Nadine AxisaIl-kantanta Nadine Axisa pparteċipat fl-iktar festivals prestiġjużi f pajjiżna fosthom il-Festival Kanzunetta għall-Ewropa, il-Festival Intemazzjonali tal-Kanzunetta Maltija u l-Festival Kanzunetta Indipendenza. Nadine ħadet sehem fil-festival L-Għanja tal-Poplu ħames darbiet. Ġiet ikklassifikata fit-tielet post fl-1998 bil-kanzunetta "L-Isbaħ Raqda" u fl-2000 bis-silta "Dak Li Għidtli Dakinhar". L-ikbar sodisfazzjon fil-karriera mużikali ta' Nadine kien meta l-kanzunetta "Jekk Għada ma Jisbaħx" kisbet suċċess barra minn xtutna u ndaqqet fuq radju popolari Amerikan fi programm bl-isem ta' "Pop Goes the World". Nadine hija l-"lead singer" tal-band tagħha "Idle Offset", u hija wkoll kantanta residenti f lukanda popolari f pajjiżna. Nadine qed tistudja l-Matematika u l-Fiżika fl-Università u qiegħda fit-tieni sena. Nadine bdiet tistudja l-vuċi ta' seba' snin ma' Irene Dillon u wara mas-soprano Beatrice Brockdorff. Ħadet sehem fl-ewwel musical fl-età ta' seba' snin u għal dawn l-aħħar ħames snin ħadmet fi proġetti ma' kantanti u mużiċisti professjonisti. Fl-1996 bdiet il-karriera tagħha bħala solista bir-rebħ tal-festival "Kliem u Mużika" bil-kanzunetta "Ma Ninsiek Qatt". Ħadet it-tielet post fil-festival ta' l-Indipendenza ta' l-1997 u f'L-Għanja tal-Poplu ta' l-1998. Tat sehem f'CDs b'risq il-karità fosthom 'Għalina l-Anġli' ta' l-Eden Foundation u 'Angel Voices for Christmas' tal-Caritas.
|
![]() Nadine Axisa
(Dan it-tagħrif huwa meħud, b'xi tibdiliet żgħar, mill-website ta' L-Ghanja tal-Poplu, disinn u produzzjoni ta' Ramon Casha. Dan il-festival jittella' mill-YTC.)
Nadine ghandha l-website taghha: http://www.homestead.com/nadineaxisa/
|