Intervista ma' Simone Inguanez | ||
Sergio Grech (Il-Mument, 19 ta' Awwissu, 2001) |
||
Ftit hawn kittieba nisa. Għaliex taħseb?
F’arti, kull ruħ hija ġuf, fih poeta. Kull ruħ tagħżel hi l-mod tagħha kif teħles. Kif tagħżel mod u mhux ieħor, storja iebsa ta’ jista’ jkun, fejn jista’ jkun kollox, aktarx.
F'kitbietek hemm
il-ġlieda bejn is-sessi? Fis-sens
hemm ribeljoni
kontra l-maskiliżmu letterarju? Dak
li hemm f’ruħi hemm f’dak li nikteb, triq dritta lejha. U dak illi
jiġi, jew imissha jew le; m’hemmx wisq ġlied ta' dik ix-xorta.
La tintilef, la togħxa fuq ismijiet, uċuħ u kunċetti.
F’arti, il-ħsieb ħobż għall-moħħ, mhux tant għar-ruħ. Hemm
ħafna forom ta’ rabja, imma mhux ġlied.
Ma jidhirlix.
Hemm ħafna
passjoni: eros/tanatos, imħabba-ħajja/rabja-tkissir-mewt.
U, iva, ħafna drabi l-oġġett hu raġel/ir-raġel.
Tqis kitbietek
bħala femminista jew iktar bħala
leħen femminili? Meta
nikteb, ma nqisx.
Meta nikteb, inħoss.
Ma naħsibx wisq.
Naħseb mill-inqas.
F’arti, wisq ħsieb jitlef ir-ruħ.
Hawn, il-poeżija ħsus u ħsejjes.
Miniex profeta, miniex politika.
Il-femminiżmu politika. Iżda
r-ruħ ta’ mara/tifla qiegħda hemm ħafna.
Ħafna mill-ħin u b’ħafna qawwa.
Għal ftit ma ngħidlekx: il-ħin kollu u bil-qawwa kollha.
Ruħ ħajja, qajla iċċedi, qajla tistaħba.
Ma tafx kantunieri.
Qalila.
Taħlita anima/animus.
Suriet ta’ mara, li jersqu, jitħalltu u jitwaħħdu ma’ dawk
ta’ raġel.
Ma jafux bidu u tmiem, jgħajbu ġo wiċċha lill-kontradizzjoni.
Kif
tiddeskrivi l-kitba,
bħala neċessità?
Ma
niddeskrivihiex. Ma nistħajjilx li
xi ħadd jista’ f’ponn jaħfen “il-kitba”, jew għandu.
F’arti, “il-kitba” ma teżistix.
Jeżistu kitbiet. Jeżistu
xejriet. Ruħ għaliha għandha, kull kitba.
Jekk
tistaqsi għax nikteb: ma niktibx ma nistax.
Hemm xi ħaġa tinġema’, kultant theżżiżni.
Xi ħaġa tbaqbaq, li ma tehdiex. Hemm
bomba ttektek, f’xi ħin tisplodi. Hemm
ilma jfawwar, jitqawwa sa jifqa’ l-ilqugħ.
Kemm hi personali l-kitba tiegħek u
kemm tinvolvi aspett pubbliku?
Biss,
ma nagħlaqx. Inħalli
wisa', nuqqas ta’ rbit.
Hemm, jimraħ u jimla l-qarrej.
Nitgħallem li nqajjem l-artist ta’ ġo fih.
Il-qarrej joħloq.
Biċċa minn kull poeżija hi tiegħu, hi biċċa minnu.
Hemm, l-art li tiltaqa’ l-poeżija ta’ fih ma’ dik ta’
quddiemu, jiltaqa’ hu miegħu nnifsu, bħal f’mera.
Hekk jista’ jħossha, hekk jista jħobbha l-poeżija, wara li jkun
bena fuqha dak li jgħodd sew għalih, li jfissirlu. Ara l-poeżija "Kastellan" ta' Simone Inguanez |
||