Salm 2
Ibni Int illum nissiltek
L-gћanja tal-Messija Sultan
Salm 2 hu talba messjanika tal-Kristjanità. Waћ
da mill-isbaћ paġni u talbiet nsara, u hekk sabet ruћha fis-Salterju kif ukoll fil-Liturġija u fit-tradizzjoni tal-Knisja. Gћal Ċiprijanu, Ambroġ u l-Kriżostmu hu kant tal-Milied, gћal Gustinu, Ilarju u Lattanzju hu ċelebrazzjoni ta’ l-Epifanija-magћmudija tal-Mulej, Hu innu ta’ l-Gћid gћal Massimu ta’ Turin u gћall-Ortodossi. Diġа rajna kif dan is-salm flimkien ma’ dak ta’ qablu kien salm ta’ dћul gћas-salterju kollu kif jixhdu Atti 13, 33 fil-kodiċi D:“Alla wettaq il-wegћda gћalina, wliedu, billi qajjem lil Ġesщ
Fuq kull livell, storiku, ermenewtiku u ambjentali joffri diffikultajiet
kbar, imma hu salm tant maћbub! Hu salm diffiċli u gћadu qed jiġi studjat sa llum; tant hi kbira l-biblijografija! Rajna kif kien magћqud ma’ l-ewwel salm u tqiegћed bћala ftuћ gћas-salterju. It-triq tal-ġust imfixkla minn dik tal-ћżiena f’kuntrast mas-Sultan il-Kbir, l-Iben kontra s-slaten żgћar ribelli, Torah u l-Messija kontra l-ћżiena u r-ribelli, storja u gћerf manifestazzjoni tal-pjan ta’ JHWH kontra l-bluha u x-xejn (karfa) tal-ћżiena.Dahood jagћtih data antika ћafna, aktarx fis-seklu 10, qed ngћi
du madwar żmien David. F’v 6, jidher li hemm riferenza gћat-tempju li ma kienx lest fi żmien David, forsi fi żmien Salamun, imma ћafna kittieba jeskludu dan. Gunkel jgћid li nkiteb qabel l-eżilju, u hi d-datazzjoni l-aktar milqugћa. Skond Ravasi inkiteb ћafna qabel żmien il-Makkabin, hu xogћol tradizzjonali u żgur li qed naqraw talba antika tal-poplu ta’ Iżrael.Bla dubju ta’ xejn, is-salm inkiteb biex jgћolli s-sultan u ma’ salmi oћra jifforma l-grupp ta’ salmi rjali: l-aktar qrib tiegћu hu S 110 (109) parallel ċelebri kif ukoll S 45 f’gieћ it-tieġ tas-sultan mas-sultana, S 72 li hu ritratt tas-sultan ġust, u Salmi 20-21 li jkantaw ir-rebћa tas-sultan. Jista’ jkun li S 2 inkiteb gћall-inkurunazzjoni tas-sultan gћax fih bosta elementi ta’ ċelebrazzjon
i. V 7 hu protokoll rjali u l-isfond ta’ vv 1-3 hu dak ta’ gwerra kontra s-sultan leġittimu minn slaten żgћar ribelli, tixwix u attentati ta’ rewwixta. Il-ferћ u l-entużjażmu huma kemxejn maћnuqa mill-biża’ ta’ ġlied li gћalhekk hemm l-awgurju ta’ rebћa u sliem. Qatt ma setgћu salmi ta’ din ix-xorta jgћollu tant lis-sultan u bћal xi gћanjiet profani jagћmluh alla (apoteosi). F’Iżrael, bit-twemmin f’JHWH , Mulej kbir u traxxendenti, is-sultan hu iben Alla u s-setgћa tiegћu hi dejjem taћt dik ta’ JHWH, dipendenti minnu u jekk hi kbira gћax jagћtiha Hu.Sultan Messija
Il-kwadru li s-salm iqiegћed quddiemna hu wiesa’ jew universali – minn Ġerusalemm u l-art ta’ madwarha jiftaћ gћad-dinja kollha kif ukoll gћaż
