Salm 1

Prologu gћas-salterju

Żewġ Toroq, Żewġ Xorti

Oriġene jibda l-kummentarju tiegћu gћal dan is-salm hekk: “Is-Salterju hu bћal palazz kbir b’ћafna kmamar; jekk gћandu ċavetta waћda biex tidћol mill-bieb il-kbir, gћandu daqshekk ċwievet daqskemm kmamar, jew salmi. L-ewwel ċavetta, il-waћdanija, hija l-Ispirtu s-Santu; madankollu jekk tћawwad iċ-ċwievet kollha u tkun trid issib waћda, ma tidћolx jekk ma ssibx il-waћda t-tajba ta’ dak il-bieb.”

Romano Guardini jgћid li Salm 1 hu l-bieb li minnu wieћed jidћol fid-dinja gћanja ta’ dawn il-poemi żgћar. Rabbi Kosnitz kien jgћid: “L-gћorrief tagћna raw fl-ewwel salm it-Torah tal-Mulej”.

Hu kant tas-siġra tal-ћajja li tiddomina l-ġenna tal-ġnien tas-salmi. Hu daћla gћas-salterju kollu kemm hu. Jidher minn kodiċi D ta’ l-Atti ta’ l-Appostli kap 13, 33 li jaqra ‘l-ewwel salm’ flok dak li gћandna f’kodiċijiet oћra ‘fit-tieni salm’, li salm 1 u 2 setgћu kienu salm wieћed, salm messjaniku. Hekk ћallew miktub rabbi Jehuda ben Simon u S. Ġlormu u S. Ġustinu fl-Apoloġija jgћoddhom bћal salm wieћed.

Hekk Salm 1 kien il-Prologu u salm 2 l-ewwel salm; Salm 1 jibda ‘hieni l-bniedem…’ waqt li salm 2 jispiċċa ‘hienja dawk kollha…. v 12. Iż-żewġ salmi huma bla titlu. Kif se ngћidu aktar ’il quddiem – is-siġra t-tajba tal-bniedem ġust li jimxi fit-triq tal-Mulej hu s-salib ta’ Kristu li jġib fix-xejn lil min jieqaf fit-triq tal-ћażin; iġib fix-xejn lis-slaten u l-kbarat li jiftiehmu bejnithom kontra l-Mulej u l-Midluk tiegћu iġibhom fix-xejn.

San Ġlormu jgћid li dan hu l-prefazju ta’ l-Ispirtu s-Santu, hu bieb maestuż gћal din il-binja arkitettonika kollha rћam. Hu ġabra fil-qosor ‘taż-żewġ toroq’ fuq il-pjan ta’ siġra mћawwla ћdejn l-ilma ġieri; il-ġusti u l-ћżiena li jieћdu dak li ћaqqhom skond il-ġustizzja ta’ Alla gћal min iżomm il-Patt u jaћseb fuq it-Torah u min hu ћażin jittajjar bћal karfa.

Brownlee jaћseb li salmi 1 u 2 kienu salm wieћed gћall-inkurunazzjoni tas-sultan – il-Messija – salm 1 dik il-parti li tfaћћar il-fidi f’JHWH li ġġib il-paċi u l-barka lis-sultan, waqt li l-gћerf , don li jżejjen lill-qorti tas-sultan u s-siġra tal-ћajja kellhom rabta simbolika ma’ Ġen, 2, 9. Imma f’dan mhemmx ћlief immaġinazzjoni bla bażi, jgћid Ravasi. Nistgћu inqisuh madankollu bћala salm sapjenzali, salm tat-Torah, salm ta’ tifћir lir-rivelazzjoni, dik li tgћallem lill-bniedem. Imma m’hemmx gћalfejn ninsistu ћafna fuq dan; is-salm hu fil-ġeneru letterarju tal-makarismi (minn ‘makrarios’), ‘hienja’ u aktar joqrob lejn il-ћsieb teoloġiku tal-kotba ta’ l-Gћerf.

Fost il-ћafna kwalitajiet tas-salm hemm dak liturġiku, gћalkemm m’hemmx gћalfejn ninsisitu ћafna kif jagћmel Weiser, li jgћid, li innu liturġiku gћall-festa tat-tiġdid tal-Patt bejn Alla u Iżrael, biex ifakkar fil-ġid gћal min iћarsu u l-hemm gћal min ma jћarsux. Imma m’hemm l-ebda ċertezza dwar l-eżistenza ta’ din il-festa li mhix il-Festa tat-Tined. Ix-Xema’ Iżrael tgћid ‘tkellem fuqhom, kuljum, kull ћin, kull fejn tkun’. (Es. 6, 4-9).

