<BGSOUND src="//www.oocities.org/turner_natasha/DREAM.MID" LOOP=INFINITE>
POEMS (MALTESE)
MY LINKS
...
POEMS (ENGLISH)
PUBLICATIONS
HOME
E.MAIL
KUN INT

Ktieb gdid ta'
Natasha Turner

Gabra ta' Rizorsi
ghat taghlim u l-izvilupp tat-tfal
Dan il-ktieb huwa l-ewwel ktieb ippublikat bil-Malti mimli rizorsi biex ighin it-tfal jilhqu kemm jistghu l-izvilupp personali taghhom. Il-ktieb huwa mahsub ghat-tfal li ghandhom minn seba' sa tlettax 'il sena u jittratta suggetti importanti bhal kif wiehed ghandu jikkomunika b’mod effetiv; kif wiehed ghandu jkollu relazzjoni tajba kemm mieghu nnifsu kif ukoll mal-ohrajn; kif wiehed ghandu jaghraf x’inhu abbuz; kif wiehed ghandu jsolvi konflitt; kif wiehed ghandu jiehu decizzjoni tajba u kif wiehed ghandu jiehu hsieb lilu nnifsu u jzomm 'il boghod minn kull tip ta’ periklu u mill-vizzji.

Natasha Turner tipprovdi kultura li tapprezza l-gost u l-beneficcji tal-qari. F’din il-gabra ta’ rizorsi tipprova tispira liz-zghar biex ikattru l-hila ta’ komunikazzjoni u tghinhom jizvillupaw karattru sod biex ikunu kapaci jiggieldu t-tentazzjonijiet tal-hajja. Qabel xejn jifhmu xi tfisser komunikazzjoni billi jidhlu f-attivitajiet li jaghmluhom konxji tal-processi u s-siwi tal-komunikazzjoni. Imbaghad l-istudenti jitrawmu jharsu lejhom infushom halli jaghrfu lilhom infushom bhala bnedmin socjali li jridu jghixu fuq principji ta’ kooperazzjoni u f’ambjent li jkattar is-sahha.

Kun Int!, allura, huwa inizjattiva ta’ awtrici ghalliema biex thajjar lit-tfal  halli jaqraw u jintebhu bil-hila li ghandhom sabiex jahsbu fuq dak li jaqraw.
GRAZZI U MERHBA FIL-WEBSITE TIEGHI
IMPORTANTI

Nixtieq li meta tixtru l-ktieb, ticcekkjaw li ismi huwa miktub sew fl-ispina tal-ktieb.

Jekk ikun miktub hazin ikun ifisser li ghandkom il-verzjoni hazina tal-ktieb u ghidu lil tal-hanut ibbidilulkom.

                                    
Natasha