Fl-Uganda
 
 

Il-Hajja ghal Min Jiflah ghaliha

Il-paradossi ta' l-Uganda jibdew mill-klima stess. Maqfula f'regjun fejn ix-xemx ta' l-Ekwatur suppost tixwi kulma ssib quddiemha, l-Uganda hija art bi klima pjacevoli u ekonomija ddominata, ironikament, mill-biedja.

L-Uganda tinsab 3,500 pied 'il fuq mill-bahar. Fil-Punent u l-Lbic l-art hija ghammiela hafna, u l-biedja mifruxa tista' tghid ma' kullimkien. Fost il-prodotti li jitkabbru hemm it-te, il-kafč, il-qoton, il-banana, u ghadd ta' hxejjex u qmuh. Fit-Tramuntana, il-Grigal u l-Majjistral tal-pajjiz, fejn ix-xita tbati ftit mill-burdati, jitkabbru prodotti bhall-qoton, it-tabakk u l-qamh, u f'ghadd ta' widien mgharrqa fl-ilma jikber ir-ross.

L-ghajxien jingabar mill-art

Hafna Ugandizi ghandhom bicca art zghira mad-dar, jew gharix taghhom, u din l-art juzawha mill-ahjar li jafu biex tghajjixhom. L-art u l-biedja tant huma importanti ghalihom li, skond Timothy Wangusa, fir-rumanz tieghu Upon this Mountain, biex jikkalkulaw iz-zmien jiftakru f'kull hsad li jkun ghadda: "Many, many millet granaries ago..."

Madankollu, in-nuqqas ta' taghlim huwa wiehed mill-pjagi l-kbar tal-pajjiz, u hafna bdiewa Ugandizi mhumiex konxju mill-hsara kbira li jaghmlu whud mis-sistemi li juzaw. Sikwit jigri li bicca art tinhadem u tibqa' tinhadem sakemm issir hawlija. Fost dawk li jahdmu l-art ghadhom ma dahlux sistemi semplici ta' kif wiehed jiehu hsieb is-sahha tal-hamrija billi, nghidu ahna, kull tant zmien, ibiddel il-prodottili jizra' biex iserrah il-hamrija.

Fl-Uganda ghad hemm drawwa li digą qerdet wesghat kbar ta' foresti. Meta bicca art ma tibqax trendi, il-bdiewa jaharqu wesgha ohra mill-masgar biex ikabbru l-prodott. Minhabba f'hekk, id-dezert fit-Tramuntana tal-pajjiz dejjem niezel 'l isfel u kull sena, oqsma godda jinhakmu minn nixfiet kbar. Skond pubblikazzjoni ta' l-Unicef ta' l-1989, bl-isem ta' Children and Women in Uganda. A Situation Analysis, f'dawn l-ahhar ghexieren ta' snin l-ambjent fl-Uganda ghadda minn taqlibiet kbar. Fl-ahhar tas-sebghinijiet tnax fil-mija ta' l-art kienet foresti naturali. Fl-1989, minn tlieta sa erbgha fil-mija ta' l-art biss kienet foresti naturali.

Min-naha l-ohra, il-popolazzjoni zdiedet minn zewg miljuni u nofs fl-1911 u sitt miljuni u nofs fl-1959, ghal iktar minn sbatax-il miljun fl-1994. Hemm min isostni li qed tizdied bir-rata ta' madwar 3.4% fis-sena. Din iz-zieda qed tohloq iktar pressjoni fuq ir-rizorsi tal-pajjiz, mhux ghax hu nieqes minnhom, izda ghax mhux qed jintuzaw sew.

