Il-Familja fil-Missjoni tal-Knisja

Diskors ta’ Kiko Arguello nhar l-gћoti tad-Dottorat (hon. causa) mill-Istitut Pontifiċju Gwanni Pawlu II, Universitа tal-Lateran.

Il-Papa Ġwanni XXIII, fil-Kostituzzjoni Apostolika "Humanae Salutis" (1961) li biha ta bidu gћall-Konċilju, jiftaћ billi jgћid: “Il-Knisja llum qegћda quddiem kriżi li gћaddejja minnha s-soċjetа. Filwaqt li l-umanità tinsab f’kisra ta’ era ġdida, dmirijiet ta’ ċerta serjetà u wisgћa jistennew il-Knisja bћalma kien fi żminijiet aktar traġiċi ta’ l-istorja. Hi kwestjoni li nressqu lejn xulxin l-enerġiji tal-Vanġelu li jagћtu l-ћajja u d-dinja moderna” (n. 2).

L-Ispirtu s-Santu li jagћti l-ћajja u jmexxi l-Knisja, qajjem il-Konċilju Vatikan II biex iwieġeb gћall-“kriżi preżenti” li minnha tkellem il-Papa: Il-ksib mill-ġdid tal-Kelma ta’ Alla (Dei Verbum), ir-riforma tal-Liturġija (Sacrosanctum Concilium) ekklesjoloġija ġdida, il-Knisja bћala ġisem u sagrament ta’ salvazzjoni (Lumen Gentium) u dan biex jaqdi l-Knisja fil-missjoni tagћha (Gaudium et Spes) ta’ evanġelizzazzjoni u salvazzjoni tal-bniedem ta’ llum.

Fost id-doni bla gћadd li l-Ispirtu s-Santu qajjem biex iqiegћed fil-prattika it-tiġdid li ried il-Konċilju hemm il-Mixja Neokatekumentali (nota 1) li l-Istatut, approvat mis-Santa Sede f’forma definittiva nhar il-11 ta’ Mejju 2008, jiddefinixxi: “Itinerarju ta’ formazzjoni kattolika, li jiswa’ gћas-soċjetа u gћaż-żminijiet tal-lum” (Art. 1, 1) li qed jiġi mqiegћed “gћas-servizz ta’ l-Isqof bћala wieћed mill-modi li bih iseћћu fid-djoċesi l-inizjazzjoni nisranija u l-edukazzjoni permanenti fil-fidi" (Art. 1, 2)

L-Istatut l-aktar fil-Kapitlu II (Artikli 5-21) jippreżenta l-elementi fundamentali tan-Neokatekumenat, il-katekeżi tal-bidu, it-trepied (Kelma - Lituġija - Komunitŕ) li fuqhom tinbena u l-fażi , tapep u passaġġi.

L-inizjazzjoni nisranija hi tweġiba providenzjali li l-Mulej qajjem biex iwieġeb gћall-Iskristjanizzazzjoni li gћandna. Dan fehmu tajjeb ћafna l-Papa Gwanni Pawlu II.

Fl-ewwel laqgћa li kellu magћna f’Kastell Gandolfo, nhar il 5 ta’ Settembru 1979 – konna jiena, Carmen u Padre Mario – wara l-quddiesa l-Papa qalilna li matul iċ-ċelebrazzjoni ra quddiemu: ateiżmu – magћmudija – katekumenat.

Dak il-ћin stess ma fhimtx x’ried jgћid, mhux hekk talli ћsibt li kien żbaljat li l-ewwel semma magћmudija u wara l-katekumenat. Il-katekumenat fit-tradizzjoni tal-Knisja hu gћal dawk li qed ihejju ruћhom biex jirċievu l-magћmudija.

Iċ-ċavetta jagћtihielna dak li l-Papa qal f’waћda mill-Paroċċi ta’ Ruma meta kien qed jitkellem mal-Komunitajiet Neokatekumenali: “Jiena nara hekk il-bidu tan-Neokatekumenat…l-ewwel, ma nafx jekk hux Kiko jew oћrajn, staqsa minn fejn kienet ġejja l-qawwa tal-Knisja ewlenija u minn fejn ġejja d-debolizza tal-knisja ta’ llum, li hi aktar numeruża? U jiena nemmen li t-tweġiba ssibha fil-katekumentat, f’din il-Mixja".

