Inizjamed

Big Torino 2000

 

"Ferita fir-Rahal"

Bernard Micallef

 

Meta jitolbuk tikteb grajja dwar iz-zmien, u tkun grajja li trid tinghad fi ftit hin, semmi hafna l-minuti u s-sighat biex l-udjenza tahseb li ghadda ghomor. (Konfucju – meta kien ghadu student tieghu nnifsu)

 

Hlief ghaz-zmien, kollox kien joqoghdilha sew lil Marija. Zmienha kien it-tibdila li tidher l-aktar fuqha, u l-unika li qatt ma libset jew nezghet. L-armla kienet toqghod ghoxrin sena boghod mill-mewt ta’ ragel twajjeb, u s-snin li ghaddiet wehidha d-dar, issa, dalghodu kmieni, geghluha tiftah ghajnejha ghal gharrieda u tibda thazzez mas-saqaf tal-kamra tas-sodda bil-memorji. Harset skantata lejn it-tibjid jitqaxxar fuq is-sodda u ftakret kif Xandru, zewgha, kien miet b’incident tat-traffiku. "Konna qeghdin naqsmu t-triq ta’ quddiem id-dar flimkien, inharsu sew banda, imbaghad l-ohra. Ghamilna passejn fit-triq meta dehret vojta, u minn imkien gew ghal fuqna, ghal gharrieda, it-tlieta-u-sittin sena ta’ Xandru – toqol li lanqas sider ta’ barri ma jiflah f’salt u li sabbat lil Xandru tieghi ma’ l-art."

"Hemm gustizzja wahda fid-dinja," kienet semghet lil zewgha jghid sekondi wara l-incident fatali li matulu hadd hliefha ma ra x’laqtu, "il-gustizzja ta’ l-eternità." Marija, fis-sodda, inhasdet ghax zewgha rega’ gie minn daqstant boghod u f’kamritha, u qaghad inemmsilha mis-saqaf. Harget xoffitha ta’ taht u nkurlat mieghu waqt li gibdet il-lizar fuq wiccha. Meta regghet kixfet ghajnejha ratu jiddendel ma’ ghanqbuta fil-linfa, u jsellmilha aktar minn darba bis-saqajn jimmullaw ta’ brimba. Wiccu kien ikrah u ghajnejh zebbiega. Kellu dubbiena, izda qabel kompla jgezwirha fl-ghanqbuta rega’ sellmilha. Marija ma sellmitx lura u ferfxet ftit ilma minn flixkun ghal go tazza li kellha fuq il-komodina. Hasbet li se tgerrex lil zewgha bl-ilma, izda waqt li t-tazza kienet f’idha, xorbot l-ilma kollu minhabba l-hasda li taha u ftakret l-aghar haga li gratilha matul dawk l-ghoxrin sena wehidha: kienet xjahet hi biss. "Kulhadd ckien, hliefi," qalet minn taht l-ilsien u l-lizar li regghet dahlet tahtu biex zewgha mdendel mas-saqaf ma jarahiex, "Se jghiduli skerz tan-natura. Se jkolli nahbi wicci u idejja meta nerga’ mmur nixtri. Tal-laham jibghatli t-tifla bil-bicciet ghall-brodu u dejjem tickien, u jridu jbellghuhieli li ghandu aktar minn xebba wahda. U l-kappillan sar ragel helu ta’ erbghin sena, minn quddiesa ta’ hamsa u hamsin sena li hallietu b’hass hazin; u l-ilsna hziena qalu li miet. Hekka miet b’dak il-wicc ta’ anglu. Kellu bzonn ghandi erbghin sena u ma kienx kappillan ha nurihom kemm hu mejjet, íizu ahfirli. Ara ta’ hdejna, Xand. Araha, kif filli xiha u tkellimha tkellmek, filli mara ta’ ghoxrin sena, ma tarafhiex, ma tkellem lil hadd, taparsi ma tafnix, u b’kuxxtejn lesta tafdahom ma’ kulhadd. Biddlet isimha u l-ghamara kollha tad-dar biex minghaliha tidhak bija..."