Prologu gћas-Salterju.

Hu salm li jiftaћ is-Salterju, m’gћandux Sitz-im-leben deċifrat gћalkemm hu b’ton sapjenzali, b’kuluri suwed u bojod, it-tajjeb u l-ћażin. Hu salm didattiku, salm biex wieћed jagћmel deċiżjoni li jobdi l-kelma ta’ Alla, it-Torah: u hawn qegћda l-vera hena, makarismu. Ebeling jgћid: “Jeћtieġ li ћajjitna jkollha l-gћeruq tagћha f’Alla fejn hemm tassew il-hena, il-ћajja. Ebda bniedem, ebda ћaġa maћluqa m’gћandha l-ћajja minnha nfisha. Minn hemm fejn gћandek l-gћeruq hi l-ћajja; kif is-siġra mill-gћeruq, il-bniedem iġib il-ћajja minn Alla.

Kif jinqasam.

Joffri żewġ ritratti, żewġ bnedmin, u żewġ toroq. Li jwasslu gћall-hena u l-barka jew gћas-saћta u l-hemm. Gћalhekk is-simbolu taż-żewġ toroq li tistћajjlu l-barka u s-saћta ta’ S. Luqa 6, 20-26 fejn naqraw il-barkiet u s-saћtiet wara xulxin.

1. L-ewwel ritratt: Il-ġust u triqtu, vv 1-3

ċaћda (1)

affermazzjoni (2)

simbolu (3)

2. It-tieni ritratt: Il-ћażin u triqtu, vv 4- 6

simbolu (4)

ċaћda (5)

konklużjoni (6)

Simboli.

Iż-żewġ toroq, żewġ ћajjiet – triq hi ћajja – hi tema importanti fil-Bibbja, ibda mill-Esodu u tieћu l-ispunt mit-tentazzjonijiet li l-ћin kollu jdawwru ’l bniedem. Hemm dejjem gћażla, tobdi jew ma tobdix, tagћmel jew ma tagћmilx dak li tgћid it-Torah.

“Arawni, se nqiegћed quddiemkom it-triq tal-ћajja u t-triq tal-mewt”. (Ġer. 21, 8)

Simbolu ieћor hu dawl u dlam. “Triq it-tajbin bћal dawl iż-żerniq… triq il-ћżiena bћal dalma kbira". (Prov 4, 18-19)

U d-deċiżjoni hi din:” Ara jien illum qegћedtlek quddiemek il-ћajja u l-ġid, il-mewt u d-deni. Issa jekk tisma’ mil-liġi tal-Mulej, Alla tiegћek… li timxi fit-triqat tiegћu… inti tgћix u titkattar. Imma jekk qalbek iddur u ma tismax, u tqim allat oћra u taqdihom… Agћżel il-ћajja biex tgћix int u nislek…” (Dt. 30, 15 - 19).

Gesù nnifsu jitkellem mit-triq u l-bieb: "Gћaddu mill-bieb id-dejjaq. Gћax wiesa’ l-bieb u spazjuża t-triq li tieћu gћat-telfien.” (Mt. 7, 13; Ġw 14, 6). Fl-Atti ta’ l-Appostli, it-triq hi dik tal-Vanġelu u dawk li emmnu kienu dawk li jimxu f’din it-triq: Pawlu kellu ittri mis-Sinagoga “biex ikun jista’jaqbad l-irġiel u n-nisa kollha li jsib miexja fit-Triq tal-Mulej”. (Atti 9, 2), Didache u l-ittra ta’ Barnaba jitkellmu fil-wisa’ fuq dawn iż-żewġ toroq.

Mas-simbolu triq insibu wkoll is-siġra, simbolu gћażiż gћall-kitba sapjenzali. Ġeremija gћandu pass importanti ћafna:

“Mbierek il-bniedem li jittama fil-Mulej… Ikun bћal siġra ћdejn l-ilma mћawwla, b’gћeruqha mxenxla lejn il-wied; ma tibżax meta tiġi s-sћana…” (Ġer. 17, 7-8). Gћalkemm li l-gћerf hu t-Torah insibuha f’Isaija, il-waћda kienet l-oћra fi żmien il-Makkabin, u dan u ċerti indizi oћra juru li s-salm inkiteb fl-era ellenista jew fit-tielet seklu Q.K.

