Il-Ktieb ta’ l-Apokalissi ta’ San Ġwann

Mat-tieni ġimgћa ta’ l-Ġћid il-Knisja toffrilna l-Ktieb ta’ l-Apokalissi bћala kelma ta’ Alla fl-Uffiċċju tal-Qari; gћalhekk ћsibt li nfittex li nidћol aktar fil-qari u naqsam ma’ l-aћwa dik l-gћajnuna biex tkun ta’ ġid gћal ћafna.

San Ġlormu jgћid li kull kelma tal-ktieb hija sagrament. Hu ktieb misterjuż li Alla joffri lill-Knisja bћala rivelazzjoni fl-gћeluq tar-Rivelazzjoni kollha, ibda mill-Ġenesi. Hu ktieb li joffrilna Alla biex niekluh, “Jien sibt kliemek u kiltu: u kelmtek saritli l-ferћ u l-hena ta’ qalbi” (Ġer. 15,16).” U mort ћdejn l-anġlu u gћedtlu jagћtini l-ktejjeb. U qalli: "Ħu, u ibilgћu, u jsirlek imrar ġo fik, imma ġo ћalqek jiġik ћelu gћasel” (Apok 10, 9). Ara wkoll (Eżek. 3, 1-3).

L-Apokalissi, ibda minn Danjel, dejjem żammet ћajja l-fidi tal-poplu ta’ Alla. L-Apokalissi nisranija mantniet l-entużjażmu u t-tama fil-Knisja ta’ Kristu, l-ewwelnett fit-tlett sekli ta’ persekuzzjoni mill-Imperu Ruman, u matul iż-żminijiet sa llum, meta l-Knisja kienet persegwitata u l-insara mitfugћin l-ћabs u mogћtija l-mewt.

Id-diffikultà tal-kitba apokalittika tiġi l-ewwelnett mill-fatt li l-awtur li kien lhudi u kellu moћћ lhudi kiteb bil-grieg, ћaseb bil-lhudi-aramajk u l-libsa kienet griega. Tiġi wkoll mill-fatt li bosta li jersqu lejn dan il-ktieb ma jkollhomx gћarfien biżżejjed, biex ma ngћidx li jkollhom gћarfien superfiċjali ta’ l-Antik Testment: persentaġġ gћoli tal-versi huma kollha mill-antik, kif ukoll ћafna simboli. Hemm riferenza qawwija gћall-kastigi li laqtu l-Eġittu qabel il-Ħruġ tal-familja ta’ Ġakobb mill-jasar.

Il-Lingwaġġ li juża l-awtur kien dak mitlub mill-ġeneru letterarju u mit-tema teologika li kien qed jesponi. Meta kien qed jikteb fuq ġrajjiet, bnedmin u istituzzjonijiet fi żmien li dawn kienu gћadhom ћajjin u mdaћћlin b’mod hekk kbir u qawwi fil-messaġġ li ried iwassal u lil min ried li jasal, ma setax jitkellem bil-miftuћ, ma setax ma jitkellimx kif tkellem hekk li jiftiehem minn min ried ikellem u ma jiftiehemx minn min ma riedx li jifhem dak li kien irid jgћid.

L-Apokalissi ta’ Ġwanni ћoloq dinja ġdida, żmien u spazju biex ma ngћidx ukoll mod ġdid ta’ kitba biex jitkellem fuq l-gћaġeb kbir ta’ Alla, s-Sid ta’ l-istorja mill-Ġenesi sa tmiemha, issa bl-intervent ta’ Kristu, il-bniedem-Alla li issa, bћala Ħaruf kien sagrifikat, il-Mulej ta’ l-Istorja. Hu Apokalissi, jew rivelazzjoni ta’ misteru. Alla li ћadd ma seta’ jara u jibqa’ ћaj, li ћadd ma seta’ jersaq lejh gћax traxxendenti, irrivela ruћu f’Ibnu magћmul bniedem, kien milqugћ u mwarrab, kien maћbub u mibgћud, kien maqtul u mqajjem, u hekk darba gћal dejjem Alla li ma jidhirx wera ruћu u dawwal id-dinja b’dawl soprannturali, u bidel l-istorja tal-bniedem darba gћal dejjem.

Mela l-Apokalissi hu profezija ta’ l-istorja, ir-rebћa ta’ Kristu li bidlet il-mixja ta’ l-istorja, il-qies ta’ l-ispazju gћax gћamlitu etern.

