200 
sena 
Citta' Hompesch
Belt Helwa Hompesch 
Zabbar 
1797 - 1997
 

Haz-Zabbar

Haz-Zabbar huwa wiehed mill-ftit bliet li nsibu f'Malta. Maghruf ahjar bhala Belt Hompesch, jew inkella bl-isem originali ta' Citta' Hompesch. Dan l-isem inghatalu mill-GranMastru Hompesch innifsu bhala sens ta' qima u rispett lejn Haz-Zabbar u l-poplu Zabbari li Hompesch tant kien ihobb. Dan sehh ezattament fl-14 ta' Settembru ta' 1797, jigifieri mitejn sena ilu.

Haz-Zabbar jinsab fil-Lvant ta' Malta. Imissu mieghu insibu lill-belt taz-Zejtun, Citta Beland, kif ukoll l-irhula sbieh ta' Wied il-Ghajn u x-Xghajra. Fuq ix-xaqlieba l-ohra wiehed isib il-Fgura kif ukoll Citta Vittoriosa, il-Birgu, u Citta Cospicua, Bormla.

Fatti u Figuri Zabbarin

  • Popolazzjoni: iktar minn 13,500 ruh
  • Numru ta' Kunsillieri: 9
  • Distanza minn Valletta: 8.00 km
  • Arma (legali): tarka bi sfond ahmar b'salib abjad ta' Sant'Andrija, fuq it-tarka sur b'erba' gardjoli u bieb ta' l-attakk.
  • Arma (originali): skud nofsu fidda u nofsu ahmar b'faxxa djagonali dentata u hadra
  • Motto: Caedo et Augeo - Nizbor u Nkabbar
  • Festa: Madonna tal-Grazzja - l-ewwel Hadd wara 8 ta' Settembru
  • Baned: Soc. Fil. Maria Mater Gratiae u Soc. Fil. San Mikiel
  • Attrazzjonijiet: Knisja Parrokjali, Muzew Parrokjali, Ark Trijonfali ta' Hompesch, Bieb Cottoner, Forti San Anard
  • Avvenimenti: Hadd in-nies, Marc tat-Te Deum, Pellegrinagg tar-roti u l-muturi
  • Banek: Bank of Valletta (incl Cashlink) u Mid Med Bank (incl QuickBank)
  • Servizzi: Ghassa, Posta u Berga tal-Gvern
  •  

    Il-Kunsill Civiku

    Il-Kunsill Civiku Zabbar beda l-attivitajiet tieghu billi ghaxra minn nies, interessati fit-tixrid tal-kultura f'Haz-Zabbar, iltaqghu ghall-ewwel darba fid-29 ta' Settembru 1991, f'Ta' San Frangisk, 15, Triq Hompesch, Haz-Zabbar.
    Il-Hadd, 20 t'Ottubru ta' l-istess sena, imbaghad, iltaqghu dsatax-il ruh, u gie pprezentat statut gdid. Wara informazzjoni li ntbaghtet lill-medja, saret l-ewwel laqgha generali, il-Gimgha 22 ta' Novembru 1991, dejjemfl-istess post. Hawn intghazel l-ewwel kumitat u kien approvat l-istatut. 
    Kunsill Civiku
     
    L-ghanijiet tal-Kunsill Civiku huma:
    1. li jhares u jtejjeb il-wirt storiku ta' Haz-Zabbar
    2. li jxerred is-sens civiku f'Haz-Zabbar
    3. li jirrikonoxxi l-kontribut ta' Zabbarin fil-qasam civiku
    Il-kunsill Civiku jiltaqa' kull hmistax. Sa mill-bidu, kellu hafna korrispondenza ma' Dipartimenti tal-Gvern fuq l-istat u l-bzonnijiet ta' Haz-Zabbar.

    Sa mill-ewwel sena tieghu, beda jiffesteggja l-ewwel ta' Settembru bhala Jum Haz-Zabbar, ic-centru ta' l-attivitajiet tieghu, li tfisser l-ghotja tat-titlu 'Helwa Belt Hompesch' fl-14 ta' Settembru 1797. Imma billi did-data tahbat mal-, jew qrib il-festa tal-Madonna tal-Grazzja, gie deciz li dal-jum jitfakkar fl-ewwel ta' Settembru ta' kull sena.

    Meta nifed il-Kunsill Lokali, dan ried jiffesteggja Jum Haz-Zabbar hu. Ghalhekk, il-Kunsill Civiku kellu jiccelebra l-ewwel ta' Settembru taht isem gdid: Jum il-Belt Hompesch.

    F'dal-jum tigi organizzata wirja ta' xoghlijiet ta' dilettanti Zabbarin, jinghataw rikonoxximenti lil Zabbarin li jkunu ghamlu isem, u jkunu organizzati kompetizzjonijiet ta' kitba u tpingija. F'dal-jum iferrah ukoll liz-Zabbarin bil-Banda Zghazagh Kuncertisti, immexxija mill-Mro John J. Pace, membru tal-Kunsill Civiku.

    Xoghol iehor li jaghmel il-Kunsill Civiku hu li torganizza, fl-ewwel Sibt ta' Marzu, Festival nazzjonali ta' Kant bl-isem: 'Ir-Rebbieh tar-Rebbieha'.

    F'Novembru 1995 fakkar l-20 sena mill-waqgha ta' l-ajruplan Vulcan fuq Haz-Zabbar b'lapida fi Triq is-Santwarju u bi musical immuzikat minn John Mallia fuq lirika ta' Karmenu Mallia, membru tal-Kunsill Civiku. Jorganizza wkoll Sensible Soccer Competition.

    Fis-sena 1997, it-tieni centinarju tal-ghotja minn Hompesch tat-titlu 'Citta' Hompesch', il-Kunsill Civiku organizza Lejla specjali fl-ewwel ta' Settembru fejn is-Sur Frans Baldacchino, il-Budaj, ghanna 'Il-Ballata tal-Granmastru Hompesch', miktuba ghall-okkazjoni minn Karmenu Mallia.

    Il-Kunsill Civiku hu maghmul minn zewg kategoriji:

    1. il-Kunsill innifsu ta' 15-il membru u
    2. membri assocjati li jghinu lill-Kunsill b'membership fee ckejkna
    Min jixtieq jinghaqad mal-Kunsill Civiku fil-hidma tieghu kulturali, jista' jikteb lis-Segretarju f'89, Triq is-Santwarju, Haz-Zabbar, ZBR 04, jew icempel: 892381.
      
    Back to Zabbar Main Page

    chdalli@mail.link.net.mt
    Page mantained by Engine-boy

    Click to see more great pages on Campus Life.