Meta l-Papa qal li ra quddiemu: ateiżmu – magћmudija – katekumenat, x’ried jgћidilna?

Naћseb li l-esperjenza li gћamel ta’ l-atejiżmu fil-Polonja, il-Papa li l-filosofija tiegћu gћandha l-gћeruq tagћha fil-fenomenoloġija ta’ Husserl, ried jgћid li biex inwieġbu gћall-qawwa ta’ l-ateiżmu modern u gћas-sekolarizzazzjoni, l-insara mgћammdin jeћtieġu katekumenat bћal dak li kellha l-Knisja ewlenija, katekumenat wara l-magћmudija.

Gћal tul ta’ bosta sekli l-Knisja ewlenija kellha katekumenat serju, fejn il-katekumeni kellhom juru li kellhom fidi, gћaliex bdew iwettqu gћemejjel ta’ ћajja, gћemejjel li kienu juru li kellhom lil Kristu Rxoxt. Il-magћmudija kienet it-twellid ta’ ћlejqa ġdida fejn it-tћabbira tal-kerigma, l-aћbar it-tajba, u l-bidla tal-ћajja morali u l-liturġija kienu saru ћaġa waћda.

Il-Knisja ta’ llum teћtieġ din ix-xorta ta’ formazzjoni serja. Infatti l-punt gћalina hu wieћed biss: li jingћata l-bniedem il-ġdid, il-bniedem tas-sema, f’mixja serja ta’ formazzjoni nisranija; dak il-bniedem li kif jgћid San Pawl, iġorr f’ġismu l-mewt ta’ Ġesщ, gћaliex wieћed jara li Ġesщ hu ћaj fih, hekk li meta n-nisrani jmut “id-dinja tieћu l-ћajja”.

Din l-inizjazzjoni nisranija, li l-Mixja Neokatekumenali qed terġa’ tipproponi fil-linji fondamentali tagћha, terġa’ tibni l-komunitа nisranija waqt li tispira ruћha mill-Familja qaddisa ta’ Nazaret. Fl-Istatut ngћidu dan b’mod ċar: ”Il-mudell tal-komunitа neokatekumenali hi l-Familja Mqaddsa ta’ Nazaret, il-post storiku fejn il-Kelma ta’ Alla, magћmul Bniedem, isir adult huwa u jikber ‘fl-gћerf, fis-snin u fil-grazzja’ f’ubbidjenza lejn Ġużeppi u Marija.(nota 2). Fil-komunità n-neokatekumentali jsiru adulti fil-fidi, billi jikbru fl-umiltà, fis-sempliċità u fit-tifћir, sottomessi gћall-Knisja” (Art. 7, 2 ).

Knisja, komunità nisranija, Familja ta’ Nazaret, familja tal-bnedmin: il-passaġġ hu ċar. Dan qalulna il-Papa Gwanni Pawlu II f’diskors ta’ min jiftakru li gћamlilna, mhux imhejji, fil-festa tas-Sagra Familja, it-30 ta’ Diċembru 1988 f’Porto San Giorgio, meta ġie biex jibgћat l-ewwel 72 familja fil-missjoni: “Jekk jinћtiġilna nitkellmu minn tiġdid, minn twellid mill-ġdid tas-soċjetа tal-bnedmin, jeћtiġilna nibdew minn dan il-punt, minn din il-missjoni. Knisja qaddisa ta’ Alla, int ma tistax tagћmel il-missjoni mogћtija lilek jekk mhux permezz tal-familja u l-missjoni tagћha.” (nota 3).

Il-Mixja Neokatekumenali setgћet tagћmel dak li gћamlet s’issa – familji mibnija mill-ġdid, gћadd kbir ta’ tfal, sejћiet gћall-ћajja kontemplattiva u gћas-saċerdozju… - biss permezz ta’ din il-ћidma tal-bini mill-ġdid tal-familja. Nixtieq hawnhekk insemmi fil-qosor kif dan isir fil-Mixja, billi nedukaw il-familji gћat-talb u l-mod kif jgћaddu l-fidi lill-ulied: huma il-ġenituri fil-fatt li, kif jgћid il-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika, huma dawk li "rċevew ir-responsabbiltà u l-privileġġ li jevanġelizzaw lill-uliedhom" (n. 2225).