Is-simboliżmu

Dak li jingћad bis-simboli ma jistax jingћad mod ieћor; is-simboli jitkellmu weћidhom, gћalkemm jitolbu gћajnuna, l-aktar minn min ikun sajjem mill-Antik Testment u b’xi mod mill-mentalità lhudija. L-Apokalissi hu profezija ta’ l-istorja; ir-rebћa ta’ Kristu bil-qawmien tiegћu bidlet il-mixja ta’ l-istorja, jimla l-vojt ta’ l-istorja u jagћti tweġiba vera u li tiswa’ tar-realtа storika. U bil-qawwa tas-simboli li bihom tinqeda dix-xorta ta’ kitba profetika, tagћmilha valida gћal kull żmien, sa l-aћћar taż-żmien eskatoloġiku.

Mhux barra minn loku li l-ktieb jiftaћ bil-kelma “Apokalissi” li jfisser ‘rivelazzjoni ta’ xi ћaġa mhix gћal kollox magћrufa’ jew ta’ Ġesщ Kristu, li “kollox bih sar”,(Ġw. 1,3) hu “li hu qabel kollox, u kollox fih qiegћed iżomm" (Kol. 1, 16).

Fis-simboliżmu ġej mill-Antik Testment, u mill-Apokalissi ta’ Ġuda , l-awtur jagћmel sintesi oriġinali u ġenjali u gћalhekk ukoll gћal kollox ġdida u friska. Huma ta’ erba’ xorta:

Simbiliżmu kosmiku: L-ewwel id-dimensjoni traxxendentali ta’ Alla. il-preżenza ta’ Alla. Il-katakliżmi - ix-xemx li ssir sewda, il-qamar kulur id-demm, ragћad, sajjetti u terremoti - aktar milli jseћћu biex iwerwru n-nies diġа mbeżżgћa, juru l-preżenza ta’ Alla fil-ġrajjiet ta’ l-istorja. Quddiem din il-preżenza, in-natura tiċċaqlaq u l-bniedem jagћti qima. Il-bniedem ta’ ras iebsa jibqa’ ma jagћrafx u ma jagћtix qima.

Simboliżmu mid-dinja ta’ l-annimali. Huma forzi akbar minn dawk tal-bniedem, qatt ma nstemgћu qabel, imma xorta waћda taћt il-kontroll ta’ Alla. Jaћdmu fl-istorja, jċekknuha u jhedduha: hekk id-dragun, u l-bhejjem mostri, iż-żwiemel ta’ kuluri differenti u mhux tas-soltu, il-qrun u l-bqija…

Simboliżmu ta’ kuluri. Il-kuluri m’gћandhomx valur estetiku daqskemm tifsira. L-aћmar hu vjolenza, krudeltа (demm imxerred); l-abjad hu d-dinja soprannaturali, (Kristu Rxoxt u rebbieћ). Id-deheb jew il-kulur tal-liturġija hija qagћda qrib ta’ Alla; l-aћdar hija l-ћajja li tispiċċa jew il-mewt.

Simboliżmu aritmetiku. Bћal dejjem, dawn jitfissru mhux jingћaddu. Is-7 hu l-perfezzjoni, il-kollox, b’kull darba li jimmoltiplikaw ruћhom. It-12 hu salvazzjoni; 12-il tribщ u 12-il appostlu l-Antik u l-Ġdid Testmenti. Tlieta u nofs, bћal tlett snin u nofs, nofs 7, hu żmien qasir, mhux dejjem jew gћal dejjem. In-numru ta’ l-antikrist 666 hu emblema ta’ l-istess isem ta’ Neruni, l-imperatur li fi żmienu ћadu l-martirju eluf ta’ nsara fosthom Pietru u Pawlu. Elf sena hu numru kbir ћafna ta’ snin

Il-Binja ta’ l-Apokalissi

Il-ktieb gћandu binja klassika, bi prologu (Ap. 1, 1-8) u epilogu (22, 6-21), kif ukoll hu ktieb liturġiku kif jixhdu d-djalogi liturġiċi tal-ftuћ u l-gћeluq, ktieb mifhum gћall-użu tal-liturġija tal-Knisja. Hu indirizzat lis-seba’ Knejjes ta’ l-Asja (mela lill-Knisja universali) u nistgћu naqsmuh f’ћames blokki skond il-mixja tar-rivelazzjoni.