Is-siġra hi marbuta ma’ l-ilma; gћall-Bibbja, il-bniedem ġust hu bћal siġra li tieћu l-ћajja mill-ћajja ta’ Alla. L-ilma ћaj hu Alla, dak li ra Eżekjel 47, 12:

“Kull xahar jagћmlu frott ġdid, gћax l-ilma tagћhom ћiereġ mit-tempju, u l-frott tagћhom ikun ikel u l-weraq duwa.”. U Salm 92, 13-14, “Il-bniedem ġust bћall-palma jћaddar, bћal ċedru tal-Libanu jikber. Mћawwlin f’dar il-Mulej”.

Bin Sirak 24, jgћid li l-Gћerf hu bћal wesgћa tћaddar b’siġar ta’ kull xorta u ilma ġieri, u dan l-Gћerf hu t-Torah li bћall-ilma jagћti l-ћajja lill-ġust. Ġesù stess ixebbah lis-saltna tas-sema ma’ żerriegћa tas-Sinapa li tikber u ssir siġra u fiha jbejjtu l-gћasafar (Mt.13, 31-32); il-ġust u l-ћażin, li bћalma siġra tat-tin tagћmel tin, hekk ix-xewk jagћmel xewk. (Mt. 7, 15-20). Fit-tixbiha tad-dielja (Ġw. 15, 1-8) hu ċar ћafna li l-istess ћajja ta’ Alla tagћti l-ћajja lill-fidili. San Pawl mbagћad ixebbah lill-Knisja ma’ żebbuġa (Rum. 11, 16-24) u mћawwlin fi Kristu (Kol. 2, 7) nagћtu l-frott ta’ l-Ispirtu. (Gal. 5, 22).

Simbolu ieћor mid-dinja tar-raba’ hija tibna jew aћjar karfa (tiben imfarrak, ma jiswa’ gћalxejn), li jtajjarha r-riћ. Siġra hija simbolu ta’ stabbilitа, ћajja, frott, waqt li tibna hija simbolu ta’ instabbilitа, nixfa, mewt u bla frott jew użu. Ġob ukoll jitkellem hekk:

“Kemm minnhom saru bћal tiben mar-riћ, jew bћal sifja maћtufa mir-riefnu?” 21,18.

U l-Battista Mt. 3,12 u Lq. 3,17: “Il-midra qegћda f’idu, biex iderri l-qiegћa tiegћu u jiġbor il-qamћ fil-maћżen, imma t-tiben jaћarqu b’nar li ma jintefiex.”

V 5 fih simbolu ta’ ġudizzju, fil-verżjoni ta’ Ravasi li jaqra hekk:

"Percio’ non potranno i malvagi alzarsi nel giudizio,

ne’ i peccatori nell’assemblea dei giusti".

Jidћol il-verb ‘qum’ li jfisser li l-ћżiena jkunu msejjћa biex jidhru quddiem l-imћallef biex jiddefendu ruћhom, kif kien isir fil-ġemgћat ta’ Iżrael, imma ma jidhrux. Imma l-ġust jgћammar fid-dar ta’ Alla fiż-żgur. (S 15). Il-ġust jaћseb ‘lejl u nhar’ fit-Torah, jew ћajtu ddur mal-liġi ta’ Alla, waqt li l-ћżiena jagћqdu fil-vojt bћal karfa mar-riћ. Il-ġust hu iżolat, ma jaqbilx mal-bqija, imkasbar waqt li l-ћżiena jingћaqdu f’ġemgћa.

Salm 1 hu meditazzjoni ta’ l-gћażla fundamentali tal-moralisti ta’ llum, jew gћażla eżistenzjali tal-bniedem fl-ispazju u ż-żmien; skond it-triq li jieћu jkun bћal siġra li tagћti l-frott fi żmienha jew isir bћal karfa li ttir mar-riћ, bla sens u skop.’ Lack. R.

L-ewwel ritratt. Il-bniedem ġust. (1-3).

