Il-Proġett
"Gżejjer" |
||||
Kitbiet
dwar "Gżejjer" u l-lejla tal-31 ta' Lulju,
2001 Dawk l-awturi li jixtiequ jieħdu sehem f'”rappreżentazzjoni letterarja” bit-tema "Gżejjer" li se ssir nhar it-Tlieta, 31 ta' Lulju, fid-8.45pm fl-Università, għandhom jibagħtu poeżija jew storja (qasira) bil-Malti lil Inizjamed fl-indirizz inizjamed@maltaforum.org sa nhar il-Ħamis li ġej, 7 ta' Ġunju. It-tema "gżejjer" tista' tinftiehem kemm fis-sens letterali tagħha kif ukoll fis-sensi metaforiċi tagħha. Il-mistieden ewlieni fir-rappreżentazzjoni ta' din is-sena se jkun l-awtur ewlieni Skoċċiż Kevin MacNeil li se jinġieb Malta minn Inizjamed bil-kollaborazzjoni tal-British Council. 3.6.01 |
Il-Workshops
ma’ Kevin MacNeil Fil-Ġimgħa
li se jdum Malta bejn is-26 ta’ Lulju u l-1 ta’ Awwissu, 2001, l-awtur
ewlieni Skoċċiż Kevin MacNeil se jagħmel sensiela
ta’ ħames workshops ta’ kitba kreattiva ta’ bejn sagħtejn
u sagħtejn u nofs il-waħda. Fihom se jieħdu sehem mhux
aktar minn ħmistax-il persuna li jridu jkunu minn 16-il sena ‘l
fuq. L-idea ta’ Kevin hi li dawn ikunu sessjonijiet prattiċi li
fihom dawk preżenti jkollhom l-opportunità li jiddiskutu l-kitbiet
tagħhom mieghu. Il-ħlas
għall-ħames workshops kollha huwa Lm8.
Il-workshops se jsiru kif ġej: Il-Ġimgħa
(27.7.01); Is-Sibt (28.7.01), Il-Ħadd (29.7.01) u t-Tnejn (30.7.01)
mid-9.30am sa nofsinhar. Is-Sibt (28.7.01) jew it-Tnejn ikun hemm workshop
ieħor fis-6.00pm. Biex tibbukkja post fil-workshops ikteb issa lil inizjamed@maltaforum.org Fil-workshops
se jkunu preżenti wkoll il-ħames artisti li se jippreżentaw
ix-xogħlijiet letterarji waqt il-lejla bl-isem ta’ “Gżejjer”
li se ssir bħala parti mill-festival Evenings on Campus
fid-8.45pm, nhar it-Tlieta, 31 ta’ Lulju, 2001, fid-daħla ewlenija
ta’ l-Università (Gateway Building). Dawn huma: l-atturi Ray Calleja u
Marcelle Teuma; is-sassofonista Joseph Vella; il-perkussjonista Renzo
Spiteri u l-kantanta Nadine Axisa. 3.6.01 |
L-Identità
u l-Globalizzazzjoni Kulturali
Nhar il-Ġimgħa 27 ta’ Lulju, fit-8.00pm, Kevin
MacNeil se jkun il-kelliem ewlieni waqt laqgħa pubblika dwar
“L-identità u l-Globalizzazzjoni Kulturali”. MacNeil se jagħmel
taħdita qasira li fiha se jitkellem dwar dan is-suġġett u
jistieden lill-pubbliku preżenti biex jieħu sehem f’dibattitu
pubbliku. Il-koordinatur
ta’ Inizjamed, Adrian Grima, se jagħmel preżentazzjoni qasira
dwar l-awturi Maltin u l-impenn kulturali. Se jkun hemm kopji stampati
ta’ din it-taħdita tiegħu bil-Malti għall-bejgħ.
Matul din il-laqgħa pubblika, Kevin MacNeil se jippreżenta
video
ta’ intervista / dokumentarju mxandar mill-BBC li kien involut fih u li
jittratta dan is-suġġett. Din l-attività se tittella’ minn Inizjamed flimkien mal-British Council. 3.6.01 |
||
|