Il-Golf Kellu Jkuntaħt
il-Verdala
Għad
irid jilqa' rjus kbar
dan
il-ġojjell tan-negozju Malti;
għad
irid jara stikek itajru n-nar,
u
blalen itiru fis-sema qishom għasafar,
u
niżlin qishom trofej tal-kaċċa jfittxu dar.
Għad
jiġu mill-bogħod biex jifluh mill-viċin
dan
il-pannu fin;
għad
trid titbissem ix-xemx
fuq
dan l-investiment prim.
Din
hi l-kickstart li riedet
l-ekonomija;
dan
hu l-ispark li ħtieġet
il-magna marradija,
il-jumpstart
li riedet il-batterija.
Il-golf
kellu jkun għalina,
l-isport
nazzjonali Malti,
bil-pass
sod u l-iskoss f'salt,
bi
18-il toqba, jew 27,
imxerrdin
'l hawn u 'l hemm fl-art.
Dan
hu n-nifs ġdid li ried is-settur privat;
din
hi d-direzzjoni.
Il-golf
kellu jkun għalina.
U
ftit irjus kbar.
Adrian
Grima (18.10.99) |
||
Għall-Ewwel Paġna | Back to the First Page
|