-żminijiet kollha: slaten ta’ l-art, ġnus, popli u rewwixta universali. Il-bażi tibqa’ s-saltna ta’ David u l-profezija ta’ Natan f’2 Sam. 7. Gћalhekk nistgћu naqblu ma’ Kraus li jara fih festa ta’ sultan f’Sijon u liturġija drammatizzata tal-profezija ta’ Natan : il-Mulej jibnilek dar, (bajit) jew dinastija. Von Rad jgћid li hawn gћandna statut teoloġiku tat-twaqqif u l-istabbilitа tad-dinastija ta’ David min-naћa ta’ Alla, mela hi leġittima u divina.Bla dubju hi r-rabta bejn JHWH u s-sultan, li jibqgћu distinti u s-sultan hu flok JHWH, logotenent, u
s-saltna hi s-saltna ta’ Alla, is-sultan hu viżibbli flok Alla li hu inviżibbli.Is-salm mill-kuntest storiku u Davidiku jitwessa’ u jsir eskatoloġiku; hu salm messjaniku. Ir-rewwixta u s-saltna universali jagћtuh togћma apokalittika wkoll. (Dan. 7 u Eż
ek. 38). Aktar milli eseġeżi xi studjużi jagћtuh tifsira ġdida skond is-sens moћbi li jaraw fis-salm; hekk gћandna t-tifsira nisranija. Fis-sultan mill-familja ta’ David ma nistgћux ma narawx imwiegћed sultan aqwa u akbar minn David li fil-milja taż-żmien kien Ġesù Kristu. Hekk l-ideal messjaniku li jara L. Jacquet li jikteb: "Nistgћu nammettu li f’dawn is-salmi rjali, bћal fil-profezija ta’ Natan u oћrajn, hemm żewġ tifsiriet; kull re daviku hu xbiha u taћbira tas-sultan futur u ideali. Ebda sultan davidiku ma wieġeb gћal dawn l-aspettattivi, imma ma’ kull wieћed li tela’ fuq it-tron twieldet ix-xewqa u t-tama u tћeġġet il-fidi li xi darba din il-wegћda titwettaq”.Ngћidu xi ћaġa dwar it-tifsira mogћtija lis-salm minn biblisti Skandinavi bejn is-snin 40 u 50. Dawn raw lil Adam bћala l-ewwel re jeћodha mal-kaos tal-bidu u jirbaћhom fil-ћolqien u din ir-rebћa jiċċelebrawha fil-festa tal-bidu tas-sena; f’kelma waћda qabbluha ma’ festi ta’ l-istaġuni fost il-pagani u gћalhekk it-tifsira mitika ta’ l-istaġun. M
arduk kien meqjum bћala ћallieq u rebbieћ fuq il kaos. Il-v 5, gћalhekk hu l-qofol ta’ din ir-rebћa aћћarija. It-tweġiba tagћna hi li f’Iżrael qatt ma kien hemm festa fil-bidu tas-sena l-ġdida u aktar u aktar li tiġi ċelebrata festa bћal din. It-titlu mogћti lis-sultan bћala ‘iben ta’ Alla’ kien fis-sens adottiv u jingћata tard; kien fil-ktieb tal-Kronaki li jgћolli lil David li jagћmel dan u jorbtu ma’ Adam fl-arblu tar-razza.Kif jinqasam
Hu innu b’erba’ strofi; dwar dan jaqbel kulћadd. Slaten żgћar vassalli, jixxewxu kontra s-sultan imqiegћed minn JHWH u gћalhekk gћandna l-ћoss ta’ l-armi, ta’ gwerra. vv 1-3. Fl-aћћar dawn jiġu mirbuћa u maћkuma. vv 6-9. JHWH hu l-protagonista li jdaћћal lis-sultan, Ibnu adottiv fid-dinja, il-messija, li slaten żgћar ma jridux joqgћodu gћalih u jfittxu li jeqirduh. Imma JHWH irebbћu. L-aћћar vers baqa’ hemm minn meta salm 1 u 2 kienu salm wieћed.
Jidhru tlett atturi, JHWH, il-messija sultan, u s-slaten ta’ l-art.
Bċ. Id-dikjarazzjoni solenni tas-Sultan il-kbir vv 7-9.
L-aqwa punt tas-salm. Jidhru JHWH, is-sultan il-Kbir, u l-gћedewwa mirbuћa.