Marija baqghet iggib ezempju wara l-iehor ta’ rahal li kien qieghed isir zaghzugh waqt li zewgha zebbeg ghajnejh mill-ghanqbuta u beda triqtu ’l barra mid-dar biex imur ghand ta’ hdejha u jara l-koxox. "Ghada," qalet fl-ahhar, "naghmel mezz u nqum imqar kwarta qabel naghraf min jien u minn xiex ghaddejt. Tkun kwarta kuntenta, bla hsieb xejn, xejn, u... u..." Riedet tghid: tkun kwarta bla hin, qaghda li fiha tehles mit-trasparenza ta’ zmien mimli hwejjeg li sehhew. Izda ma setghetx tghid dal-kliem minhabba li xtaqet tghidu kollu f’salt, u ma kinetx taf kif se tagixxi f’sentenza biex taghmel dan. Halliet xoffitha tinzel aktar u aktar sakemm messet biha l-harir li kienet liebsa fuq zmienha mkemmex. Imbaghad gemgmet meta ppruvat u ma rnexxilhiex tghid: qatt ma stajt nifhem ghalfejn il-hin jghaddi u jimla kullimkien trab. Kienet tobghod dawk il-waqtiet li fihom ma setghetx iggib ruhha sew f’sentenza, u jkollha tistenna lil xi haddiehor jghid kliemha ghaliha. Izda minkejja li rrabjat u qalet lilha nnifisha li ma kinetx ghadha tifla, u li jmessha tieqaf taqbez il-habel u l-kliem bhallikieku kienu l-istess haga, xorta ma setghetx timxi sekwenza sens. B’subghajha messet il-fjura l-aktar vicina fil-lizar u b’geddumha jiccaqlaq aktar minn xufftejha, bdiet tghid, "Iskot, iskot, iskot – tifla bla kwiet, bla sabar. Iskot, taqbizx aktar."

Liema karattru ghandu jithalla ma jghidx sentenza minhabba s-semplici raguni li ma jafx jghidha? Marija kienet mara twajba u xiha bi kliemha mhawwel f’dinja ohra. Mara li r-rahal kollu habb ghax kibret u ma partet l-ebda parti mid-destin taghha mal-gid temporanju ta’ haddiehor. Kienet ftit qarsa f’harsitha, u gieli taghraf nies li ma kinux jafuha u li skantaw b’dak kollu li skondtha ghamlu f’hajjithom. Izda r-rahal kellimha, ha hsiebha, wegibha, u ttolleraha b’qalb hasrana. Kellha mod kif meta toqrob lejha u tkellimha tgezwer dak li sehh lilek f’xi passat taghha, bhal f’karta li fuqha, wara kollox, facilment stajt tikteb hajtek. Minkejja li ma gharfitx id-dinja li zmienha kaxkarha lejha, lanqas ma ghamlet hsara lill-ambjent provizorju ta’ quddiemha bl-istejjer taghha. L-aktar haga li mmeraviljata kienet il-hin jghaddi jigri fit-toroq. Qatt qabel ma ftakret daqshekk hinijiet ghaddejja, u minkejja dan ir-rahal taghha rrifjuta li jixjieh maghha. Meta kienet taqsam it-triq kienet thares lejn il-karozzi ghaddejja, taghtihom harsa kerha minn taht u tisthajjilhom il-minuti u s-sighat li darba, f’forma ta’ snin, qatlu lil zewgha. Qabel taqsam kienet thares lejn idha ghax thossha mimlija hajja u qbiz, u ssib tifla ferrieha li tfegg mir-rahal biex taqsmilha hi. íieli gew nies ohra jghinunha taqsam u qaltilhom li ma kellhomx ghalfejn ladarba kellha t-tifla maghha. "Ruhi, binti," kienet tghid lit-tifla tar-rahal, "liema naha ghaddiet l-ahhar siegha? Mnejn gejja s-siegha li jmiss? hares sew. Ara kif taqsamli, binti. Dil-minuta ghalfejn waqfet hawn quddiemna u ma tafx hix se titlaq jew tieqaf? Tkunx ittraskurata, binti; attenta ghax itajruna. Zewgi hekk miet." Kultant kienet thares immeraviljata lejn il-kobor straordinarju ta’ karozza tal-linja, tistaqsi lir-rota ta’ quddiem kinetx minuta, jew siegha, jew sena li tigi u tghaddi, u tisma’ lix-xufier jghidilha, "Din tas-siegha, hi," jew anki, "íejja minuta ohra u tkun vojta, itla’ maghha jekk trid." "Illum ghaddejjin il-minuti," kienet tgemgem minn taht lit-tifla taqsmilha, "tidhakx, binti. L-iktar li...l-iktar li..." L-iktar li jghagglu – xtaqet tghid kieku ma qabzitx il-kliem – l-iktar li jghagglu u l-aktar li jgorru nies.