Hieni’ mill-grieg makarios hu makarismu. It-ton hu sapjenzali aktar milli profetiku bћal fid-Diskors tal-Muntanja. Hi tћabbira ta’ l-hena ta’ dawk il-bnedmin mhix barka jew ton saċerdotali, mhix tћeġġiġ f’ton profetiku, imma dikjarazzjoni: Hieni min jintelaq f’Alla, mhux gћax jimxi tajjeb moralment imma gћax isib il-qawwa tiegћu f’Alla, hu sieћbu fil-ћajja. L-hena hi barka, rigal minn Alla, aspett sabiћ tat-tagћlim dwar il-grazzja, hu stat li lejh Alla jmexxi r-ruћ.

Wara tlett negattivi – tlett toroq ћżiena – skond it-teoloġija tat-tentazzjoni li nsibu fl-Esodu, min jemmen hu wieћed minn ћafna, imwarrab mill-bqija. L-ambjent midneb hu deskritt bi tlett kelmiet: resa’im - ћażin kontra sadiq - ġust, hatta‘im – midneb, dak li żbalja, lesim – kelma rari użata li tfisser bniedem midgћi, iżeblaћ ’l Alla. Is-salm jgћid li hieni hu dak li ma jagћmilx bћal dawk li jżebilћu d-dgћajjef u huma kburin quddiem Alla.

Il-firda minn dawn hi deskritta bi tlett verbi oћra, ‘ma jmurx’, (halak, halaka hi triq), ‘ma jiqafx’ u ‘ma joqgћodx’ jew ma jgћammarx. L-ewwel ‘ma jmurx’, jew ‘ma jisseћibx mal-ћżiena’, ma jieqafx fit-triq tal-midimbin, jew imġiebtu xort’oћra, gћażel triq oћra, u ma joqgћodx, ma jinkitibx fi-gћaqda tagћhom. Il-Vulgata tittraduċi ‘cathedra pestilentiae’. (Gћerf 2, 12; 14 - 15).

Gћall-kuntrarju t-triq tal-ġusti hi t-Torah, li mhix liġijiet tqal u ta’ piż, imma r-rivelazzjoni divina, l-gћaxqa tiegћu fit-Torah, jimmedita t-Torah. Hi festa mill-qalb tat-Torah, lejl u nhar jaћseb fuqha, hi impenn, jew stil ta’ ћajja.

“Il-liġi tal-Mulej perfetta, u tagћti l-ћajja;

ix-xhieda tal-Mulej hi sewwa, u tgћallem lil min ma jafx.

Il-preċetti tal-Mulej dritti, u jferrћu l-qalb;

Il-kmandament tal-Mulej safi, u jdawwal l-gћajnejn.” 19, 8-9.

V 2 Jaћseb – tirreferi gћall-qari tat-Torah li l-bniedem jaqra mhux b’fommu jew moћћu, imma bil-persuna kollha tiegћu. Il-Lhud meta jaqraw jew jitolbu t-Torah jiċċaqilqu kollhom kemm huma minn fuq s’isfel qishom bil-marda ta’ San Vito, biex il-kelma tidћol mhux biss fil-moћћ imma tasal sal-ġogi u l-mudullun u b’hekk ifaћћru lil Alla b’ġisimhom kollu wkoll. “Ma jitbiegћed qatt il-ktieb ta’ din il-liġi minn fommok, u aћseb fuqu lejl u nhar, biex tagћraf tagћmel kull ma hu miktub fih, u hekk tirnexxi f’gћemilek u jkollok ir-riżq.” (Ġoż. 1,8).

Ir-ritratt tal-ġust hu mdawwal mis-simbolu tas-siġra (Ġer. 17, 7-8). Is-siġra hi simbolu ta’ ћajja, stabbiltа u ћajja dejjiema; mhux hekk it-tibna/karfa. Is-siġra tikber u tniżżel gћeruqha tfittex l-ilma li jћalliha tgћix. Hi idea magћrufa sew fil-Bibbja ta’ saћћa u kobor, u gћandha ћjiel tat-teorija tar-retribuzzjoni - jirnexxi f’kull ma jagћmel – jintraddlu lura skond gћemilu. Il-ġust ikollu l-frott ta’ gћemilu f’ћin u waqt li jrid Alla.

