L-Istampa Gejja Dalwaqt.  The Picture Is Loading.
Il-Knejjes ta’ Santa Venera.


Il-Knisja l-Qadima
Knisja Gdida
Chateau Lonz


Il-Knisja l-Qadima u l-Kunvent.


L-ewwel knisja dedikata lil Santa Venera kien itellghet ghal habta ta' l-1550, izda maz-zmien regghet giet mibnija mill-gdid.
Il-Knisja li nsibu llum, nbdiet fl-1659 u tlestiet kwazi tletin sena wara. Ma' din il-knisja kien hemm kunvent li gie mibni bl-ghajnuna ta' Fra Gwakkin Vivas, Naplitan eremit ta' San Calogero, li gie minn Sqallija flimkien ma xi Maltin li ghexu taht il-gurisdizzjoni ta' l-Isqof.
Snin wara Rafel Dorell offra somma, li ghenet sabiex dan il-kunvent ikun jista jikber. Il-komunita kellha bhala Direttur lil Dun Pietro Mifsud. Dan il-kunvent kien jifforma parti mill-parocca ta' Birkirkara.
Ghal habta tas-seklu XIX, il-knisja kien jiehu hsieb, Dun Xand Cortis. Kif miet Cortis, il-knisja ghaddiet f'idejn il-Patrijiet Karmelitani (1912).
Mal-moghdija taz-zmien, il-poplu beda jibni madwar il-knisja. Din il-Knisja ma setghetx taqghdi d-dmirijiet ta' kulhadd, waqt li l-parocca ta' Birkirkara kienet il-boghod. Ghalhekk il-Patrijiet talbu lil Isqof jaghmilha Vici Parocca. Dan sehh fil-11 ta' Marzu 1913.
Il-poplu kompla jikber, u hames snin wara nhass id-dmir li ssir Parocca Indipendenti. Kien l-Isqof Caruana, li b'digriet fil-4 Settembru 1918, waqqaf il-Knisja ta' Santa Venera f'parocca ndipendenti.

Il-Knisja Minn Gewwa.

Il-Knisja hija maghmula minn troll u ghandha sagristija wahda. Hija ghandha tlett artali u kampnar wiehed fuq barra.
Din il-Knisja mhix nieqsa mill-arti. Fiha nsibu diversi kwadri sbieh bhal ta' San Pawl, Sant'Antnin, il-Kurcifiss u dak titulari li juri l-Martirju tal-Qaddisa. Dan il-kwadru aktarx hadmu Mattia Preti.
Fis-sagristija hemm pittura antika fuq l-injam li turi lil San Calogero., kif ukoll kwadru ta' Sant'Elija mpitter mill- famuz Giuseppe Cali.
Xoghlijiet ta' skultura nsibu wkoll. Il-vara ewlenija ta' Santa Venera hadimha Karlu Darmanin. Il-vari ta' San Guzepp u tal-Madonna ta' Lourdes huma xoghol ta' Guzeppi Cilia.
Partijiet minn dawn l-artijiet, illum jinsabu maqghudin mal-Parocca ta' Fleur de Lys.


Il-Knisja l-Gdida


Billi l-bicca l-kbira tan-nies tal-parocca tinsab mixhuta iktar lejn il-Hamrun, kienet ilha tinhass il-htiega li ghandha tinbena knisja gdida li tkun fil-qalba tal-pajjiz.
Il-Karmelitani ghazlu arja fi Triq Irjali u bnew kapella, li tkun taht il-harsien taghhom. Ghgal habta ta l-1959, l-Arkitett Guze D'Amato gie fdat ix-xoghol li jhazzez pjanta ghal knisja gdida. Il-pjan kien stil romantiku, b'hames artali. Pero tlesta' biss l-ewwel sular. Xejn ma tkompla sas-sena 1990.
Izda l-Komunita tal-Karmelitani ddecidiet li tkompli dan il-bini. Fl-1989, Guzeppi Galea mir-Rabat, lesta l-pjanta l-gdida. Il-Knisja li ghada tinbena s'issa ghanda pjan ta' stil Joniku.
Giet ukoll iffurmata kumissjoni, li kellha tiehu hsieb dan il-bini . L-ewwel membri kienu Patri Frangisk Grech O.Carm. bhal Superjur, P.Robert Farrugia O.C. bhala Prokuratur Finanzjarju u P.Giljan Calleja bhala Prokuratur tal-Bini.
L-ewwel gebla tat-tieni fazi (l-ewwel fazi tlestiet fl-1969) tqieghdet is-Sibt 06-10-90 mill-Provincjal tal-Karmelitani, Patri P.L. Mahoney.
Il-Knisja se jkun fiha 176 pied tul u 50 pied wisa'.
Id-direzzjoni tax-xoghol qieghed taht il-Perit Louis A. Naudi u Godwin Aquilina, waqt li x-xoghol tal-bini haditu Attard Bros. ta' Ta'Qali.


Il-Kapella ta' Santa Venera u x-Chateau Lonz


Ghal habta tas-sena 1952, il-familja Apap taghat lil Patrijiet Karmelitani l-arja maghrufa bhala x-Chateau Lonz bil-patt li juzawh ghal xi skop spiritwali.
Fil-genb ta' dan il-bini kien hemm troll twil hafna li fih il-Patrijiet waqqfu kapella taht it-titlu ta' Santa Venera. Hija kella artal wiehed faccata.
Ghal xi zmien, hafna mill-attivitajiet tal-Parocca kienu jsiru hawn.
Fiz-zmien il-gwerra, l-Patrijiet kienu krewh lil-Air Force.


©1997 RS Productions.
*- Roderick Spiteri -*


Ghafas Hawn Biex Terga Tirritorna Ghal Pagna Principali Ta' L-ghaqdiet