Favur il-Biedja f’Tal-Virtù

Is-Segretarja/u tal-Bord

L-Awtorità Maltija dwar il-Ħarsien ta’ l-Ambjent (MEPA)

St. Francis Ravelin

Il-Furjana.

L-1 ta’ Lulju, 2002

Sinjur/a,

Inizjamed hija waħda mill-ħafna organizzazzjonijiet mhux governattivi Maltin li qegħdin jopponu b’mod pubbliku l-iżvilupp insostenibbli u irresponsabbli li qed jiġi propost minn AX Holdings fir-raba’ li hemm fil-limiti ta’ Tal-Virtù fir-Rabat.

Kif taf, din il-proposta tmur kontra l-Pjan ta’ Struttura u s-sens komun f’pajjiż fejn ir-raba’ jiswa iżjed minn mitqlu deheb. Barra minn hekk, il-proposta ta’ AX Holdings tikser ukoll il-ftehim bejn l-Istat Malti u l-Vatikan dwar l-amministrazzjoni ta’ l-artijiet.

Fl-Istudju dwar l-Impatt Ambjentali tal-Korsa tal-Golf li xxandar dan l-aħħar l-isem ta’ Inizjamed u ta’ numru ta’ għaqdiet oħra tħalla barra minkejja li l-pożizzjoni tagħna għamilnieha pubblika żmien ilu. Inizjamed hija membru fil-Front Kontra l-Korsa tal-Golf f’Tal-Virtù.

 

Grazzi ta’ l-interess tiegħek u saħħiet

Adrian Grima

(Koordinatur)


Għall-Ewwel Paġna | Back to the First Page