Wara zmien twil li dam bla banda, dan in-nuqqas beda jinhass.
Hafna proponew l-idea ta' banda, izda ma kienx qabel is-16 ta' Mejju 1964, meta dawn l-ideajat ittiehdu bis-serjeta.
Patri Kilian Azzopardi O.Carm kellem xi nies prominenti, fosthom Dr. F.Portanier, is-Sur V.Zammit, is-Sur S.Gullaimeru s-Surmast C.Zammit
dwar l-idea ta' banda.
Dawn mal-ewwel ghogbithom l-idea, u hadu r-responsabilita' f'idejhom. L-ewwel laqgha saret fix-Chateau Lonz fit-2/8/64, fejn kien gie ffurmat kumitat.
Il-Kazin.
Il-Kumitat kien gie ffurmat, pero kien jonqos il-lokal. Is-Sur S.Gullaimer offrilhom li jikrilhom post fi Triq il-Kanun. Damu hemm inqas minn sena,
ghaliex fi Frar tal-1965, huma marru f'520, High Str. St.Venera.
Sadanittant, il-banda bdiet tikber mhux hazin.
Imma l-problema tal-kobor tal-lokal kienet dejjem it-tema principali. Il-Kazin kellhu bzonn ta' certu kobor u kumdita. Wahda mir-ragunijiet li l-kumitat xtaq ikabbar kienet li bdew jinxtraw l-istrumentatura li titlob certu spazju.
Fl-ahhar, fis-sena 1977 instab post fi Triq il-Fanali. Hemmhekk itella' l-Kazin - fejn ghadu sal-gurnata tal-lum.
Il-Banda
Din il-banda daqqet ghall-ewwel darba fil-festa tal-1964 taht
id-direzzjoni tas-Surmast Vendriz C.Zammit. Sentejn wara, sar
ghall-ewwel darba l-marc tal-Hadd filghodu, li ghadu jsir sal-lum.
Kine fit-8 ta' April 1965 li din il-banda ghmalet l-ewwel servizz
taghha barra l-pajjiz, u dam kien fil-Fgura.
Surmastri tal-Banda :
1- C. Zammit
2- Antonio Muscat Azzopardi
3- Nazzareno Mifsud
4- Carm Borg (sal-lum)
Meta fil-1967, il-Maesta taghha r-Regina Elizabetta II u d-Duka ta'
Edinburgh ghaddew minn quddiem il-Kazin, huma gew milqugha bid-daqq
tal-banda tas-Socjeta Filarmonika Vendriza.
Attivita importanti ohra li hadet sehem fijha l-banda, kienet
l-inawgurazzjoni tal-Knisja l-Gdida fil-1969.
Bhala distintiv din is-Socjeta ghazlet Palma u Gilju fuq sfond ahmar
u dan ghadda b'votazzjoni fl-10 ta' Frar 1974.
Fl-1977, inhatar ukoll Kumitat ghaz-zaghzagh, sabiex dan jiehu hsieb
certi attivitajiet ohra.
Il-President huwa Dr.M. Azzopardi, li ilu jokkupa din il-kariga sa
mill-1973.
©1997 RS Productions.
*- Roderick Spiteri -*

Ghafas Hawn Biex Terga Tirritorna Ghal Pagna Principali Ta' L-ghaqdiet