<BGSOUND src="//www.oocities.org/turner_natasha/FUGUE17.MID">
Natasha Turner Vella twieldet f'San Giljan fl-1974. Studjat fl-Università ta' Malta fejn ghamlet B.A fil-lingwi u l-Psikologija u wara hadet diploma fil-P.G.C.E. fil-P.S.E (Personal and Social Education).
Fost l-iktar oqsma importanti f'hajjitha Natasha tqis it-taghlim u l-kitba. Hija tifforma parti mill-Ghaqda Letterarja Maltija u l-Ghaqda Poeti Maltin.   Xi xoghlijiet minn taghha gew ippublikati kemm fil-gabriet ta' poeziji tal-Ghaqda Letteratura Maltija kif ukoll mill-Inizjamed.   Turner tikteb ukoll xi kotba ghall-livell primarju, ma' kumpanija privata, waqt li xi artikli taghha dwar is-sugget li tghallem u hi li tant temmen fih, jidhru fuq l-Internet.


"Minn dejjem kont persuna li rrid nesprimi kemm il-ferh kif ukoll l-ugigh fija. Ta' eta zghira, kont nesprimih bid-daqq tal-pjanu u z-zfin. Filfatt ghadni sa llum, nintilef f'kull rittmu li jinspirani. Niftakar li meta ghalaqt dawk it-tlettax il-sena, bdejt inhazzez xi haga l-hemm u l-hawn, u mhux l-ewwel darba li pruvajt nikteb xi diska mqanqla minn relazzjoni li ma sfruttatx.

"Bdejt nikteb il-poezija meta dhalt is-Sixth Form.   Niftakar kellna l-ewwel lezzjoni ma' Mario Azzoppardi u ried ikun jaf jekk kienx hemm xi hadd minna li jikteb il-poeziji. Fil-pront habibti rrifferit ghalija. Lili hasditni. Niftakar Mario talabni nurih xi haga l-ghada u mort id-dar nipprova naghmel xi haga.   Ix-xoghol tieghi kien ghogbu u bqajt nikteb sa llum. Xi kompetizzjonijiet li rbaht komplew ihegguni nkompli nikteb."
POEMS (MALTESE)
LINKS
...
POEMS (ENGLISH)
....
HOME
E.MAIL

SHIHA

Ghonxort l-imhabba
Qattar il-ksieh
It-tbissima tax-xemx sahnet il-qalb,
Qatra, qatra, qattar l-ugigh.
Nixef id-dmugh
Tparpar mar-rih.

Zifnet maz-ziffa,
Rewhet ir-ruh,
Mal-habel ta’ l-inxir
Din qalbi ttir
Mal-habel ta’ hajti
Shiha insir.



IL-KELMA

Hadtek mieghi kullimkien
Biex tfarrag is-sieket…
U tkexkex ir-rieqed.
Imma l-linja ta-telefon baqghet okkupata
Ma ried jifhmek hadd.

Il-kelma tal-qalb,
Qarset l-imhabba.

Il-kelma tal-mohh,
Fixxklet il-hsibijiet.

Il-kelma tar-ruh,
hasdet l-ispirtu ghatxan.

Il-kelma….
Kemm emmint fik.
Illum..
Nigbor il-frak tal-fonetici mtarrxin .


Kieku


Kieku kelli lilek
Ghadni nitbandal f’benniena tat-tajjar.

Kieku kelli lilek
ma nstmat qatt bin-nar.

Kieku kelli lilek
ma kontx naqta’ l-hurrieq.

Kieku kelli lilek
kont inhares qabel naqsam it-triq.

Kieku kelli lilek
ma kontx infaddal l-irmied.

Kieku kelli lilek
imxejt dejjem id f’id.

Kieku kelli lilek…
Ghaziz hija li qatt ma kelli!


IXEGHLNI  QAMRIJA


Tbissimli
Kun ghajnejja
Ixeghli l-ispirtu
Meta qalbi tghejja.

Fl-eklissi nirgha
Il-habba tickien
Tbissimli;
Kun ghajnejja
Qabel ninsa minn jien.

Miexja f’dil-moghdija dellija
Ixeghlni Int qamrija,
Halli lir-raggi jmissuli ruhi
Tismar il-fidi
meta tixxemmex it-tama  fija.

Tbissimli
Kun ghajnejja
Halli ntieghem helu
Lil kull min hu morr lejja.

U malli ninheles min-nasba tad-dalma
Nizreg qamrija minn sbieh il-jum.
L-ispirtu mal-mohh u l-qalb jissahah
jitma lil kull min , mill-helsien  isum.


VIVA L-INJORANZA


Xrobt l-injoranza
U hassejtek qtajt l-ghatx.

Kilt l-injoranza
U hassejtek mifqugh.

zfint l-injoranza
u hassejtek artist.

Irqadt l-injoranza
U hassejtek straht.

Noffrilek xi hag’ohra?


MIEGHI F’KULL HIN


Int mieghi
Bhal meta l-qamar jiddi shih
U l-istilel idawwlu wicc il-bahar.

Int mieghi
Bhal meta melodija mellisija
Tbennen il-grillu jwerzaq fija.

