Natasha Turner
POEMS (MALTESE)
MY LINKS
...
POEMS (ENGLISH)
PUBLICATIONS
HOME (ENGLISH)
E.MAIL
Bejn in-Narratur u n-Narrata  
ta' Guido Borg u Natasha Turner

Dan il-ktieb ta' poezija jlaqqa' il-kitba ta' Guido Borg u Natasha Turner, zewg awturi bi stili ta' espressjoni differenti. It-taqsima ta’ Borg, bl-isem l-Ghanja tat-Tieg, hi kollha ddedikata lill-ballata bi stil tradizzjonali li tista' tinhadem bla recta. Il-ballata hi kollha celebrazzjoni ta’ zwieg, ta’ folklor, tal-immagini, tal-vrus metrici u tar-rima.   Hi poezija vizwali daqskemm hi celebrattiva.

It-taqsima ta’ Natasha Turner, In-Narrata, hi espozizzjoni gherja mhux biss ta’ sentimenti tipikament femminili moderni – mara mugugha daqskemm delikata – li l-poetessa taghraf tikxef b’metafori qliel, imma fuq kollox godda u li jahsduk “gismi stunat . . . mwarrab mill-orkestri u mill-muzika ta’ kuljum”.   Hi poezija autobiografika, kemm interjuri u kemm taghha bhala persuna, bhala gisem.   Hi poezija b’terminilogija ta' ?mienna, imwiezna minn lirizmu li f’waqtiet itaffi l-qawwa harxa ta’ l-espressjoni.   Dak li hu ta’ kuljum, imqar negattivament ta’ kuljum, u dak li hu persunali, Turner taghraf twasslu bhala espressjoni aktar mifruxa u li tolqtok.

Il-ktieb ghandu studju ta’ Tarcisio Zarb.