Wara li Alla wera lilu nnifsu lill-poplu tiegћu fuq is-Sinaj bћala l-Alla wieћed li jeżisti u ordnalu li jћobbu ‘b’qalbu kollha, b’ruћu kollha u b’saћћtu kollha” iżid minnufih, “ U tennihom lil uliedek meta tkun f’darek, meta tkun miexi fit-triq, meta timtedd, u meta tqum..”.. “Meta ibnek gћada pitgћada jistaqsik, u jgћidlek, ‘X’inhuma dawn il-preċetti, il-kmandamenti u d-digrieti li takom il-Mulej, Alla tagћna?’ Int twieġeb lil ibnek: ‘Konna lsiera tal-Fargћun fl-Eġittu, u ћariġna l-Mulej mill-Eġittu bil-qawwa ta’ jdejh. U l-Mulej gћamel quddiem gћajnejna sinjali u gћeġubijiet kbar bi ћsara gћall-Eġittu u gћall-Fargћun u daru kollha. Lilna ћariġna minn hemm biex iġibna f’din l-art, u jagћtihielna kif ћalef lil missirijietna’ ” (Dt. 6, 4.20-23).

Dan it-test li kien tant importanti gћall-poplu lhudi matul is-sekli u li żamm magћquda l-familja lhudija, iġegћlna nifhmu il-ћtieġa li l-ġenituri jgћaddu l-fidi lil uliedhom u jfehemna li dan l-ordni ta’ Alla hu mogћti lill-ġenituri u ma jistax ikun mgћoddi lil ћadd ieћor. Huma huma li jeћtiġilhom jirrakkuntaw lil uliedhom l-imћabba li Alla wera magћhom.

Gћall-ewlenin insara li tgћaddi l-fidi lill-ulied, permezz tal-Iskrittura Mqaddsa li titwettaq f’ Ġesщ Kristu, kienet il-missjoni ewlenija. Insibu xiehda ta’ dan fit-tieni ittra ta’ Pawlu lil-Timotju: “Imma int ibqa’ miexi f’dak li tgћallimt bis-sћiћ, gћax taf mingћand min tgћallimtu (ommu Ewnike), u gћax sa minn żgћoritek sirt midћla tal-Kotba Mqaddsa..” (2 Tim. 3, 14-15). U din it-tradizzjoni kienet miżmuma f’forom diversi matul is-sekli fil-familji nsara. Jagћtu xhieda gћal dan tant tfal u żgћażagћ martri.

Il-Mixja Neokatekumenali, bћala inizjazzjoni nisranija fid-djoċesi u fil-parroċċi, illum tgћallem il-koppji kif jgћaddu l-fidi lil uliedhom, l-aktar f’ċelebrazzjoni li ssir fil-familja, b’liturġija tad-dar, liturġija domestika.

Il-familja nisranija, ngћidulhom, gћandha tlett artali: l-ewwel wieћed hi l-mejda ta’ l-Ewkaristija, fejn Kristu joffri ћajtu f’sagrifiċċju gћas-salvazzjoni tagћna; it-tieni, is-sodda tal-miżżewġin, fejn jitwettaq is-sagrament u tingћata l-ћajja lil ulied ġodda, wlied Alla, sodda taż-żwieġ li gћandha tinżamm f’ġieћ u glorja; it-tielet artal hu l-mejda ta’ l-ikel tal-familja, fejn il-familja tiekol magћquda waqt li tfaћћar lil Alla gћad-doni kollha tiegћu. Madwar din il-mejda wieћed jagћmel ċelebrazzjoni domestika li fiha jgћaddi l-fidi lil uliedu.

Wara aktar minn tletin sena ta’ mixja, wieћed mill-frott li l-aktar ifarraġna hu li tara familji mibnija mill-ġdid isiru tassew ‘knisja domestika’ . Dawn il-familji miftuћa gћall-ћajja, u gћalhekk numerużi aktar minn oћrajn, jaqdu d-dmir ewlieni tal-familja nisranija li tgћaddi l-fidi lil uliedha.

