Laudatio (Diskors ta’ merћba) fl-gћoti tad-Dottorat Honoris Causa, lil Francisco Gomex (Kiko) Arguello mill-Istitut Pontifiċju Gwanni Pawlu II.

Il-Professur Josè Noriega, Viċi president ta’ L-istitut Pontifiċju Gwanni Pawlu II gћall-istudji fuq iż-Żwieġ u l-Familja, matul iċ-ċerimonja ta’ l-Gћoti tad-Dottorat (Hon. Causa), l-Erbgћa, 13 ta’ Mejju 2009, lill-inizjatur tal-Mixja Neokatekumentali, l-ispanjol Francisco Gomez (Kiko) Arguello

***

It-tnissil u t-tkattir tal-frott huma sewwasew mill-misteru ta’ Alla Trinità. Aћna l-bnedmin nafu tajjeb li mhix xi ћaġa li tista’ tiġi minna, imma li aћna nilqgћuha bil-ferћ gћax nafu li Ġesù ġie (fid-dinja) biex nistgћu nagћmlu l-frott u frott bil-kotra.

L-Istitut Pontifiċju Gwanni Pawlu II illum qed jagћti lil Kiko Arguello dan id-Dottorat (honoris causa) gћaliex jagћraf it-tkattir (ta’ doni) gћal kollox speċjali gћall-gћarfien sћiћ tal-valur tal-familja tant bћala ċellola tal-Knisja kif ukoll tas-soċjetà, fi qbil sћiћ mal-ћsieb ta’ Gwanni Pawlu II, permezz ta’ l-itinerarju ta’ formazzjoni nisranija wara l-Magћmudija li hu beda flimkien ma’ Carmen Hernandez u li ta frott kotran mad-dinja kollha.

Dan li twassal il-bnedmin lejn il-fonti tal-Magћmudija gћamel mod li x-xmara ta’ l-ilma ћaj ћierġa minn Kristu tista’ jagћti l-ћajja matul il-mogћdija minn fejn jgћaddi dan l-ilma u jagћmel possibbli li l-familji jinbnew u jagћtu l-frott bix-xhieda qawwija tal-frott imkattar ta’ Alla Trinità fil-Knisja kollha. Fil-komunitajiet żgћar, li fuqhom hi mibnija l-Mixja Neokatekumenali u fihom wieћed jgћix il-misteru tal-Familja ta’ Nazaret, kull familja hi milqugћa bћala familja speċifika bir-relazzjonijiet tagћha, bla ma dawk li jagћmluha jkunu miblugћa bla ebda differenza bejniethom, u ġiet miġjuba ’l quddiem fil-qies ta’ familja missjunarja. B’dan il-mod wieћed jasal biex jibni pastorali awtentika tal-familja, skond l-ispirtu tal-fundatur tagћna il-Papa Gwanni Pawlu II.

Tlieta huma l-aspetti li l-Istitut tagћna jixtieq joћroġ gћad-dawl dwar il-frott ta’ l-Ispirtu fl-Opra tad-duttur il-ġdid. L-ewwelnett illi hu nnifsu mexxa dawn il-familji lejn dan it-tkattir ta’ doni. It-tieni li offra mixja konkreta ta’ kif il-familja tagћti qima lil Alla bћala familja (Familja-knisja domestika). U fit-tielet post li qajjem l-idea tal-missjoni tal-familja (jew tal-familja fil-missjoni).

2. Il-ksib mill-ġdid tal-grazzja kotrana tal-Magћmudija gћall-ћajja tal-Koppja kellha wieћed mill-frott l-aktar sinjifikattiv fl-gћarfien tal-qdusija ta’ l-att sesswali bejn il-miżżewġin.. Meta wieћed jarah bћala wieћed mill-mumenti fejn Alla jaћdem, il-koppji tal-mixja gћażlu li jgћixu l-imћabba tagћhom bi ftuћ waћdieni gћall-ћajja, waqt li jafu li huma qed jaћdmu id f’id ma’ Alla fil-ћolqien ta’ persuni. F’mument ta’ kriżi u telfien ta’ direzzjoni min-naћa ta’ ћafna, li taqbad f’idejk bla riservi l-enċiklika profetika ta’ Pawlu VI "Humanae Vitae" , min-naћa tal-familji tal-Mixja kienet xhieda awtentika gћall-Knisja kollha kemm hi, gћax wrew li lil hinn mill-beżgћat jew id-diffikultajiet tagћna, hu possibbli li wieћed jgћix dak li l-Knisja xtaqet b’mod ċar fil-mixja ta’ koppja lejn il-qdusija sakemm ikun hemm komunità ћajja li takkumpanjak.