Aċ. Is-slaten żgћ
ar murbuћa u maћkuma joqgћodu gћalih.JHWH u s-slaten iż-żgћ
ar.Is-sim
boliżmi tas-salmMinkejja xi punti inċerti fis-salm kif wasal gћandna nistgћu noћorġu dawn is-simboliżmi biex nifhmu aћjar u aktar. Hemm azzjoni orizzontali bejn is-slaten ta’ l-art jew tar-reġjun kontra s-sultan ta’ Ġerusalemm; hawn komplott, rewwixta v 1 li tintemm billi jkollhom joqgћodu gћalih. Imma din ir-rewwixta mhix daqshekk kontra sultan ta’ l-art daqskemm kontra JHWH li gћażlu, ikkonsagrah u qegћdu fuq it-tron tal-belt qaddisa ta’ JHWH; mela ssir azzjoni vertikali, kontra Alla. Niftakru li s-saltna ta’ Ġerusalemm aktar minn monarkija hi Teokrazija, tmexxija ta’ Alla permezz tas-sultan magћż
ul, li hu iben ta’ Alla.Alla mill-gћoli jћares lejn l-art u gћandna ż
ewġ simboliżi qawwija – id-daћka u r-rabja. Id-daћka hi waћda ta’ ironija, stmerrija, li twaqqa’ gћaċ-ċajt kull azzjoni jew reazzjoni tal-bniedem kontra Alla. F’Salm 59, 9 naqraw:“Imma int, Mulej, tidћak bihom,
il-ġnus kollha biċ-ċajt teћodhom.”
Gћad-daћka tax-xettiku, ta’ min ma jemminx hemm id-daћka/tbissima ta’ Alla li hi kontra tagћha. “Ġiebli tbissima Alla; kull min jisma’ jitbissimli” (Ġen. 21, 6) tgћid Sara li qabel tbissmet gћall-ћsieb li ta’ 90 sena setgћa jkollha iben. U semmietu Iżakk jew ‘daћka’. Id-daћka hawnhekk hi differenti jew agћar gћax “Il-Mulej jidћak bil-ћaż
in" S 37, 13.Hemm azzjoni oћra ta’ Alla, ir-rabja, il-korla, “Mbagћad ikellimhom bil-herra, bil-qilla tiegћu jkexkixhom” v 5, li nsibuha minn fuq s’isfel biċ-ċentru fid-digriet imxandar, “Ibni int, jien illum nissiltek” v 7. Hawn il-qalba tat-teokrazija, gћax twaqqaf rabta sћiћa ma’ l-Gћoli, tant li x-xewwiexa “jaqdu lill- Mulej bil-biża’ u bir-rogћda riġlejh ibusu” v 11. Monarkija u teokrazija jiġu f’konfront gћax il-Mulej iћaddem is-setgћa tiegћu mill-gћoli bil-medjazzjoni tas-sultan Davidiku.
Esi
ġeżiG.F. Ravasi jsejjaћlu ‘salm iltim’ gћax bla titlu bћal S 1. Jibda’ b’mistoqsija, ‘Gћaliex?’ li turi l-istagћġib tas-salmista gћar-rewwixta tas-slaten vassalli; imma kollox jista’ jieћu rotta oћra! Ix-xewwiexa jispiċċaw jaqduh u bir-rogћda riġlejh ibusu. v
11.Ir-rewwixta tal-vassalli hi deskritta bi kliem kbir stil tal-qorti tar-re. Hi taqbida politiku-reliġjuża kontra JHWH u s-sultan davidiku li mhux gћajr rappreżentant tiegћ
u, tas-setgћa ta’ l-Gћoli: “Tal-Mulej hi l-art u kull ma fiha, id-dinja u kull ma jgћix fiha" S 24, 1.Hu l-‘midluk’ (masah) tal-Mulej, l-ikkonsagrat, il-Messija, ma tistax tmissu u gћalhekk ir-rewwixta tisfa fix-xejn, issir duћћan u vojt (hebel u riq).