Ħaġa ta’ l-gћaġeb kemm il-ktieb gћandu siwi kbir gћal dehra ċara u sabiћa tal-Knisja llum. Tant jippreżenta dehra sabiћa tal-Knisja li l-Konċilju Vatikan II, waqt li jitkellem fuq Knisja waћda, juriha f’żewġ mumenti f’żewġ Kostituzzjonijiet Dommatiċi ewlenin, il-Knisja minn ġewwa (Lumen Gentium) u l-Knisja fid-dinja ta’ llum (Gaudium et Spes), l-istess kif tidher fl-Apokalissi. Lumen gentium hi l-Knisja misteru fil-ћsieb tas-Sema. Trinitа bћala sagrament ta’ Salvazzjoni gћall-ġnus kollha, u Ġaudium et spes juri l-Knisja solidali ma’ l-umanitа, li taqsam mal-bnedmin ferћ u niket, tamiet u tbatija gћax timxi mal-bniedem il-mixja tal-ћajja lejn tmiem hieni fil-ћajja ta’ dejjem.

Fl-ewwel blokk (kapi 1-3) jitkellem mill-Knisja minn ġewwa: hi komunità li jeћtiġilha tilqa’ l-kelma ta’ Kristu li qed tistedinha gћall-konverżjoni. L-erba’ blokki l-oћra (4-22), il-Knisja konvertita tagћti xiehda ta’ Kristu sat-tixrid ta’ demmha.

L-Ewwel Blokk. Apok.1-3. Stedina gћall-konverżjoni.

Seba’ ittri lil daqstant Knejjes ta’ l-Asja li fihom stedina gћas-smigћ tal-Kelma ta’ Kristu u l-konverżjoni. Wara l-isem tal-Knisja, Laodikija, Tijatira eċċ., Kristu jippreżenta ruћu u jagћmel ġudizzju pożittiv u/jew negattiv tar-ragћaj, waqt li jћeġġu biex jikkonverti, jagћti widen gћall-kelma u jiżgurah mir-rebћa. It-titli mogћtija lil Kristu, ‘l-Ewwel u l-Aћћar’, ‘Min gћandu x-xabla’ , ‘Min gћandu gћajnejh bћal ġamra nar’, eċċ. kollha jikkorrispondu gћal JHWH ta’ l-Antik Testment. Kristu glorjuż hu JHWH tas-Sinaj, Sid l-istorja, Il-waћdieni tal-Knisja. Kelmtu hi kelma ta’ rivelazzjoni kif ukoll kelma ta’ purifikazzjoni. Jaf lil-kulћadd, preġji u difetti, jaf lill-Knisja minn ġewwa. Jistieden il-Knisja biex tisma’. Il-poplu ta’ Alla kien minn dejjem poplu tas-smigћ: aћna gћamilnieh poplu bil-ktieb f’idu jaqra gћal rasu waqt li qed tixxandar il-kelma ta’ Alla, waqt li Alla qed ikellem lill-Knisja.

Il-Knisja minn-naћa tagћha hi dejjem f’attitudni ta’ tensjoni spiritwali; tisma’ u tara kif tagћmel biex twieġeb b’fedeltа, dejjem lesta biex tevanġelizza.

It-Tieni Blokk Apok 4-7. Il-Ħaruf , il-Mulej ta’ l-Istorja.

Fih żewġ viżjonijiet profetiċi: Dehra ta’ Alla u Kristu fis-sema, (4-5) u s-seba’ siġilli (6-7). L-ewwel hi kelma ta’ faraġ: tagћmilha ċar li l-ġrajjiet kollha huma taћt il-kontroll ta’ Alla u ta’ Kristu u li l-istorja , il-Knisja stess, bћal dgћajsa f’baћar imqalleb, qed titmexxa minn Min ser iwassalha fil-port tas-salvazzjoni.

Alla – Hu min qiegћed fuq it-tron, madwaru erbgћa u gћoxrin Xiћ…

Il-Ħaruf – Kristu maqtul u Ħaj, sagrifikat, u s-sebat iqrun (setgћa) gћajnejn (spirti)

Erbgћa u gћoxrin Xiћ hi l-Knisja li diġа qegћda fil-glorja: 12+12, dawk kollha li gћexu l-fidi b’mod erojku.

L-erbgћa Ħlejjaq Ħajjin mhumiex l-erba’ Evanġelisti imma Alla li dejjem lest biex jidћol fl-istorja.

