Kummenti tal-Parteċipanti dwar il-Kors ta' Kitba ta' Letteratura għat-Tfal |
||
“Il-kors
tal-kitba bil-Malti għat-tfal imtella' minn Inizjamed kien komprensiv
u divertenti, miżgħud b'mistiedna - kittieba, għalliema,
kritiċi u pubblikaturi - li qasmu magħna l-aspetti diversi
tad-dinja letterarja tat-tfal. Il-presenza professjonali, entużjasta
u regolari ta' Trevor Żahra nħasset. Il-possibiltà li tippreżenta
biċċa kitba qasira waqt il-kors kienet siewja, kif kienu
l-kummenti puntwali dwar il-kitbiet li kellna nħejju minn ġimgħa
għall-oħra - l-aktar meta kienu tfal ta’ l-iskola li f'okkażjoni
minnhom qraw u kkritikaw il-kitba tagħna.” John
C. Betts L-Erbgħa, 12 ta' Diċembru, 2001 |
||
|
||
"The course was very well planned and the sessions were all very interesting. The group number was just right and also the length of the course."
Giuliana Fenech 28
December, 2001 |
||
|
||
“Il-kors
kien effettiv ħafna. Il-fatt li kollna grupp zgħir għen
biex ikollna iktar attenzjoni individwali. Naħseb li korsijiet bħal Naħseb
li l-idea li niktbu silta wara kull laqgħa kienet idea effettiva għax
b'hekk esperjenzajna l-kitba wkoll, iżda nixtieq li kellna iktar
ħin biex naqrawhom lil xulxin. Tkun ħaga tajba wkoll jekk xi
kitbiet tagħna jigu ppubblikati, anki jekk mhux fi ktieb, ngħidu
aħna f'xi fuljett jew f'xi gazzetta Maltija. Nispera
li r-rizultat ta' dan il-kors narawh fil-futur qrib u xi wħud
minna niktbu xi storja għat-tfal!” Graziella Calleja Mercieca L-Erbgħa, 2 ta' Jannar, 2002 |
||
|
||
"Ħassejt
li t-tqassim tal-kors kien tali li offra bażi tajba ħafna għal
min hu ġdid, bħali, fil-qasam tal-kitba tat-tfal. Suġġetti
bħall-psikoloġija ta' l-adoloxxenti, diskussjoni ta' stili ta'
diversi awturi stabiliti, trattament ta' temi diversi u l-produzzjoni ta'
ktieb sibthom utli immens. L-istess ħaġa ngħid għax-xogħol
ta' kitba li kien jingħata minn ġimgħa għal oħra
li kien joħroġ mit-tema diskussa waqt is-sessjoni. Inħoss
li l-aktar żewġ eżerċizzji utli li sibt kienu
l-kuntatt mal- kittieba, bħal Trevor Żahra, u l-korrezzjoni
tal-kitbiet tal-parteċipanti, bil-kummenti magħmula minn esperti
fil-qasam. Apparti mill-utilita' prattika tagħhom, dawn l-eżerċizzji
kienu r-raġuni ewlenija għaliex applikajt għall-kors.
Permezz tagħhom taf li qed tieħu xi ħaġa lura, xi
ħaġa li ma ssibha f’ebda kors ieħor, u f’ebda manwal
dwar il-kitba ta' xogħlijiet għat-tfal. Dawn l-eżerċizzji
jdaħħluk fid-dinja tal-kitba għaliex tibda tesperimenta bi
ħsibijietek u b'kitbietek, u l-fatt li hemm xi ħadd li qed
jiggwidak ikompli jgħinek u jinkoraġġik tiżviluppa
l-istil tiegħek. Barra minn hekk, għandek ukoll iċ-ċans
li tisma' dwar ix-xogħlijiet ta’ sħabek il-parteċipanti
l-oħra, u titgħallem tikkritika u tiġi kkritikat. Apparti
x-xogħol ta' kitba minn ġimgħa għal oħra,
l-organizzaturi jħeġġuk taqra (kemm tiflaħ!) xogħlijiet
diġà Il-kors,
fih innifsu, kien kreattiv, mhux biss fil-kontenut imma wkoll għaliex
il-parteċipazzjoni waqt is-sessjonijiet kienet miftuħa għad-diskussjoni.
Nista' ngħid li nħossni ffortunata li Dan
il-kors għamiltu għalija, għall-iżvilupp tiegħi,
u ma jiddispjaċinix tal-ħin u l-isforz li investejt fih.
Nirrakkomandah lil kulmin jixtieq ikun jaf iktar dwar il-qasam tal-kitba għat-tfal
u għall-adoloxxenti!" Mary
Muscat L-4 ta’ Jannar, 2002 |
||
|
||
Għall-Ewwel Paġna | Back to the English Page
|