Int mieghi
Bhal meta r-rih jibqa’ jonfoh
Biex il-werqa ta’ qalbi ma titkaxkarx ma’ l-art.

Int mieghi
Bhal meta sbieh ix-xemx thammar is-sema
U ssahhan il-brudija fija.

Fil-boghod,
Fil-vicin
Int mieghi,
Mieghek jien.

Ghintni,habbejtni,
Ghannaqtni, farragtni
Fil-boghod
Fil-vicin
Int mieghi f’kull hin.


MIT-TIEQA MAGHLUQA
LI TATI GHAL-BAHAR


Smajt ziffa
titharrek mat-tieqa.
Ma kinitx wahedha.

Ir-raxx tal-bahar
rega deher ghatxan.
Ikessah u jrammel ried
lil dan gismi
bajdani,xieref ghajjien.


gisem li ghattejt b’kutri hoxnin
biex ma jergax jigI espost
f l-eku tal-illuzjonijiet.


Bzajt li dar-raxx
jerga jhajru
jintelaq, jixxarab
Mal-kurrenti ferventi
Mewgiet il-bahar.

Bzajt li jghoddsu mieghu
hdejn hut imgewwah,
jithawwru bih.

gismi kien waqaf ifittex
kummenti helwin;
idejn imsahhrin.

gismi kien raqad
man-nota siekta,
ta’ l-imwarbin.

zomm ‘il boghod
ja raxx
Tqanqalx ormoni  siekta.
Hallih mejjet haj
hallih fil-kwiet.

Fil pront
Smajt xi haga jteptep mal-bieb.
Rajt lil hajti ssellimli.
Ehmzitni u qaltli…
Tkompliex titlef iktar hin.


L-GHANJA TA’ L-ESTINITI


Estiniti
Jien u inti,
Fossili fil-blat,
Disinn astratt.

Estinti
Jien u inti,
Susa tat-tifkiriet,
Vakwita ta’ grajjiet.

Il-gebel tas-sejjiegh,
Bhal weraq tan-nanniegh,
Fawwar il-memorji,
Bl-arti u l-glorji.

Ma kull generazzjoni,
Tinghaqad holqa gdida,
Fil-katina taz-zmenijiet.
Imma taghna. Fejn hi taghna?
“Skuzani, ghandi hangover,
kelli hafna parties u ikliet”.

Tlifna l-identita maltija
Gharmejna hmiegna fl-art
Biex nibnu gholjiet ta skart.

Wirt l-istorja qed imut.
Postu hadu wirt il-but.

Finti
Jien u inti
Ladarba sirna
l-Ghanja tal-estinti.


IT-TRIQ TAS-SOLITUDNI


Mara madwar il-hamsin sena,
hoxna u mitluqa,
f’idejha kelb tal-but,
jipprova jfarragha.

Ma fadal xejn x’tirrakonta.
Hajjitha miktuba
f’ghajnejn imhaffrin il-gewwa
misrura fit-tifkiriet u d-dnewwa.

Mulej,
hallix li nsir biss memorja.

guvni b’wicc bajdani
donnu ghadu  hiereg
mis-sorga tal-imwarrbin.

Ma fadal xejn x’tirrakonta.
Hajtu miktuba fid-dell ta’ fatat.
Qalb li ghadha  tittama
Tirgha ma’ xi hadd.

Mulej,
Thallix li nsir miragg tal-illuzjoni.

zaghzugh jzegleg wahdu,
hwejjgu mieghu  kkaxxati,
b’kuluri li jghammxu fid-dalma tal-lejl,
ghatxan li ghad xi hadd ihares lejh

Ma fadal xejn x’tirrakonta.
Hajtu miktuba fis-sesswalita tieghu.
Spirtu li nqabad fih innifsu
meta s-socjeta m’accetatux.

Mulej,
Thallix li  nkun iddiskriminata.

Tfalja ghadejja ‘jogging’,
‘Headphones’ ma widnejha.
Ma trid tisma xejn’
U beritta li tghattielha ghajnejha
biex ma tara xejn.


Ma fadal xejn x’tirrakonta.
Hajjiha miktuba
fi-qilla tal-kompetizzjoni.
Saret biss
Priguniera tal-vanita.

Mulej,
Thallix li nsir  riflessjoni estetika.

zewg anzjani rgiel
imgeddsin b’glekkijiet kollha kamla.
Il-pass taghhom imkaxxkar
jistenna s -sejha ahharija.

Ma fadal xejn x’tirrakonta.
Hajjithom miktuba
fil-linji tat-tikmix
u f’t-ticrita sforzata.

Mulej ,
Thallix li nsir arlogg bla hin.

Rwieh ghaddejjin,
mixjin wara xulxin
fit- triq li ma twassal qatt  imkien,
It-triq li giet imlaqqma…it-Triq  tas-Solitudni.
Hadd ma stenna ‘l hadd;
hadd mhu propjeta  ta’ hadd;
Ikoll kemm ahna misselfin
Sakemm jasal il-mument
Fejn ilkoll  jifqilna l-hin.
Natasha Turner