Il-Ktieb ‘miktub minn ġewwa u minn barra’ (5,1) hu l-pjan tas-salvazzjoni li jitfisser fid-dawl tal-misteru ta’ l-Gћid ta’ Ġesщ Kristu.

It-tieni dehra – jinfetћu s-siġilli tal-ktieb li ћadd ma seta’ jiftaћ ћlief Kristu ‘l-iljun tat-tribщ ta’ Ġuda’ (5,5). Fil-ġlieda bejn it-tajjeb u l-ћażin jieћdu sehem żwiemel , l-aћmar hu l-vjolenza, id-demm imċarċar, l-iswed hu l-inġustizzja soċjali, l-aћdar jagћti fl-isfar hu l-mewt. Kristu ir-rebbieћ, jirkeb żiemel abjad, Dak li waћdu jirbaћ ir-rebћa l-kbira (19, 11-21) bis-saћћa tal-mewt u l-Qawmien. Il-ћażin, immexxi mis-setgћa soċjali u storika tad-dinja ћażina, jinqered minn Kristu l-Ħaruf sagrifikat.

It-tielet blokk. Apok, 8, 1-15, 4. Il-Knisja persegwitata tagћti xhieda.

Trombi u sinjali. Trombi jdoqqu jsejjћu gћall-gwerra bћal fl-A.T., Alla preżenti u jaћdem fl-istorja u n-natura tibqa’ mregћda gћad-daqq ta’ l-ewwel erba’ trombi. Jidћlu qawwiet ta’ l-infern, skorpjuni u ġradijiet, kavallerija tal-qiegћ, u xi bnedmin ma jikkonvertux (19, 20). Jissemmew numri, 5 xhur, 42 xahar, l-gћaxar parti tal-belt (11, 13) li mhumiex il-milja, imma parti, tlett snin u nofs, nofs sebgћa, mela jintemmu.

Jidhru sinjali: ‘Rajt sinjal kbir fis-sema’ (21, 1) il-Mara; ‘Rajt sinjal ieћor’, 12, 3 id-Dragun; ‘Rajt sinjal ieћor kbir u tal-biża’ (15, 1) seba’ anġli bis-seba bwieqi. Id-Dragun hu qawwa tax-xitan li jieћu sura ta’ bnedmin u ġrajjiet storiċi - gћax hu ktieb il-profezija ta’ l-istorja - li ma jehdewx jippersegwitaw il-Knisja. Id-dragun iwelled żewġ qawwiet, dik politka li thedded u toqtol l-insara, u dik il-qawwa ta’ profeta falz gћall-qadi tas-setgћa politika li tagћmel lilha nfisha alla, idolatrija. Il-Knisja fid-deżert u fil-belt, umiljata u maћqura ma tehdiex li tixhed gћall-fidi. Il-Knisja tiġi preżentata f’qagћda ta’ konfront ma’ qawwiet setgћana ta’ forzi ћżiena.

Ir-raba’ Blokk, Alla jiggarantixxi l-ћajja f’qagћda ta’ mewt. Ap. 15, 5 – 19, 8.

L-imperu tax-xitan jinqered, l-imperu tal-ћażen li xeћet fuq l-insara tant tbatija u mwiet.. Dan l-imperu jieћu sura ta’ mara prostituta u ta’ belt , Babilonja, belt pagana li m’gћandha bżonn ћadd, jew Ruma imperjali, l-anti-Knisja. Żewġ simboli ta’ inġustizzja soċjali, li ma tagћtix każ tal-biki tal-foqra, toqtol ћajjiet u tkabbar l-gћana tagћha bi ћsara gћaliha. Dawn is-setgћat tal-ћażen jinqerdu mill-ġudizzju ta’ Alla u mill-istess setgћa tagћhom bћall-Fargћun; il-ћażen tagћhom jeqridhom.

Il-Ħames Blokk ,“Amen” gћall-proġett ta’ Alla. Apok 19, 9 – 22, 21.

Hawn tagћlaq l-istorja tas-salvazzjoni li ddawwal il-ktieb kollu. Il-ћażen jinqered bla ћniena, it-tajjeb jitgћolla u jsib il-milja tiegћu f’Ġerusalemm il-ġdida. Jgћibu s-slaten ta’ l-art, il-qawwija li qajjmu l-persekuzzjoni. Jinqered id-dragun u ż-żewġ bhejjem quddiem is-setgћa ta’ Kristu u l-magћżulin tiegћu.