3. Il-binja tal-familja li gћandha fil-bidu tagћha li tilqa’ l-misteru tal-fekondità ta’ Alla, iġġib l-inizjazzjoni tal-misteru. Il-familji tal-Mixja Neokatekumenali malajr fehmu u daћћlu xorta ta’ liturġija tad-dar (liturġija domestika): ta’ kuljum il-miżżewġin, imma b’mod speċjali l-familja kollha nhar ta’ Ħadd, fiċ-ċelebrazzjoni tal-Lodi li wieћed jgћixu bћala spazju fejn jinћoloq djalogu ma’ Alla fid-djalogu familjari. B’dan il-mod, il-missjoni l-kbira li tgћaddi l-fidi lill-ulied sabet l-ambjent xieraq biex il-ġenituri jgћaddu l-fidi lill-ulied bix-xhieda tal-ћajja tagћhom, jgћinu l-ulied jifhmu l-importanza tal-Kelma ta’ Alla fl-istorja konkreta tagћhom. Hawn tidher ir-relazzjoni ġenituri-ulied u kif jirnexxilhom jgћinu lill-uliedhom fil-mod kif jibnu relazzjoni ma’ Alla li hu Missier, jiġifieri jidћlu bћala ulied f’relazzjoni mal-Mulej hekk kif urihulna Ġesù. Dan jgћin biex wieћed jerfa’ gћajnejh lejn il-Missier li hu fis-sema li minnu ilqajna tassew il-ћajja u l-imћabba. Hu f’dan li wieћed jara waћda mir-raġunijiet prinċipali tal-frott il-kbir ta’ vokazzjonijiet li l-familji tal-Mixja gћarfu jagћtu.

4. Fil-kwadru ta’ sekularizzazzjoni li tbeżża’ ta’ ‘meddiet kbar tad-dinja, fejn il-fidi hi fil-periklu li tintefa’ bћal fjamma li ma ssibx aktar mod ta’ gћajxien", il-Mixja Neokatekumenali gћarfet "tagћmel lil Alla preżenti b’mod waћdieni": nifhem nitkellem mix-xhieda kbira tal-familji fil-missjoni. Infatti, ir-realtà tal-misteru ta’ Alla imћabba li jgћix f’misteru ta’ komunjoni fih inifsu, u li joћroġ minnu innifsu f’missjoni biex idaћћal il-bniedem f’komunjoni miegћu , jagћmel lilu nnifsu preżenti f’komunjoni ta’ bnedmin, il-Familja mqaddsa ta’ Nazaret, li tinfirex fil-ћajja tal-Knisja u permezz tal-familji tasal gћand kulll bniedem. Hu l-każ fejn kull membru tal-familja jgћix dan bћala protagonista waqt li jwassal fil-Parroċċa u fid-dinja ix-xiehda ta’ dak li hi familja, bid-diffikultajiet kollha tagћha u fuq kollox bit-tamiet sbieћ tagћha. Anzi x-xiehda li huma jagћtu hi xiehda tat-Trinità f’missjoni, jew tal-passjoni ta’ l-imћabba ta’ Alla Trinità gћall-bniedem. Mill-konvinzjoni li d-dinja teћtieġ xhieda, twieldet l-gћajnuna li Kiko Arguello offra biex issir il-Family day bil-ћsieb li ngћinu lil kulћadd jifhem il-ћtieġa tal-familja mwaqqfa fuq iż-żwieġ gћall-ġid ta’ kull bniedem u tas-soċjetà.

Huma bosta l-familji fil-missjoni li rċevew minn gћand il-Papa Ġwanni Pawlu II is-salib. Inti stess, gћażiż Kiko, irċevejtu u ġġorru bћala relikwa. Illum l-Istitut akkademiku mwaqqaf minnu u li jiftaћar li jġib ismu qiegћed jagћtik dan id-Dottorat bћala ġieћ. Xi ћadd jista’ jaћseb li qegћdin nagћmlu xi bidla sostanzjali: tirċievi s-salib mhux l-istess bћalma tirċievi dottorat! Madankollu, aћna lkoll konvinti li llum il-qaddej ta’ Alla Gwanni Pawlu II qed jarana ferћan mit-tieqa tas-sema u f’ћarstu aћna nifhmu li dan it-titlu hu biex jagћmillek il-qalb ћalli tkompli ġġib ’il quddiem missjoni li tgћin lill-bniedem, hekk li Alla jkun jista’ jwassal gћall-milja tiegћu dan it-tkattir ta’ frott, ta’ dak l-ilma li Ġesù offirelna bћala rigal minn fuq is-salib.

Mill-Kitbiet ta’ Dun ĠorġNisġa