Barra t-talb ta’ filgћodu u ta’ filgћaxija, barra t-talb ta’ qabel l-ikel u s-sehem flimkien mal-ġenituri fl-Ewkaristija fil-komunita’ tagћhom, huma jgћaddu l-fidi, bil-mod li gћedna qabel, f’ċelebrazzjoni domestika li ssir kull darba fil-jum tal-Mulej.

F’din iċ-ċelebrazzjoni il-ġenituri jitolbu s-salmi tat-talba ta’ Sbiћ il-jum ma’ wliedhom, jaqraw l-Iskrittura u jistaqsu: “X’tgћidlek lilek, gћall-ћajja tiegћek, din il-kelma?” Hi ћaġa li timpressjonak tara l-ulied japplikaw il-kelma ta’ Alla gћall-istorja konkreta ta’ ћajjithom. Fl-aћћar il-missier u l-omm jgћidu huma wkoll kelma ta’ tћeġġiġ waqt li jitilqu mill-esperjenza tagћhom u jistednuhom biex jitolbu gћall-Papa, gћall-Knisja, gћal dawk li qed ibatu eċċ.. Mbagћad jitolbu bil-Missierna u jagћtu l-paċi; iċ-ċelebrazzjoni tintemm billi l-ġenituri jbierku kull wieћed minn uliedhom.

Il-“Marialis cultus” tal-Papa Pawlu VI , f’nru. 53 tgћid: “Bi qbil mad-direttivi konċiljari, il-Prinċipji u n-Normi gћal-Liturġija tas-Sigћat, hi ћaġa sewwa u xierqa li fost dawk li jitolbu flimkien l-Uffiċċju Divin inżidu in-nukleju familjari: Jaqbel…li l-familja, bћala santwarju domestiku tal-Knisja, mhux biss tgћolli ’l fuq lejn Alla t-talb bћala familja, imma wkoll tgћid, dejjem skond iċ-ċirkustanzi, xi parti jew oћra tal-Liturġija tas-Sigћat, biex hekk tingћaqad mill-qrib fil-Knisja’ (n. 27). M’gћandna nћallu xejn milli nagћmlu ћilitna biex din ix-xewqa ċara u prattika, issib fil-familji nsara mod aktar kbir u ћaj biex titwettaq gћall-ferћ ta’ l-istess familji.”

U f’nru 54 ikompli jgћid:” Wara ċ-ċelebrazzjoni tal-Liturġija tas-Sigћat – il-punt l-aktar gћoli li tista’ tilћaq it-talba domestika – mhemmx dubju dwar il-kuruna tal-Beata Verġni Marija li gћandha tinżamm bћala waћda mit-talbiet l-aktar kbar u qawwija bћala talba komuni, li l-familja hi mistiedna biex tirreċita.

Bћala riżultat ta’ din l-attenzjoni li l-ġenituri jagћtu ta’ wliedhom hi li tista’ tgћid li kollha gћadhom fil-knisja. Hu gћalhekk li ssib tant żgћażagћ fil-komunitajiet neokatekumentali. Minn dawn il-familji qed iqumu eluf ta’ vokazzjonijiet gћas-seminarji u gћall-monasteri.

Aћna ferћana li l-Istitut Pontifiċju Ġwanni Pawlu II jimpenja ruћu jfittex dwar il-familja u b’hekk jgћin il-ġenituri jgћaddu l-fidi lil uliedhom. Hi missjoni importanti li jeћtieġ li tkun imћeġġa u mqawwija.

Kif gћedna qabel, illum hu ta’ ћtieġa kbira gћall-familja nisranija ċ-ċelebrazzjoni fil-familja, liturġija domestika fejn jiltaqgћu, gћallinqas darba fil-ġimgћa ż-żewġ ġenerazzjonijiet – ulied u ġenituri – u fejn jistgћu jitolbu u jiddjalogaw madwar il-kelma tal-Mulej Ġesщ Rxuxtat.

Is-soċjetà tagћna qegћda tkisser il-familja: fil-ћinijiet (ritmu ta’ xogћol u ta’ skola), f’dawk li jagћmlu n-nukleju familjari (koppji fil-fatt, divorzju eċċ..) fil-mod kif ngћixu, imma fuq kollox permezz tal-kultura li qed tixtered madwarna kullimkien li hi gћal kollox kontra l-valuri tal-Vanġelu.