Ghadd kbir ta' sigar qeghdin jitqacctu ghall-hatab u ghall-faham tal-kannol (tal-hatab). Il-maggoranza l-kbira tan-nies ma tiflahx thallas ghall-elettriku jew ghall-gas, u ghaldaqstant, il-faham tal-kannol, u b'mod specjali l-hatab, jintuzaw hafna ghat-tisjir. Fil-harga ta' l-24 ta' Awwissu, 1994, tal-gazzetta Kenjana The Nation, John Thuo kiteb li nofs il-hsad dinji ta' tliet biljun tunnellata njam f'sena wahda, jintuza biex iqabbad in-nar. Fl-Afrika, "wood use for domestic cooking accounts for over 60% of the total energy use and is a major cause of land degradation". Fil-Kenja biss, minhabba t-tqaccit tas-sigar, kull sena jinqerdu 5000 ettaru (jew 50 miljun metru kwadru), ta' foresti.

Fl-ahhar mill-ahhar, din il-qerda tolqot, b'mod dirett, il-hajja ta' kuljum ta' kulhadd Izda l-aktar li jintlaqtu minna huma dawk li l-inqas jifilhu ghaliha.

It-taghlim ghal min jiflah jixtrih

F'pajjiz bhall-Uganda, it-taghlim huwa investiment li jaghmlu min ghandu x'jinvesti. L-amministrazzjoni tal-pajjiz donnha thares lejn l-edukazzjoni bhalma tal-helu jhares lejn il-kannoli. Minghajr kannoli l-bniedem jghaddi, imma jekk irid wiehed irid ihallas ghalih. F'pajjiz fejn nofs il-popolazzjoni ma tafx tikteb u taqra, fl-1991 il-Gvern investa sittax fil-mija tan-nefqa annwali tieghu fl-edukazzjoni. Madankollu, nofshom nefaqhom ghas-settur sekondarju u terzjarju. Ghall-primarja vvota tmienja fil-mija tan-nefqa annwali tieghu ghal dik is-sena. Dan minkejja li l-bicca l-kbira ta' dawk li jmorru l-iskola jattendu biss il-primarja.

Barra minn hekk, it-tfal li jinkitbu ghall-iskola huma 69% ta' dawk li ghandhom l-etą li jmorru l-iskola. Minnhom, 32% biss jispiccaw il-primarja. Dan ifisser li fl-1991, minn kull hamest itfal Ugandizi, wiehed jew wahda biss attendew mqar il-primarja.

Ir-ragunijiet ghal dan in-nuqqas huma diversi. L-ewwelnett hemm il-flus. Fil-belt ta' Kampala (l-accent ewlieni huwa fuq l-ahhar sillaba) bniedem jaqla' xi 30,000 Shilling Ugandiz fix-xahar, madwar tnejn u tletin dollaru Amerikan. Ghal tifel jew tifla wahda, skola primarja rhisa tqum madwar 34,000 Shilling kull tliet xhur. Din il-mizata ma tinkludix pitazzi, kotba, lapsijiet, donazzjonijiet lill-ghaqdiet tal-genituri u l-ghalliema, u spejjez ohra. Bil-paga tieghu, dan il-bniedem irid jghajjex il-familja tieghu u jibghat tlieta jew erbat itfal l-iskola!

Raguni ohra hija n-nuqqas ta' taghlim tal-genituri stess. Jekk il-genituri rnexxielhom ikampaw minghajr ma marru l-iskola, allura f'mohhhom l-iskola aktarx li mhijiex l-iktar haga importanti. Minghajr ir-raba t-tifel ma jghixx; minghajr l-iskola jghix.

Skond stharrig tal-Gvern Ugandiz, ippubblikat f'Settembru ta' l-1992, bl-isem ta' Uganda National Programme of Action for Children. Priorities for social services sector development in the 1990's and Implementation Plan 1992/93 - 1994/95, (UNPAC), l-iktar li jbatu minn din is-sitwazzjoni ingusta fis-settur edukattiv huma t-tfal fl-irhula, specjalment il-bniet u gruppi ohra fit-tarf tas-socjetą, bhat-tfal b'dizabilitą. Jekk familja jirnexxielha tigbor bizzejjed flus biex tibghat 'il xi hadd mit-tfal taghha l-iskola, is-soltu taghzel wiehed mis-subien. Il-bniet jithallew id-dar biex jghinu 'l ommhom tmur iggib l-ilma u taghmel il-facendi. Ghaldaqstant, ir-rata ta' l-analfabetizmu fl-irhula hija d-doppju tar-rata fl-ibliet; u fost l-adulti li ma jafux jiktbu u jaqraw hemm iktar nisa milli rgiel.

