Mediterranean 2000

STQARRIJA GHALL-ISTAMPA 

L-10 ta' Mejju, 2000 

Lejn Gejjieni Tassew Sostenibbli fil-Mediterran 

L-isfida ewlenija tal-Workshop Internazzjonali "Building Partnership for a Sustainable Future in the Mediterranean" li sar f'Malta fl-ahhar jumejn ta' April kienet li juri kif il-harsien ta' l-ambjent naturali, il-kummerc gust, il-finanza etika, u l-mikro-kreditu (self zghir), jehtiegu lil xulxin biex jirnexxu. 

Jekk il-haddiema u l-komunitajiet li jghixu fuq ix-xtut tal-Mediterran ma jkollhomx il-mezzi biex imantnu lilhom infushom u biex jiehdu inizjattivi kummercjali li huma ambjentalment sostenibbli ghalxejn isiru kummissjonijiet li jiggieldu kontra l-qerda ta' l-ambjent fil-Mediterran. Il-qerda ambjentali mghaggla li qed issehh f'dan ir-regjun qed tkompli tgharraq il-kwalità tal-hajja tal-bnedmin u tal-hlejjaq kollha li jghixu fih.

Dan li kien l-ewwel workshop tax-xorta tieghu li tefa' harstu fuq is-sostenibilità fir-regjun tal-Mediterran b'dan il-mod wiesgha. Esperti u attivisti mill-oqsma ta' l-ambjentalizmu, tal-kummerc gust, tal-finanza etika u tal-mikro-kreditu semghu dwar l-inizjattivi u l-perspettivi ta' xulxin u ftiehmu li joholqu progetti konkreti li jindirizzaw il-problema ta' l-insostenibilità fil-Mediterran b'mod kemm jista' jkun shih. 

Proposti

Wahda mill-proposti ewlenin ta' dan il-workshop kienet li jinfethu aktar hwienet li jbighu prodotti gusti fil-Mediterran, u jidher li hemm interess fost numru ta' attivisti minn pajjizi differenti biex dan isehh. B'dan il-mod, il-haddiema l-fqar jithallsu kemm jisthoqqilhom tal-prodotti taghhom u jsibu suq ghal dak li jipproducu, kemm fil-Mediterran stess, kif ukoll fin-Naha ta' Fuq ta' l-Ewropa. Bil-kummerc gust, il-produtturi z-zghar ikunu jistghu jmantnu lilhom infushom u lill-familji taghhom minghajr ma jeqirdu l-ambjent li jghixu fih, u fl-istess hin ikunu qeghdin jaghtu hajja gdida u swieq godda lis-snajja' u t-tradizzjonijiet antiki li jezistu f'dan ir-regjun. Bid-dhul mill-kummerc gust, il-haddiema u l-familji taghhom ma jkollhomx ghalfejn jinfirdu mill-komunitajiet taghhom biex isibu xoghol fil-bliet il-kbar jew fil-pajjizi Ewropej.

Saru wkoll diskussjonijiet biex tikber il-koperazzjoni bejn il-hanut L-Arka ta' triq San Pawl il-Belt, immexxija minn koperattiva socjali ta' voluntiera li jisimha Koperattiva Kummerc Gust, u l-akbar konsorju ta' kummerc gust fl-Italja, ic-CTM (Cooperazione Terzo Mondo). Wiehed mill-kelliema fil-workshop kien il-vici-president tac-CTM, Stefano Magnoni, li tkellem fit-tul mal-membru tal-koperattiva Maltija u zar ukoll il-hanut taghhom fil-Belt.

Issemmiet ukoll l-idea li Malta tkun il-bazi ta' progett importanti ta' tliet snin li jippromwovi l-kummerc gust fil-Mediterran u b'hekk jaghti nifs gdid lill-produtturi z-zghar f'dan ir-regjun li hafna mill-kelliema stqarrew li huwa mwarrab minn min ghandu l-mezzi li jtejjeb l-affarijiet, bhall-Unjoni Ewropea.

Zvilupp bla Hsieb u l-Korsa tal-Golf

Fl-ahhar tal-workshop, il-partecipanti barranin u Maltin hargu stqarrija li fiha wrew it-thassib taghhom dwar l-izvilupp insostenibbli li qed isehh f'Malta, u rreferew partikolament ghall-proposta li ssir korsa tal-golf fl-inhawi ta' Tal-Virtù. Il-partecipanti fakkru li Malta ffirmat il-konvenzjoni tal-Gnus Maghquda kontra d-Dezertifikazzjoni u rratifikat il-konvenzjoni ta' Barcellona. "Ir-raba' ghandu jithares ghax il-valur tieghu huwa bil-wisq akbar mill-prezz li jista' joffri zviluppatur biex idawwarha f'korsa tal-golf. 

L-ghaqdiet u l-individwi li fasslu u fffirmaw din l-istqarrija kienu dawn: Bruno Neri (CRIC, l-Italja), Edward A. Mallia (Moviment ghall-Ambjent, Friends of the Earth, Malta), Tonino Perna (Parco Nazionale dell'Aspromonte, l-Italja), Roderick Agius (Grupp ghat-Tielet Dinja, Malta), Salvador Heliodoro (CERAI, Spanja), David Katz (Friends of the Earth tal-Lvant Nofsani), Elisabetta Bottaro (Etimos, l-Italja), Vince Caruana (Koperattiva Kummerc Gust, Malta), Elisabetta Bucolo (CRIDA, Franza), Adrian Grima (Inizjamed, Malta), Michèle Barriere (ALLEE, Franza), Mete Hacaloglu (Global Ecovillage Network,. it-Turkija), Giacomo Bono (Movimondo-Molisv, l-Italja), Pantelis Sklias (European Perspective, il-Grecja), Mariella Perna (International House, l-Italja), Miriam Giovanzana (Altreconomia, l-Italja), Stefano Magnoni (CTM- Altromercato, l-Italja), Paola Antolini (l-Italja), Eric Von Monckhoven (Comitato Nazionale contro la Desertificazione, NGO, l-Italja), u Ahmed Bedjaoui (ABIT, l-Algerija).

Il-workshop huwa parti mill-progett, Mediterran 2000, ipprezentat lill-Unjoni Ewropea u gie organizzat mill-ghaqda mhux governattiva Taljana CRIC u mill-Grupp ghat-Tielet Dinja ta' Malta, bil-ghajnuna tal-ministeri ta' l-affarijiet barranin ta' Malta u ta' l-Italja.
 
 

Adrian Grima

Mejju, 2000
 
 

INDEX  |  Malta Third World