Aћna konvinti li l-battalja vera Ii l-Knisja hi msejjћa biex tiġġieled fit-tielet millenju, l-isfida vera li trid tidћol gћaliha u fejn qed jintlagћab il-ġejjieni, hi l-familja. Il-Papa Gwanni Pawlu II fl-omelija ġo Porto San Giorgio tat-30 ta’ Diċembru 1988 li semmejt aktar qabel, fdalna dan l-inkarigu importanti. B’qawwi kbira qalilna:

“Hu dmir tagћkom li bit-talb u x-xhieda tagћkom, bil-qawwa kollha tagћkom, tridu tgћinu l-familja, tћarsuha kontra dawk li jridu jeqirduha. Jekk m’hemm ebda qies ieћor fejn il-bniedem jfisser lilu nnifsu bћala bniedem, bћala ћajja, bћala imћabba, wieћed irid jgћid li mhemmx post ieћor, ambjent ieћor fejn il-bniedem jista’ jiġi meqrud jekk mhux fil-familja. Illum qed isiru bosta affarijiet biex din il-qerda issir ћaġa normali, biex din il-qerda issir bi skuża ta’ liġijiet, liġijiet li jippermettu din il-qerda; qerda mill-qiegћ, ġergћat kbar ta’ l-umanitа. Qed isir ћafna biex is-sistema twassal gћal dan, biex il-liġijiet jippermettu dan. F’dan is-sens wieћed jgћid ‘iћares’ . Imma ma tistax tћares tassew il-familja jekk ma tidћolx fl-gћeruq, fir-realtajiet profondi, fin-natura intima tagћha; u din in-natura intima hi il-komunjoni tal-persuni f’xebh u ikona tal-komunjoni divina. Familja fil-missjoni. Trinitа fil-missjoni." (4)

Gћalhekk aћna bil-qalb kollha nifirћu li nistgћu naћdmu id f’id ma’ dan l-Istitut tant gћażiż u maћbub mill-qaddej ta’ Alla Gwanni Pawlu II, waqt li nġibu magћna x-xiehda ta’ tant familji, ta’ kull kundizzjoni soċjali u kultura. Jeћtiġilna nkunu qrib il-familji, dejjem inћeġġu t-talb fil-familja (iċ-ċelebrazzjoni familjari li semmejt aktar qabel) u ngћinu l-ġenituri jgћaddu l-fidi lil uliedhom.

Imqar jekk bosta familji m’gћandhomx l-gћajnuna ta’ formazzjoni nisranija bћala komunitа kif gћandhom dawk tal-Mixja Neokatekumenali, aћna konvinti li din il-ћidma li qed issir minn ћafna tkun gћal tant familji żerriegћa żgћira li tixtered u bil-grazzja ta’ l-Ispirtu s-Santu jasal il-jum li ssir siġra kbira, siġra sabiћa mimlija frott: tant adulti li ma jinsew qatt dik iċ-ċelebrazzjoni tal-familja tagћhom, fejn raw il-ġenituri jћobbu u jitolbu lil Alla b’konvinzjopni vera.

Il-Lateran, 13 ta’ Mejju 2009.

Noti:

  1. Żewġ testi awtorevoli jsaћћu dan: “Katekumenat wara l-magћmudija li japprofondixxi l-viżjoni nisranija" F’Notitiae, 95-96 Lulju-Awwissu 1974, p.229-230, "It-tiġdid fil-Knisja welled u gieb ’il quddiem istituti li wasslu biex iġibu t-tiġdid mixtieq. Hekk wara l-Konċilju ta’ Trentu; u ma setax ikun mod ieћor fi żmienna. It-tiġdid liturġiku niżel fil-fond fil-ћajja tal-Knisja…Eżempju mill-aqwa ta’ dan it-tiġdid insibuh fil-Komunitajiet Neokatekumenali…” Anke Ġwanni Pawlu II, meta laqa’ l-inizjaturi tal-Mixja u l-katekisti itineranti f’Castel Gandolfo, nhar il-21 ta’ Settembru 2002, tlett xhur wara l-ewwel approvazzjoni ta’ l-Istatut tal-Mixja, qal: "F’soċjetà sekolarizzata bћal tagћna, fejn qed tixtered l-indifferenza reliġjuża u bosta qed jgћixu qisu Alla ma jeżistix , huma ћafna dawk li jeћtieġu li jsibu mill-ġdid is-sagramenti ta’ l-inizjazzjoni nisranija; l-aktar tal-magћmudija. Il-Mixja hi bla dubju waћda mit-tweġibiet providenzjali gћal din il-ћtieġa urġenti…" (Diskors lill-inizjaturi tal-Mixja, lil katekisti itineranti u lill-presbiteri, n. 2 f’ Neocatechumenale Iter - Statuta, 121-122).
  2. Ara. Lq. 2, 52.
  3. It-test ta’ Papa qal ukoll: “Il-missjoni divina tal-Verb hi dik li jitkellem, li jagћti xiehda tal-Missier. Hi l-familja li fl-ewwel post titkellem, li tirrivela dan il-misteru, li fl-ewwel post tagћti xiehda ta’ Alla, tal-Missier Imћabba lill ġenerazzjonijiet ġodda. Kelmtu hi aktar qawwija.”

Hekk kull familja tal-bnedmin, kull familja nisranija, issib ruћha fil-missjoni. Din hi l-missjoni tal-veritа. Il-familja ma tistax tgћix mingћajr il-veritа, anzi hi toffri l-post fejn tgћix din is-sensibbilta’ kbira tal-veritа. Jekk tonqos il-verità fir-relazzjoni, fil-komunjoni tal-persuni: raġel, mara, missirijiet, ommijiet, ulied, jekk tonqos il-verità titkisser il-komunjoni, tinqered il-missjoni. Intom kollha tafu sewwa kif din il-komunjoni tal-familja hija tassew delikata, fina, tinkiser malajr. U hekk tidher fil-familja, flimkien mal-missjoni tal-Verb, ta’ l-Iben, ukoll il-missjoni ta’ l-Ispirtu s-Santu li hu Mћabba. Il-familja hi fil-missjoni, u din il-missjoni hi fundamentali gћall kull poplu, gћall-umanitа kollha kemm hi; hi l-missjoni ta’ l-Imћabba u tal-Ħajja, hi x-xiehda ta’ l-Imћabba u tal-Ħajja.

L-aktar gћeżież, ġejt hawn b’rieda sћiћa. Ilqajt bil-qalb kollha l-istedina tagћkom fil-festa tal-Familja Mqaddsa biex nitlob magћkom gћall-ћaġa l-aktar importanti u fundamentali fil-missjoni tal-Knisja: gћat-tiġdid spiritwali tal-familja, tal-familji tal-bnedmin u l-familji nsara f’kull poplu, f’kull nazzjon, u l-aktar fid-dinja tagћna tal-punent, aktar ’il quddiem fil-progress, aktar immarkat mis-sinjali u l-ġid tal-progress kif ukoll min-nuqqas ta’ progress fuq naћa waћda. Jekk jeћtiġilna nitkellmu minn tiġdid, minn twellid mill-ġdid tas-soċjetа tal-bnedmin, anzi tal-Knisja bћala soċjetа tal-bnedmin, irridu nibdew minn hawn, minn din il-missjoni. Knisja Qaddisa ta’ Alla, int ma tistax taqdi l-missjoni tiegћek, ma tistax tagћmel din il-missjoni tiegћek fid-dinja, jekk mhux permezz tal-familja u tal-missjoni tagћha.

Kien gћal din ir-raġuni ewlenija li lqajt l-istedina tagћkom, li nkun magћkom u biex nitlob magћkom f’dan l-ambjent magћmul minn familji, minn miżżewġin, minn tfal anzi minn familji itineranti. Hi ћaġa sabiћa. Naraw li anke l-Familja ta’ Nazaret hi familja itineranti. U saret hekk mill-ewwel, mill-ewwel jiem tal-ћajja tat-Tfajjel Divin, tal-Verb magћmul bniedem. Kellha issir familja itineranti, iva, itineranti u rifuġjata” (Osservatore Romano, 31 ta’ Diċembru 1988).

4. L-Osservatore Romano, 31 ta’ Diċembru 1988.

Mill-Kitbiet ta’ Dun ĠorġNisġa