Minkejja kollox

Minkejja l-problemi ambjentali serji li qed ihabbat wiccu maghhom, minkejja li miljuni ta' nies huma mcahhda mill-jedd sagrosant tat-taghlim, u minkejja pjagi ohra li qeghdin jixorbulu sahhtu, il-poplu Ugandiz jidher li ghandu qawwa gewwinija li min ihares biss lejn id-djar tat-tajn u z-zingu u l-moghdijiet attaparsi toroq qajla jista' jaraha. Forsi din il-qawwa mhi xejn ghajr ir-reazzjoni istintiva ta' min isib ruhu fil-gwaj, l-ispirtu ribelluz li jitla' fil-wicc meta l-hajja tkun nizlet fil-qiegh. Forsi l-Ugandizi stess ma jirrealizzawx kemm fil-fatt qalghu fuq wicchom, kemm gew imcahhda minn affarijiet li huma bi dritt taghhom.

Hu x'inhu, il-poplu Ugandiz huwa poplu dinjituz, li jghozz il-hajja, poplu li jirrispetta lix-xjuh u jfittex li jitghallem minn ghandhom. Huwa poplu kburi bil-kulturi differenti li hemm migbura fih; kburi bl-ghadajjar, bil-muntanji u bil-foresti mill-isbah li ghandu; kburi li minkejja hmistax-il sena ta' gwerra civili kiefra u ingusta rnexxielu jitma' 'l uliedu u fl-ahhar jikseb is-sliem. Gruppi artistici bhall-Ndere Troupe (ndere tfisser flawt) huma sinjal haj tal-qawwa gewwinija fil-poplu. Din il-kumpannija artistika hija maghmula minn ghadd ta' ghalliema u studenti li jiltaqghu fil-hin liberu taghhom, l-aktar fi tmiem il-gimgha, biex ihejju l-wirjiet taghhom. Il-membri, li jghoddu mat-tletin ruh, huma minn bnadi u kulturi differenti ta' l-Uganda.

Wiehed mill-ghanijiet tal-wirjiet taghhom hu li l-udjenza jlaqqghuha ma' mqar ftit mill-kulturi li hemm fil-pajjiz. Dan jaghmluh permezz ta' daqq, kant, zfin, rectar, u kostumi mill-isbah. Il-muzika li jdoqqu u l-ghanjiet li jkantaw, ghalkemm huma kompozizzjonijiet originali, huma mnebbhin mit-tribł li jkunu qeghdin jipprezentaw, filwaqt li z-zfin u r-rectar jiffukaw, fost l-ohrajn, fuq l-elementi fundamentali li jsawru l-hajja u l-kultura tieghu. Madankollu, fil-wirja ta' l-Ndere Troupe, bejn il-forom artistici differenti m'hemm ebda firda. Il-wirja hija haga shiha, u l-muzika, iz-zfin, il-kant, ir-rectar u l-kostumi jidhlu f'xulxin u jirfdu wiehed lill-iehor. Dan hu aktarx wiehed mis-sigrieti tas-success li kellu dan il-grupp artistiku mhux biss f'art twelidu izda anke fl-Ewropa u l-Amerika ta' Fuq. Fil-wirjiet taghhom hemm armonija mhux biss bejn il-forom artistici differenti izda anki bejn l-arti u l-hajja.

Ghaldaqstant, it-troupe mhix maghmula minn zeffiena, muzicisti, kantanti, atturi u stilisti, imma minn artisti li kapaci jirrectaw u jkantaw bl-istrument tradizzjonali f'idejhom, u mbaghad jitilquh minn idejhom biex jizfnu. Huma artisti fis-sens wiesa' tal-kelma. Il-qliegh li jaghmel, il-grupp jinvestih, fost l-ohrajn, fl-istrumenti u fit-taghmir, u juzah biex jghin lill-membri tieghu billi, nghidu ahna, jiffinanzja l-istudju ta' l-istudenti fosthom.