Kulhadd kien jghid li kulma kellha bzonn Marija kien ftit hin biex tifhem li z-zmien ghadda, ghalkemm dak li fil-fatt dejjem naqasha kien hafna u hafna hin biex ma tahsibx. Dalghodu, harget idha minn taht il-friex u fittxet l-arlogg ta’ fuq il-komodina li dejjem ikkwota n-numri qabel il-quddies, qabel l-ikel, qabel l-ahbarijiet, qabel l-irqad, u qabel imxiet mixja lajmana mis-sodda lejn gurnata gdida fjamanta. Idha fittxet wehidha l-hoss itektek fuq il-komodina sakemm sabet il-magna tan-numri li dejjem ckienu. "Il-mnieghel, qattus jehodlok ruhek," qalet x’hin rat is-siegha friska tas-sitta ta’ filghodu wara li halliet l-arlogg fil-hdax ta’ bil-lejl, "jien nixjieh u kulhadd jixxala." L-arlogg ma tax kasha u baqa’ ghaddej.

Qamet bilqieghda fis-sodda u harset lejn zewgha. Sellmilha mbissem mir-ritratt iswed u abjad li baqa’ aktar haj minnu, u tbissmitlu lura. Resqet lejn xifer is-saqqu u nizlet f’papocc ta’ gewwa li hadha sal-kcina fejn l-ispiritiera xeghlet minn rajha minhabba li l-heffa ta’ idejha darriet lill-ghodda tal-kcina tahdem wehidha. Harset lejn il-vit tas-sink u rat l-ilma niezel ghal go kitla li kienet giet f’idha bla taf kif. Imbaghad ippruvat timsah il-kikkra izda ma setghetx ghax kienet digà biz-zokkor u l-kafè, u tistenna kwieta f’idha, u bil-mishun niezel fiha mill-kitla li ghaliet ftit qabel. Din kienet il-parti s-sabiha tad-dinja li ghexet fiha, il-parti li fi hdanha kollox kien jahdem wahdu, qabel biss tmissu; u idejha kienu jsegwu l-affarijiet lesti bla ma kellhom ghalfejn jithabtu biex jaghmluhom huma. Marija tbissmet lill-hwejjeg madwarha u fahhrithom talli gew f’idejha lesti minn rajhom. Tat serqa ta’ harsa lejn il-forn, l-unika bniedem stinat hemm gew, bniedem li qatt ma ceda u li dejjem halliha tithabat biex tixeghlu; izda ma qaltlu xejn biex ma tibdiex kwistjonijiet.

Meta lestiet u hadet il-kafè kienet digà libset l-ahjar libsa li kellha u rrangat wiccha quddiem il-mera, kienet digà ghamlet is-sodda, u digà sellmet lil Xandru ghat-tieni darba waqt li qaltlu, "Sejra sas-suq, taghmilx hmerijiet ma’ Rita ta’ hdejnha; fuq kollox ma ghadhiex tafna." úewgha dahakha fil-qaghda skura u cara tieghu fir-ritratt, u bejn ftit moffa li trabbietlu ma’ haddejh kixef snien kuntenti ghal ghomor waqt li hallieha tmur. Waqt li sakkret il-bieb ta’ barra Marija ma kinetx certa kellhiex thallih wahdu ghax id-dahka tieghu ma ghogbithiex, izda t-tentazzjoni ta’ rahal zaghzugh ma hallithiex terga’ tidhol. Daret lejn id-dinja u bdiet miexja fir-rahal stramb li fih kulhadd sar izghar. Rat lil Peppu l-mastrudaxxa b’muskoli li hadu post in-nixfa li ghoddha qatlitu xi snin ilu; rat lil Mena mibdula fi tfajla ta’ hmistax-il sena b’dublett ta’ hmistax-il pulzier – Mena li kienet se tindifen l-ahhar; rat lil Lippu jahsel l-ghatba b’nifs ta’ ziemel minflok il-hurhara li xehtitu fis-sodda xhur qabel. Waqfet thares lejh ghal ftit.

"Lipp, jahasra, kif gejt hekk?"

"Tinkwetax, Marija. Illum gurnata mill-isbah." Lippu kien jaf minn xiex tbati u pprova jdawwar il-kliem. Marija rrangat il-libsa u sehtet ir-rahal zaghzugh waqt li tkerrhet lejn Lippu. Harget mera ckejkna mill-basket tax-xiri u fliet wiccha biex tara kienx hemm bidla fih. It-tikmix ta’ haddejha xxeblek malajr mal-mera u ghalaqha b’suppervja. "Jien biss. Jiena biss nixjieh." Telqet lil Lippu jithassarha u jkellimha ghalxejn, regghet irrangat hwejjigha, u kompliet toghtor fuq takkuna ta’ zmien iehor lejn is-suq.

