il-kummerċ ġust: ħtieġa globali u prijorità ekonomika |
||
WorldFest |
||
Programm Dettaljat - Petizzjoni dwar il-Kummerċ
Is-Sibt, 4 ta' Mejju, int u familtek mistiedna tiġu fil-grounds ta’
l-Iskola ta’ St Michael għall, Pembroke, biex tqattgħu ġurnata
f'ambjent nadif u rilassanti li se jkun mimli 'attivitajiet f'ġieħ
il-Kummerċ Ġust. Attivitajiet sportivi, Car Wash organizzat mis-St
Michael Foundation Scouts, muzika etnika live, u Rokna għat-Tpartit fejn
kotba u oġġetti oħra li ma tridux aktar jistgħu jintużaw mill-ġdid… dawn
huma ftit mill-attivitajiet li se jseħħu matul dan
il-jum. Stefano Magnoni u Anna Bucca
F’din it-taħdita, se tieħu sehem ukoll Anna Bucca, li hi l-President tal-ARCI Catania, li se titkellem dwar ir-rwol taż-żgħażagħ fil-ħolqien ta’ dinja aktar ġusta u sehem il-Kummerċ Ġust f'ekonomija globalizzata.
[Fir-ritratt
jidhru wħud minn dawk li qed jaħdmu fuq il-proġett
“Ri-Kreazzjoni”,
mix-xellug: Karsten Xuereb, Otello Urso, Anna Bucca, Clare Azzopardi
(koordinatriċi
tal-proġett),
Adrian Grima u Vince Caruana]
L-Arka u Ritmi Matul il-ġurnata kollha, L-Arka, ta’ 306, Triq San Pawl, il-Belt Valletta (Tel. 2124 4865), l-uniku ħanut tal-kummerċ ġust f’Malta, se jsalpa 'l barra mill-Belt u jankra fost il-bosta tined tal-Kummerċ Ġust li se jkun hemm fil-grounds ta’ l-Iskola ta’ St. Michael. Dawn it-tined se jkunu mimlija ikel, artiġjanat u ħwejjeġ oħra maħduma f'pajjizi varji fl-Afrika, l-Asja, fl-Amerika Ċentrali u fl-Amerika t’Isfel u mibjugħa skond il-kriterji tal-Kummerċ Ġust. L-attività
WorldFest se tiġi fi tmiemha bid-daqq tal-djembe, it-tanbur tipiku
ta’ l-Afrika tal-Punent, mill-grupp ta’ Renzo Spiteri mill-proġett
“Ritmi”. F’Marzu li għadda, Renzo Spiteri u l-perkussjonist Senegaliż
Moussé Ndiaye kienu l-protagonisti tat-tliet serati ta’ “Ritmi – The
Concert” li saru fit-teatru ta’ l-MITP, il-Belt Valletta. Il-djembes li
pprovdiet L-Arka għal
dawn il-workshops huwa prodotti ġusti
maħdumin
f'komunitajiet fil-Ghana. Carol Wills u Vince Caruana
Skond
Carol Wills, Direttriċi Eżekuttiva ta’ l-IFAT (il-Federazzjoni
Internazzjonali tal-Kummerċ Alternattiv), "Il-moviment tal-Kummerċ Ġust ma
jistax jaċċetta l-livell ta' faqar li jezisti fid-dinja llum. Nemmnu li
nistgħu nbiddlu d-dinja. Bix-xiri ta' prodotti tal-kummerċ ġust
il-konsumaturi jistgħu jgħinu biex dil-bidla sseħħ, bidla li ttejjeb
l-għajxien tal-ħaddiema li sfaw marġinalizzati minħabba
l-globalizzazzjoni. Il-Jum Dinji tal-Kummerċ Ġust fl-4 ta' Mejju huwa
opportunità mill-aqwa biex nies mid-dinja kollha juru l-impenn
tagħhom lejn dinja aktar ġusta." [Fir-ritratt jidhru membri tal-kumitat organizzattiv
tal-WorldFest. Mix-xellug: Karsten Xuereb, Inizjamed; Nathalie Grima, KKG;
Marie Therese Galea, KKG; Lana Turner, KKG; Roderick Agius,
GTD]
Għal aktar informazzjoni ibagħtu email lil med2000@maltaforum.org jew l-arka@maltaforum.org jew ċemplu L-Arka fuq 2124 4865. |
||
Karsten Xuereb April, 2002 Inizjamed |
||
Għall-Ewwel Paġna | Back to the English Page
|
||