Fuq kollox, is-sliem

Minkejja l-impressjonijiet superficjali ta' hafna nies fil-Punent li jafu ftit dwar l-Uganda, u mhumiex interessati jkunu jafu aktar, fl-Uganda hemm poplu b'xewqa kbira li jghix fis-sliem, xewqa li nzerghet fih matul snin twal ta' tbatija u ingustizzji. Hemm ukoll poplu li rabat il-gejjieni tieghu mhux biss mal-fertilitą u s-sbuhija ta' l-art izda wkoll ma' l-ghalqa ghammiela tal-kultura, li kulfejn fejn issib bdiewa tajbin, taghti frott bnin.

_____________________


Radd il-hajr: Nixtieq nirringrazzja lis-Sur Emmanuel Unenboth tas-sabar li bih wiegeb il-hafna mistoqsijiet li ghamiltlu. Min-naha l-ohra, il-fehmiet li jidhru f'dan l-artiklu huma tieghi.


© Adrian Grima (4.9.94)
Artiklu ppubblikat fl-Alternattiva, 23.9.94-7.10.94

 
 
 

L-Uganda: il-poplu u r-rezistenza

L-Uganda hadet l-indipendenza mill-Imperu Ingliz fl-1962, izda ghadha ma tistax tiehu r-ruh. Hafna mill-problemi li qed thabbat wiccha maghhom illum huma frott tat-tahlit kbir ta' kulturi li hemm migburin fi hdanha, tal-firdiet religjuzi u politici li zerghu l-Ewropej, tal-kilba ghall-poter li hemm f'hafna bnedmin, u frott ukoll tal-faqar u n-nuqqas ta' taghlim.

L-Uganda hija maqsuma f'xejn inqas minn sbatax-il grupp etniku kbir u ghadd ta' gruppi izghar. Il-ferrovija ta' l-izvilupp dahlet l-aktar fin-naha t'isfel tal-pajjiz fejn hemm il-belt kapitali Kampala (l-accent fuq l-ahhar sillaba), l-ajruport ta' Entebbe u l-ghadira Victoria.

L-ghexieren ta' tribujiet li wiehed isib fl-Uganda jinqasmu f'erba' gruppi kbar: dawk li jithaddtu l-lingwi Bantu huma migburin fin-Nofsinhar tal-pajjiz. Hemmhekk l-art hija ghammiela hafna u kulturalment, is-socjetajiet huma monarkici. It-tribujiet li jitkellmu lingwi Nilotici, Nilo-Hamitici u Sudanici, jghixu fin-naha ta' fuq fejn il-klima hija aktar niexfa u s-socjetajiet huma, fil-bicca l-kbira, rizultat tat-tlaqqigh bejn rhula qrib xulxin u rhula li l-abitanti taghhom jigu minn xulxin.

Mad-differenzi fil-kultura li hemm bejn in-nies tat-Tramuntana u n-nies tan-Nofsinhar, wiehed irid izid il-fatturi ekologici u l-izvilupp ekonomiku li sar, jew baqa' ma sarx, qabel u wara l-indipendenza ta' l-1962.

Il-firdiet bejn il-fidili

Fil-pubblikazzjoni ta' l-Unicef, Children and Women in Uganda, ta' 1989, jinghad li fl-Uganda il-knejjes u l-gruppi religjuzi aktarx huma l-iktar istituzzjonijiet importanti fil-hajja ta' l-Ugandizi. Il-bicca l-kbira tan-nies iqattghu l-hin taghhom ma' min ihaddan l-istess twemmin. Dan jista' jkun ukoll minhabba li l-Gvern, bis-servizzi u l-ideat tieghu, huwa maqtugh mill-hajja ta' kuljum tan-nies.