Tiġi fix-xejn il-mewt u jseћћ it-tiġdid. L-gћarusa kollha dija twassal gћat-twettiq l-istorja personali u soċjali (belt mibdula) l-istess kif kienet maћluqa minn Alla fil-bidu. Fil-belt il-ġdida Ġerusalemm il-bnedmin jgћixu fid-dawl ta’ Alla, f’ġenna fejn jgћammar Alla u l-Kristu tiegћu. Hekk l-istorja ssir storja ta’ salvazzjoni gћall-bnedmin kollha, u tasal fl-aqwa tagћha fit-tmiem hieni.

Nota. 1. L-Apokalissi fih 404 vers li minnhom 278 fihom riferenzi ċari gћall-Antik Testment, u ma jingћaddux ir-riferenzi moћbija. Jidher ċar li l-awtur kien jaf l-A.T. bl-amment u t-test Masoretiku aktar minn dak tas-Sebgћin.

2. Il-liturġija gћandha post kbir fil-ktieb, mhux biss bћala kwadru imma bћala l-post fejn il-Knisja ssib lilha nfisha, tkun dak li hi tassew. Gћall-ewwel darba fir-rivelazzjoni jissemma Jum il-Mulej, Il-Ħadd meta jitwettaq il-misteru ta’ l-Gћid tal-Mewt u l-Qawmien tal-Mulej Ġesщ fiċ-ċelebrazzjoni Ewkaristika.

3. Il-ġemgћa ta’ l-Insara li gћaddejja minn persekuzzjoni tinġabar u tiċċelebra l-fidi tagћha fi Kristu, ћaj u preżenti fl-istorja, waqt li tistennieh jiġi fil-glorja. Gћalhekk issejjaћlu bl-gћajta “Maranathа" Ejja Mulej (Apok 22, 20) li hi l-istess akklamazzjoni ta’ 1 Kor. 16, 22 u tal-ktieb tad-Didache.

Gћal-lum inћoss li dan jista’ jgћin ћafna. Nittama jkolli ftit aktar ћin ’il quddiem biex inżid dettalji oћra ma’ dan. Grazzi Mulej.

It-Tieni Parti

F’din it-tieni parti se ninżlu aktar fil-fond fl-istorja rakkuntata u fil-persunaġġi li jsawwruha mill-punt ta’ tagћlim teoloġiku. Hu l-Evanġelju ta’ Kristu Rxuxtat; gћalhekk Kristu hu fiċ-ċentru, hemm ukoll Alla l-Missier u l-Ispirtu s-Santu , kif ukoll il-Knisja, l-Gћarusa. Minn hawn titwieled u tissaћћaћ it-tama nisranija, mir-rebћa ta’ Kristu fuq is-setgћat tal-Ħażen, li mingћajrha f’ebda żmien tal-ћajja tal-Knisja, la meta nkiteb, fl-ewwel seklu matul il-persekuzzjoni Rumana u anqas illum, ma kien possibbli gћan-nisrani li jitqabad it-taqbida tal-fidi.

Il-Kristu.

Kristu Rxoxt gћandu rwol ta’ protagonista; it-tema teoloġika tkompli tibni fuq il-Vanġeli, u l-aktar fuq ir-raba’ Vanġelu ta’ Ġwanni.

    1. Il-Ħaruf – hu karatteristiku ta’ l-Apokalissi tant gћal kemm-il darba jissemma’ (Ap. 5, 6.8.12.13; 6, 1.16; 7, 9.10.14.17; 12, 11; 13, 8; 14, 1; 4.10; 15, 3; 17, 14; 19, 7.9; 21, 9.14.22.23.27; 22, 1.3) u gћal mod oriġinali li bih hu rappreżentat. Hu magћruf bћala “Il-Ħaruf ”, u hu simbolu. It-teoloġija ta’ l-ittra lil-Lhud hi dwar Kristu il-Qassis il-Kbir, u fil-Vanġelu ta’ Ġwanni, Kristu hu r-rivelazzjoni ta’ Alla li ћadd qatt ma ra jew seta’ jara.

  1. Hi riferenza gћall-figura tal-Qaddej ta’ JHWH li hu sagrifikat (Is. 53, 6-7; Ġer. 11, 19).
  2. Hu Ġesù Kristu, l-Ħaruf ta’ l-Gћid li, bit-tixrid ta’ Demmu jeћles lill-poplu minn-dnubietu, u jwaqqaf poplu konsagrat lil Alla.
  3. Juri lil Kristu Sultan qawwi, il-Mulej ta’ l-istorja li jmexxi l-Knisja tiegћu lejn ir-rebћa definittiva. Hu diġа rebaћ, imma r-rebћa ta’ l-aћћar gћad trid tidher.

