony Carbonaro u rridu nghidu li hemm nuru sostanzjali ta' Allievi qed jitghallmu strument fil-kazin.
Illum ninsabu kommessi li nghatu rigal kif jixraq lill-membri tas-socjeta`, parruccani u benefatturi - rigal li jibqa ghall-generazzjonijiet li gejjien.
|