Madankollu, f'dan il-pajjiz mhedded il-hin kollu mid-differenzi li hemm ibaqbqu fih, it-twemmin huwa sikwit ghajn ta' firda. Fl-1987, nofs il-popolazzjoni kienet Kattolika, tlieta u tletin fil-mija tan-nies kienu Protestanti, u sebgha fil-mija Musulmani. Bejn il-membri taz-zewg religjonijiet il-kbar jinghad li hemm taqtigha kontinwa ghall-poter. Il-Kattolici jallegaw li l-Protestanti minn dejjem fittxew li jiehdu t-tmexxija politika, edukattiva, socjali, u kulturali tal-pajjiz f'idejhom, bil-konvinzjoni li huma kapaci jmexxu iktar minn haddiehor; u li din il-konvinzjoni wirtuha mill-kolonjalisti Inglizi. Tant hu hekk, li minkejja li l-Protestanti huma biss 33% tal-popolazzjoni, wiehed isibhom imexxu l-bicca l-kbira ta' l-oqsma tal-hajja fl-Uganda.

Din it-taqtigha bejn ir-religjonijiet u bejn il-gruppi etnici differenti ilha sejra zmien twil. Ghaldaqstant, fl-1988, il-gvern ta' Yoweri Museveni (fir-ritratt) hareg ligi kontra kull diskors u mgiba settarja. Il-Moviment tar-Rezistenza Nazzjonali (l-N.R.M.) li ilu jmexxi l-pajjiz mill-1986 mhuwiex moviment settarju u jigbor fih il-gruppi komunitarji kollha. Madankollu, f'artiklu li deher f'Awwissu fil-gazzetta The New Vision gie rrapportat li f'laqgha li kellhom mieghu, il-mexxejja tal-Kattolici akkuzaw lill-President Museveni li qed jiddiskrima kontrihom fl-ghoti ta' karigi amministrattivi. Ghal dawn l-allegazzjonijiet taghhom il-President ghazel li ma jwiegeb xejn..

Il-firdiet tal-poter

Bl-indipendenza ta' l-1962, li giet wara sebghin sena ta' hakma kolonjali, l-Ingilterra rnexxielha tehles minn bomba li setghet tisplodi f'wiccha minn mument ghall-iehor. Il-bomba wirtuha l-mexxejja l-godda ta' l-Uganda, u ma damitx ma hadet. Fl-1966, Mutesa, il-President ta' l-ewwel gvern elett mill-poplu, u Kabaka, ir-re tal-grupp etniku b'sahhtu tal-Baganda, tnehhew mis-setgha mill-Prim Ministru Milton Obote permezz ta' kolp ta' stat intern. Sena wara l-Uganda nghatat kostituzzjoni gdida u Obote ghamel lilu nnifsu president ezekuttiv tal-pajjiz.

Obote dam imexxi l-Uganda sa l-1971, meta Idi Amin ha r-riedni f'idejh permezz ta' kolp ta' stat iehor u waqqaf gvern militari. Fi tmien snin ta' tbatija, ghexieren ta' eluf ta' nies ghebu jew tilfu hajjithom. Amin dar ghal kull min issuspetta li kien avversarju tieghu u l-poplu kellu jhabbat wiccu ma' faqar kbir, biza', torturi, u qtil. Fl-1972 Amin qataghha li jkecci lill-Asjatici kollha li ma kinux cittadini Ugandizi. Maghhom telqu wkoll l-Ugandizi ta' nisel Asjatiku u dawk li kienu twieldu minn zwigijiet imhallta. Il-Gvern innazzjonalizza ghadd ta' kumpanniji barranin li kienu qeghdin joperaw fil-pajjiz, u l-bqija qabad u hadhom f'idejh u qassamhom lill-partitarji ta' Amin. Dan wassal biex il-bicca l-kbira tal-pajjizi barranin waqqfu l-ghajnuna bilaterali u multilaterali li kienu qeghdin jaghtu lill-Uganda.