Il-Misteru ta’ Kristu bћala l-Ħaruf jibda bil-mewt tiegћu (Ap. 1, 18) li b’demmu ћeles mid-dnub lill-bnedmin u gћamilhom gћal Alla saltna u qassisin (1, 5; 5, 9; 7, 14). Hu l-kbir fost il-mejtin li qamu (1, 5), il-Ħaj (1, 18) l-Irxoxt (3, 20; 14, 1; 15, 2-3) jidher fuq it-tron (5, 5) jaqsam it-tron ma’ Alla. (22, 2-3).

1.2 Kristu hu Alla. Hekk hu meqjum mill-Insara maћqura u lilu jattribwixxu titli riservati lil JHWH. B’hekk jorbot sewwa ma’ l-Antik Testment kif se nuri: Iben tal-bniedem u ‘xuxtu bajda suf’ (Ap.1, 14; Dan 7, 9); ‘l-alfa u l-omega’ (Ap. 22, 13) bћal Alla (1, 8; 21, 6). Il-Qaddis (3, 7) u l-istess Alla ( 4, 8; 6, 10). Hu mћallef (2, 23; l-imћabba (3, 9; Is. 43, 4.9). Il-ġemgћa liturġika ttipproklamah bћala Alla, ‘bilqegћda fuq it-tron’ (4, 11= 5, 9; 5, 12 = 7, 12), u l-Knisja xxandar li hu l-Mulej ta’ l-istorja kif ukoll Alla.

    1. Il-Qassis il-kbir: Hu dak li qiegћed f’nofs is-seba’ kandelabri tad-deheb. Hu il-Qassis waћdieni li jippresjedi kull ċelebrazzjoni liturġika. (1, 12-13; 2, 1).

1.3 Ix-xhud fidil: Anzi il-waћdieni u li jistћoqqlu dan it-titlu bћala l-Irxoxt (1, 5; 3, 4; 19, 11.13). Hu wassal il-Kelma tas-salvazzjoni tal-Missier meta kien jgћix fuq l-art u issa jkompli jwassalha lill-Knisja. (2, 1.8.12.18; 3, 1.7.14). Jgћid lill-Knisja biex taqra’ l-ktieb (22, 16.18.20) biex tissokta twassal is-salvazzjoni lid-dinja (14, 7) u ‘tqajjem xhieda fidili tiegћi’ ( 2, 13; 17, 6).

1.4 Iben tal-bniedem u mћallef. (Ap. 1, 7.13) Hu ġej gћall-ћsad (14, 14) biex jiġbor ‘l-gћenieqed’ gћax l-gћeneb sar. (14, 18). Bin il-bniedem jagћmel dan fil-Knisja, meta jsaffiha u jiġġudikha b’kelmtu setgћana (dejjem skond is-seba’ ittri) Il-miġja tiegћu mhix ser tistenna l-aћћar taż-żmien, imma diġŕ hi preżenti. (2, 5.16; 3, 11.20; 16, 15).

2.1 Alla. Il-Kristu jressaq lil Alla lejn il-bniedem, dak Alla gћal żmien minsi, mhux magћruf jew magћruf ћażin. Juri l-wiċċ veru tal-Missier, gћax hu jurih, hu jippreżentah: “Min ra lili ra lill-Missier” (Ġw.14, 9). F’idu gћandu ktieb (5, 1) li ћadd ma jista’ jaqra’. Kristu jieћdu f’idejh, jaqrah u jikxef il-pjani sigrieti ta’ Alla (5, 5-12). L-Apokalissi bil-lingwaġġ simboliku, jagћti dehra tal-Missier bћala Alla veru ta’ l-insara.

2.2 Alla ћallieq ta’ kull ma jeżisti (4, 11) li jżomm kollox fl-eżistenza (15, 3; 19, 6) u jkompli jġedded kollox (21, 5). Alla se jtemm il-ћolqien (22, 11-12) u jġedded kollox gћax hu l-bidu u t-tmiem ta’ kollox (1, 8).