Meta waslet is-suq ma setghetx tidhol ghax barra minnu kien hemm Xandru, zewgha, jistrieh ma’ kantuniera u jithaddet qisu mhux hu ma’ xebba distrettwali li tholl l-arja. Marija skantat lejh u dawret wiccha ghal sekonda. Regghet harset lejh biex tkun zgura li kien hu, u bilkemm setghet temmen lil ghajnejha x’hin ratu jmelles xaghar ix-xebba u jimmuskola fi sbuhija devastanti li kien heba minnha anki meta kien jinnamra maghha. "Mela ghalhekk dik id-dahka ta’ dalghodu, ja vili, dimonju li int. Ara naqra, qisu mhux hu ja mishut li hu." Ghajnejn Xandru xeghlu bil-ferh x’hin ix-xebba ntelqet fuqu u, ghax ma rax lil Marija gejja lejh ma’ pandemonju ta’ idejn jixxejru fl-arja, ghax ma rrealizzax li d-dahka tieghu kienet qatlet il-moffa kollha f’ritratt, kompla jitghannaq. Iz-zaghzugh ghamel zball fuq iehor meta ckien ftit aktar u sar qisu tifel, jitkellem bla sens max-xufftejn homor quddiemu, juri l-muskoli lill-ghajnejn dahkana ma’ genb wiccu, jixxala fil-provvidenza provizorja ta’ xaghar goff sabih, jizzuffjetta mal-fwieha qawwija li zgumbrat aktar toroq milli setghet tkun fihom il-mahbuba temporanja tieghu. Gieli hares lejn it-tfajla shiha wkoll u din kien l-aghar haga li seta’ jaghmel quddiem Marija toghtor lejh. X’hin Marija waslet fuqu bil-basket imtella’ fl-arja ghal sudisfazzjon vjolenti, inhasad ghax gharafha u ftakar f’meta qaltlu x’ghamel maghha fiz-zoghzija l-ohra tieghu. Ghajnejh inbidlu u tella’ idejh biex jilqa’ d-daqqiet li gew minhabba rabtiet ohra fil-fazi prenatali ta’ hajtu; qalilha li dak li rat ma kienx dak li hasbet li rat u aktar bdiet taghtih ghax la kellu unur u lanqas kuragg jammetti l-verità. Imbaghad, meta gew in-nies mis-suq u zammewha, u meta rat lil Xandru sejjer ’l hinn minghajrha u minghajr il-kikkra tè li weghditu jekk jigi lura dak il-hin, u meta qalulha biex tmur id-dar u tistrieh, indunat li tilfet kollox ghax qatt ma kienet se tickien bhat-tustagni ta’ zewgha.

Hi u miexja lura, mitluqa aktar mill-basket iddizappuntat f’idha, qalet lill-bankina li setghet taccetta kollox kieku ma dahakx biha zewgha wkoll. Harset lejn it-triq. Mill-boghod rat gejja minuta ddahhan u tqabbez in-nies fiha minhabba ftit hotob. Baxxiet rasha u ghamlet ta’ birruhha ma rathiex. Il-minuta kienet wahda minn dawk li ma jieqfu mkien minkejja t-tixjir u l-kliem hazin tan-nies fuq l-istejg. Ix-xufier tal-minuta kellu sigarru f’halqu, u, bejn maghda u ohra tabakk, ma kellux aptit jemmen li t-tragedji jistghu jsehhu anki lill-aktar minuti monotoni ta’ hajtu. Dahak tnejn x’hin gharaf lil Marija tfekren fuq il-bankina, u lesta ruhu biex x’hin joqrob lejha jghidilha li kienet tal-hdax u jaraha tiskanta lejh. Marija tat harsa minn taht, kemmxet xufftejha b’determinazzjoni li ma setghetx titmieghek aktar f’memorji u fi tradimenti, meshet demgha bhalma kienet taghmel meta tiltaqa’ ma’ zewgha hi u tfarfar, raddet salib, u qabzet hafifa qisha gurat quddiem il-minuta ddahhan. Il-minuta, mahsuda u twerzaq daqs gemgha nies, zammet lura kemm setghet biex thalli lil Marija fuq saqajha, izda mxiet ’il quddiem bl-istess velocità, b’ghajnejn imberrqa, bl-istess sigarru, u b’monotonija rvinata. Kollox sehh go u taht il-minuta li gidmet u belghet nofs is-sigarru bil-qatgha, u nizlet kollha kemm hi, twerzaq u tghajjat, tara x’fadal minn Marija. Ovvjament, Marija kienet digà ckienet u saret it-tifla li s-soltu taqsmilha t-triq fir-rahal.

© Bernard Micallef

 

Lura lejn l-Ewwel Paġna  |  Back to the English Page Big Torino - Inizjamed