Dawn id-decizjonijiet laqtu hazin hafna lill-poplu. L-Asjatici kienu l-mutur ta' l-ekonomija Ugandiza u bit-tkeccija taghhom, u bin-nuqqas ta' thejjija ta' l-Ugandizi li suppost kellhom jehdulhom posthom, il-fabbriki bdew jaghlqu wahda wahda u l-affarijiet essenzjali bdew jiskarsaw. L-ekonomija sfaxxat ghal kollox.

Barra minn hekk, Idi Amin hammeg l-isem ta' l-Uganda bid-demm tat-terrorizmu u waqqa' 'l pajjizu ghaz-zufjett tad-dinja kollha. Fis-27 ta' Lulju, 1976, zewg terroristi tal-P.F.L.P. (Il-Front Popolari ghall-Helsien tal-Palestina), flimkien ma' zewg Germanizi mill-organizzazzjoni terroristika tal-Baader-Meinhoff, hatfu ajruplan ta' l-Air France li kien fi triqtu minn Ateni ghal Parigi. Fuqu kien hemm 256 ruh. L-ghada l-ajruplan nizel fl-ajruport ta' Entebbe fejn sab jistennewh lis-suldati ta' l-armata Ugandiza u ghadd ta' terroristi ohra tal-P.F.L.P.. Amin kien baghtilhom l-ajruplan privat tieghu biex minn Mogadishu jwassalhom Entebbe.

Fil-hdax ta' bil-lejl tat-3 ta' Lulju, l-ewwel suldati mill-qawwiet specjali Izraeljani nizlu, bla hadd ma nduna, fil-mitjar ta' Entebbe. F'siegha u erbghin minuta rnexxielhom jehilsu l-ostaggi u l-ekwipagg Franciz maqfulin fil-bini ta' l-ajruport. Fil-missjoni ta' salvatagg, imlaqqma "Yonathan", mietu tlettax-il terrorista, tliet ostaggi, zewg suldati Izraeljani u hamsa u tletin suldat Ugandiz. Ghal darb'ohra, il-poplu Ugandiz kellu jhallas qares tal-kapricci tal-"mexxejja" tieghu.

Fl-1979, bl-ghajnuna tat-truppi mit-Tanzanija, Obote, Museveni u avversarji ohra tar-regim militari warrbu 'l Amin mill-poter. Fl-1980, Obote rega' ha t-tmexxija tal-pajjiz f'idejh permezz ta' elezzjoni li fiha jinghad li kien hemm tbaghbis sfaccat. Hafna mill-mexxejja politici prominenti daru kontra Obote u halfu li jnehhuh mis-setgha. L-Uganda regghet ghaddiet minn zmien ta' instabilitą kbira u l-qawwiet tal-Gvern wettqu hruxija wara l-ohra, specjalment fit-Trijanglu Luwero fit-tramuntana ta' Kampala, biex jippruvaw imewtu l-oppozizzjoni. Hemm min jghid li Obote II kien aghar minn Amin.

Qabel ma l-avversarji ta' Obote setghu jiehdu s-setgha f'idejhom, partitarji ta' Tito Okello wettqu kolp ta' stat militari u hadu l-pajjiz f'idejhom, sakemm sena wara kellhom icedu ghall-Armata tar-Rezistenza Nazzjonali ta' Yoweri Museveni.

Fil-poezija tieghu "War After War", il-poeta Ugandiz John S. Mbiti jikteb dwar l-ironija kiefra ta' l-istorja ricenti ta' pajjizu:
 


We are tired of waiting for another war
Our trees their leaves have shed
The winter has come and gone
Spring flowers have blossomed and withered
And here we are
Still waiting for another war
Our atom bombs have rusty grown
And bald are the heads of those who made them
But we
The ugly martyrs of another war
Do not fear
We have seen wars
We know their taste is sweet
And their smell is good
Smoke from the guns is all we dream about
Waiting for our opulent leaders
To start another war
Waiting
Till the first shot is heard
And the war trumpet is blown.