2.3 Alla hu qawwi u jsalva: joqgћod fuq it-tron (Ap. 4, 2.9; 5, 1.7.13; 7, 10.15; 19, 4; 20, 11; 21, 15), quddiemu seba’ torċi, jew is-seba’ spirti (4, 5), u ragћad u sajjetti, sinjali tas-salvazzjoni li hi fil-qrib. Madwaru ‘l-Ħlejjaq ћajjin’ (4, 6-7) gћax kull ġid ġej minnu.

Hu dak li hu ћaj gћal dejjem ta’ dejjem (10, 6). Il-baћar imqalleb, sinjal bibliku ta’ gћadu, jikkalma u jsir ċar qisu ћġieġ jew kristall (4, 5-6). Bogћod minnu jaћrab id-Dragun, il-qarrieq, il-Bhima u l-profeta qarrieqi fin-nar ta’ dejjem. (20, 10).

2.4 Alla ta’ sbuћija u qdusija, fuq tron kollu dawl u ћaġar prezzjuż (Ap. 4,3), Alla ta’ sliem, bil-qawsalla madwar it-tron, sinjal dejjiemi ta’ maћfra u mogћdrija (Ġen. 9, 13-15). Mlibbes bix-xemx (21, 23) hu ‘Alla minn Alla’ ‘dawl minn dawl’, gћajn ta’ salvazzjoni tal-bniedem (4, 11; 5, 13; 7, 10.12; 11, 17-19; 12, 10; 15, 3-4; 16, 5-7; 19, 5-7). Il-ћlejjaq ћajjin jakklamawh “Qaddis”, (4, 8; 12, 10) anzi Hu waћdu ‘l-Qaddis’ (15, 4) u ġust il-ћaqq tiegћu (15, 3; 16, 7; 19, 2).

2.5 Hu Alla u Missier Sidna Ġesù Kristu, kif jirrivelah l-istess Kristu (Ap. 1, 6; 3, 5), u kif hu magћruf fil-Ġdid Testment (Mk. 15, 34; Ġw. 20, 17; Rm. 15, 6). Wiċċ Alla hu wiċċ ta’ Missier; sa minn meta jkollhom ismu fuq ġbinhom (22, 4) il-qaddejja ma jehdewx jixtiequ li jaraw wiċċu, mqar jekk gћal xi żmien joћorġu barra mit-triq jew jidinbu.

L-Ispirtu

L-Ispirtu hu l-Ispirtu tal-profezija ta’ kull kelma ta’ l-Apokalissi gћax Kristu tah lill-Knisja biex tagћraf tfisser kull kelma u ġrajja fid-dawl tal-Kelma li hi Hu, ixxandarha bil-qawwa u tkun imhejjija xxerred demmha gћall-veritа. Gћalhekk fl-Apokalissi gћandu isem propju, “is-seba’ spirti” jew il-milja, gћax gћandu s-setgћa li jagћti lill-bnedmin lil Alla tal-ћajja. Huwa ‘seba’ torċi mixgћula’ (4, 5); fi Kristu hemm il-milja (3, 1) u gћandu seba’ qrun (qawwa) u seba’ gћajnejn (gћerf) u jxerred l-Ispirtu ma’ l-art kollha (5, 6).

“Min gћandu widnejn, ћa jisma’ x’jgћid l-Ispirtu lill-Knejjes” (Ap. 2,7.11; 17, 29; 3, 6.13.22) hi kelma sapjenzjali. L-Ispirtu hu kelma ta’ gћerf li ddawwal il-Knisja biex iddawwal l-insara, tgћinha tikkonverti, tippurifikaha (Ap. Kap. 2-3) u tqawwiha fix-xandir (Kap. 4-22); quddiem il-persekuzzjoni ma tibzax (11, 8) u twassal gћall-konverżjoni ta’ dawk stess li jaћqruha (11, 11) waqt li jassiguraha mir-rebћa ta’ l-aћћar.

L-Ispirtu hu garanzija ta’ salvazzjoni: quddiem dawk li jinxteћtu jqimu l-bhima (14, 9-11) u jixorbu l-inbid tal-korla ta’ Alla, dawk li ma ċċappsux, li ma nxteћtux iqimu l-idoli imma ћarsu l-kmandamenti b’fidi fi Kristu, imutu fil-Mulej u huma hienja (14, 13).