Hemm ћjiel ta’ fidi qawwija ta’ min jittama u minkejja li kollox ikun kontra, jemmen li Alla jippremjah gћal gћemilu. Gћalhekk il-ġust hu qawwi kontra kull kontrarju.

Ir-ritratt tal-Ħażin: triqtu tisfuma. (vv 4-6).

Dan ir-ritratt jiftaћ bis-simbolu tat-tibna/karfa b’kuntrast qawwi mas-siġra – mhux hekk il-ћżiena mhux hekk - v 4. Ir-riћ li jtajjar it-tibna, riћ qawwi, hu l-korla ta’ l-imћallef il-kbir li jћalli l-ћażin jagћqad bћal ġo tromba ta’ l-arja.

V 5 hu negattiv li jdur madwar il- verb ‘qum’ - iqum biex isir ћaqq minnu – imma ma jżommx fuq saqajh gћax dgћajjef u jkun mitfugћ ’il barra. Alla mal-mixja ta’ l-istorja jagћti s-sentenza li diġа hi moћbija fil-ġrajjiet; hi fidi storika u eskatoloġika, it-twemmin tas-salmista li Alla jћallas skond ma l-bniedem ikun jistћoqqlu. “Min ma jemminx hu diġа ikkundannat" (Ġw. 3, 18).

V 6. hu proverbju li jiġbor fih iż-żewġ toroq: Alla jaf triq it-tajbin u l-ћżiena. Alla bћal omm jew/u gћarus jћares lill-ġust fil-mixi tiegћu . Jaf, jagћraf (jada’) hu verb li fih jidћol il-bniedem kollu, intellett, rieda, passjoni tenera ta’ mћabba, jara li dan isir. Hi dik l-imћabba li minnha jitkellem Gћamos, 3, 2:

"Mir-razez kollha ta’ l-art

ma ridt naf b’ћadd ћliefkom;

gћalhekk se nikkastigakom

minћabba l-ћażen tagћkom.”

Min-naћa l-waћda l-eżistenza tal-bniedem hi kollha kemm hi f’idejn Alla.

“gћax il-Mulej iћobb is-sewwa,

u ma jitlaqx it-twajbin tiegћu;

hu jћarishom gћal dejjem,

imma wlied il-ћżiena jeqridhom" S 37, 18.

Min-naћa l-oћra, t-triq tal-ћżiena twassal gћall-qerda: triq tagћlaq, bla żbokk, u bla ritorn. Alla hu l-bidu ta’ kull eżistenza u ћajja; min jitbiegћed minnu jitbiegћed mill-ћajja (S 49, 10).

Tifsira (Ermenewtika) kristjana tas-Salm.

L-gћaqda ta’ Salmi 1 u 2 kif tidher minn Atti 13, 33, tagћti lok gћal tifsir kristjan tas-salm kif rawh S. Ġustinu, S. Ġlormu, l-Ittra ta’ Barnaba u oћrajn. Il-bniedem tajjeb li jagћżel lil Alla, l-Kelma u lil Kristu hu bћal siġra - is-siġra tal-ћajja - ta’ Ġerusalemm tas-sema (Apk. 2, 7; 22, 2) li ġġedded l-oћra ta’ nofs il-ġnien ta’ l-Gћeden. (Ġen. 2 - 3).

Ġustinu jara s-simbolu tas-salib ta’ Kristu, l-Gћuda li tћaddar u tagћmel il-frott bl-ilma tal-magћmudija. Gћandna hawn sens ta’ l-Gћid u l-magћmudija – in-nisrani jixrob mill-gћajn tas-salvazzjoni, jew il-Liturġija.

L-gћażla tal-bniedem hi ћielsa, pożittiva u fundamentali. Is-salib ta’ Kristu hu s-siġra, hu l-gћerf ta’ Alla u l-bluha ta’ Alla (1 Kor. 1, 17 - 21). Ukoll Ġesщ kien il-ġust, fidil gћall-kelma imma ћieles minn kull tentazzjoni biex ma joqgћodx gћall-kelma. Il-bniedem ma jasalx biex jagћżel lil Kristu, il-Kelma, lil Alla jekk ma jkunx gћadda minn bidla – metanoia - sћiћa biex jidћol fil-kategorija tal-beatitudni tal-Vanġelu.

Dun Ġorġ Mangion, illum 18 ta’ Settembru 2007

Mill-Kitbiet ta’ Dun ĠorġNisġa