 


Ir-rezistenza u l-kostituzzjoni l-gdida

Dawk li r-rapport ta' l-Unicef isejhilhom "l-ewwel elezzjonijiet hielsa" f'ghoxrin sena saru fi Frar ta' l-1989, u fihom intghazlu r-rapprezentanti tal-poplu fil-Kumitati tar-Rezistenza li fuqhom suppost li hija bbazata t-tmexxija ta' l-Uganda. L-abitanti ta' kull rahal jaghzlu r-rapprezentanti taghhom fil-Kumitat tar-Rezistenza tar-Rahal (il-Village Resistance Council, jew R.C. I). Minn fost il-membri ta' dawn il-kumitati jintghazlu l-membri tal-Kumitati tar-Rezistenza tal-Parrocci (R.C. II.). Dawn ta' l-ahhar jaghzlu r-rapprezentanti taghhom fil-kumitati tal-Kontej iz-Zghar (R.C. III), u huma jaghzlu l-membri tal-Kontej il-Kbar (R.C. IV).

Il-Kumitati tar-Rezistenza tad-Distretti (R.C. V) mbaghad jeleggu l-membri tal-"parlament" Ugandiz, l-hekk imsejjah, Kunsill tar-Rezistenza Nazzjonali. F'dan il-parlament wiehed isib ukoll, fost l-ohrajn, ghoxrin membru nnominati mill-President u ghaxra mill-armata, rapprezentanta mara minn kull distrett, rapprezentanti ta' l-ghaqdiet nazzjonali tal-haddiema u taz-zghazagh, u dawk is-suldati li kienu ma' Museveni meta beda l-glieda tieghu kontra Obote fl-1981.

Dan il-mekkanizmu kollu jahdem taht il-kappa tal-moviment politiku wahdieni ta' Museveni, il-Moviment tar-Rezistenza Nazzjonali.

Fit-28 ta' Marzu ta' din is-sena, kull kontea ghazlet ir-rapprezentant jew ir-rapprezentanta taghha fl-hekk imsejha Assemblea Kostitwenti. Dawn ir-rapprezentanti, flimkien ma' ghaxra ohra nnominati minn Museveni, ghandhom tmien xhur biex jiddiskutu l-kostituzzjoni gdida li tressqet quddiemhom u jaghmlu t-tibdiliet mehtiega. L-iktar kwistjoni tahraq hija dik dwar id-dhul tal-partiti fix-xena politika Ugandiza. Uhud isostnu li l-pajjiz m'ghandux xi jridhom, l-ewwelnett ghax il-Moviment fil-gvern bhalissa rnexxielu jigbor fi hdanu l-fehmiet politici kollha u jaghti certa stabilitą lill-pajjiz. U t-tieni, ghax fl-imghoddi l-partiti ma holqu xejn hlief firda. Fost dawn id-delegati hemm min qieghed jipproponi li l-Moviment jinghata hames snin ohra biex ikompli jmexxi l-pajjiz hu. Estensjoni simili kienet inghatat lil Museveni fl-1989.

Din il-proposta qieghda tbezza' lil dawk li jsostnu li Museveni ma zammx kelmtu li jhalli lill-elettorat jiddeciedi dwar min ghandu jmexxih. Dawn id-delegati jghidu wkoll li jekk il-pajjiz jibqa' taht il-madmad ta' moviment politiku wiehed, minghajr il-possibilitą li jinbtu partiti jew movimenti ohra, il-pajjiz ikun qieghed jilghab man-nar ta' dittatorjat iehor.

Ghaldaqstant, il-gejjieni ta' iktar minn sbatax-il miljun ruh jinsab, ghallinqas fid-deher, f'idejn l-Assemblea Kostitwenti.

___________________

Radd il-hajr: Nixtieq nirringrazzja lis-Sur Emmanuel Unenboth tal-hafna twegibijiet li tani. Madankollu, il-fehmiet espressi f'dan l-artiklu huma tieghi.


© Adrian Grima (11.9.94)
Dan l-artiklu kien deher f'Il-Gens, it-30 ta' Settembru, 1994

 
 
 
 

Lura lejn Artikli Ġenerali | Back to General Articles

Lura lejn L-Ewwel Paġna | Back to First Page