“Gћax ix-xhieda ta’ Ġesщ hi l-Ispirtu tal-profezija" (19, 10); kelma ċavetta biex nifhmu l-ћidma ta’ l-Ispirtu fil-Knisja. L-Ispirtu juri l-misteru ta’ Kristu lill-Knisja u jdawwal profeti biex ifissruh u mhux biss, imma jagћmel mill-istess Knisja ġemgћa ћajja f’mixja ta’ fidi u xhieda missjunarja li tћabbar lil Ġesщ Kristu. (Mt. 10, 18-20; Mk. 13,11) Lq. 12, 11.21).

Il-Knisja ssir l-akbar Profeta ta’ Kristu meta, konvertita u purifikata, tidher bћala gћarusa kollha dawl ta’ Kristu l-gћarus, (19, 1-8), u tkanta l-gћanja tat-tieġ tal-Ħaruf. (22, 17).

L-Apokalissi gћandu gћeruqu fir-realtà iebsa tal-ћajja – mhux xi ћolqien ta’ xi viżjoni immaġinarja – li tgћix u tbati fl-istorja. Hu ktieb mimli kliem ta’ faraġ gћal dawk li huma ta’ Kristu, l-ewwel, mbagћad gћal dawk ta’ rieda tajba. Il-qawwiet tal-ћażen huma l-vjolenza, l-inġustizzja soċjali u l-mewt (6, 3-8).

Il-kastig tal-ġradijiet (9, 3-12), u l-presenza tal-ћażen fl-istorja huma manifestazzjoni tad-Demonju. Dawk kollha u dawk biss li huma maћsula bid-Demm tal-Ħaruf isalvaw (17, 14). Parallel qawwi huma l-kastigi ta’ Esodu kap. 6-11, u l-martri ta’ żminijietna, tan-Nażi u tal-Komuniżmu.

Fuq in-naћa tal-Knisja hemm Il-Missier, Kristu u l-Ispirtu. Fuq in-naћa l-oћra hemm id-Dragun il-kbir, ix-xewwiex (12, 3-4.7-9; 13, 17), l-ewwel Bhima simbolu ta’ l-Istat li jisraq l-isem ta’ Alla u l-qima li lilu biss tixraq, (13, 1-10), u t-tieni Bhima, il-profeta falz jew l-ideoloġija idolatra.(13, 11-17). Dawn jiġu fix-xejn, jintrebћu minn Kristu (20, 10).

Kristu biss jibqa’, Hu li bata l-inġustizzja u diġà rebaћha, il-Ħaruf sagrifikat, (5, 2.5.6) ix-Xhud fidil (4, 5) u miegћu l-magћżulin (17, 14).

Mhux ta’ b’xejn li fil-propaganda qarrieqa tas-setet ta’ millenaristi (elf sena ta’ saltna), avventisti, mormoni u xiehda ta’ Ġehova, jippreferu tifsira litterali tal-ktieb ’il bogћod mill-verità, waqt li aћna nfissruh fid-dawl ta’ Kristu u ta’ l-istorja tal-Knisja l-gћarusa tiegћu. Il-propaganda tagћhom hi mmirata biex taljena ћalli jkomplu jtawwlu fid-dinja, s-saltna tax-xitan, tal-flus u tal-qerq ta’ l-idolatrija u gћal dan il-gћan jinvestu flus kbar biex jissussidjaw propaganda qarrieqa u profeti foloz. Imma tmiemhom hi telfa kbira li thejji r-rebћa aћћarija ta’ Kristu l-Ħaruf, l-gћarus, aktar u aktar meta jinqdew bl-istess kelma ta’ l-Apokalissi biex jiġġustifikaw l-interessi tagћhom.

L-Apokalissi gћandu messaġġ ta’ tama u faraġ gћall-umanitа kollha, li t-tmiem se jkun tmiem feliċi: dak li l-bniedem jiżra’ dak jaћsad. Lil dawk kollha li jsofru, lill-martri tal-Knisja b’mod speċjali, hemm wegћda sabiћa li jkunu fost dawk b’libsa bajda, u bil-palma tar-rebbieћa jimxu wara l-Ħaruf. Pawlu stess isaћћaћ it-tama tal-premju meta jgћid li, “jeћtiġilna nbatu ћafna biex nidћlu fis-Saltna ta’ Alla” (Atti14, 22). Ikun premju gћall-Knisja, Ras u ġisem, Kristu u ћutu f’Alla l-Missier, imqaddsin fl-Ispirtu.

Dun Ġorġ Mangion, illum 26 ta’ April 2007

Mill-Kitbiet ta’ Dun ĠorġNisġa