“Gћaliex?” x’se jieћdu b’dan? Dawn ix-xewwiexa huma ġnus, popli, slaten ta’ l-art, u kbarat (Ġer. 5, 5). Is-saltna magћquda u ideali ta’ David u Salamun kienet tinfirex sas-Sirja fit-tramuntana u l-Eġittu fin-nofsinhar, u kull meta jitkellmu mis-saltna, mqar meta kienet fl-agћar żmien tagћha, aktarx li jitkellmu minn din il-firxa u glorja bit-tama li xi darba terġa’ lura gћall-glorja li kellha darba. Ma kienet xejn gћajr it-tama messjanika ta’ l-aћћar, li kellha titwettaq bil-miġja tas-saltna ta’ Ġesщ
Kristu.Bћall-Fargћun ta’ l-Eġittu imperu, bћall-kbar ta’ l-Assirja u l-Babilonja li ћakmu fuqhom u kienu jaћkmu fuq meddiet kbar ta’ art, id-dinja magћrufa ta’ dak iż
-żmien, hekk is-sultan min-nisel ta’ David ‘isaltan minn baћar sa baћar u mix-xmara sa truf l-art’. S 72, 8. Gћandha togћma rettorika, imma hi profezija li tfisser dik ta’ 2 Sam. 8 - 16: “Il-familja tiegћek u s-saltna tiegћek jibqgћu sћaћ gћal dejjem quddiemi. It-tron tiegћek jibqa’ sћiћ gћal dejjem” v 16. L-istess insibu f’S 89, 28.Hu interessanti li nagћarfu hawn li ir-rabta bejn JHWH u s-sultan titfa’ dawl fuq id-daћla t
a’ Alla fl-istorja tal-poplu u aktar ta’ l-Inkarnazzjoni ta’ Ibnu Ġesù li jitwieled bћala bniedem min-nisel ta’ David sultan. Mhux biss imma S 8 donnu jfisser dan ukoll minn popli oћra, bћal ma f’Gћamos naqraw: “M’hux bћal ulied Kus intom gћalija, ulied Iżrael?” Oraklu tal-Mulej. “Ma ћriġtx jien lil Iżrael mill-Eġittu, u lill-Filistin minn Kaftor u n-nies tas-Sirja min Kir?" (9, 7)Immorru issa gћal dak li gћamlu s-slaten vassalli, ‘ixxewwxu’ ‘irvellaw’. Huma verbi diplomatiċi li jfissru li ltaqgћu f’laqgћa sigrieta, gћamlu komplott kontra s-sultan il-kbir. It-tieni azzjoni ‘reddnu’, gemgmu minn taћt, bil-moћbi, ippjanaw kolp ta’ stat; bћallikieku JHWH ma jkunx jaf b’kollox – u gћalhekk ‘gћalxejn’. It-tielet azzjoni v 2a, ‘organizzaw ruћhom”, ftehmu fuq p
jan ta’ azzjoni. Ir-raba’, ingћaqdu bil-moћbi S 48, 5. “Ara s-slaten ingћaqdu, mxew ilkoll flimkien” . U gћalfejn? Gћalxejn, gћax ћaduha kontra l-Mulej u l-Midluk. Il-Vulgata fid-dawl tat-tifsira Kristjana ma tgћidx biss midluk, imma il-Midluk, “adversus Christum eius”. (kontra l-Midluk tiegћu).V 2 Hu bћal gћajta ta’ gwerra, u jissopponi li hi kontra tnejn, JHWH u l-messija tiegћu. F’Qumran jidher li b’vv 1 u 2 fehmu l-komunitа kollha, il-magћż
ulin ta’ Iżrael. Hemm tensjoni li tinћoloq kull darba li s-slaten davidiċi ћarġu barra t-triq u mxew ћażin, saru karikatura. Hemm kibret it-tama ta’ saltna li ma kinetx politika imma eskatoloġika. U araw v 3 xi ftehmu bil-moћbi: ‘Ħa nkissru l-ktajjen tagћhom’. Hi l-gћajta ta’ Iżrael ribelli: “Ilu żmien issa li int kissirt il-madmad tiegћek u ћallejt l-irbit tiegћek u gћedt: ‘Ma nagћtix qima’” (Ġer. 2, 20). Il-madmad hu simbolu militari ta’ jasar, oppressjoni u l-irbit, ktajjen u riedni huma dawk li jorbtu l-madmad ma’ l-gћonq ta’ min hu maћkum; li tkissirhom hi dikjarazzjoni ta’ rewwixta, rivoluzzjoni, ksur tal-patt ta’ vassall.Id-dikjarazzjoni solenni ta’ JHWH (vv 4-6)
B’kuntrast gћall-komplott fl-irkejjen moћbija ta’ l-art, JHWH jidher fl-ogћla smewwiet u jikser is-skiet b’daћka. Alla jћalli l-azzjoni tal-bniedem tieћu triqtha, mbagћad jidћol fl-istorja. Meta hu jidћak bihom huma jdubu bil-biża’ gћax id-daћka ta’ Alla hi espressjoni tal-kobor tiegћu li jżarma l-ardir tal-bniedem li fil-bluha tiegћu jaћseb li jista’ jeћodha ma’ Alla. Ikun jaqbillu l-bniedem li jilqa’ d-daћka ta’ Alla u dak li jkun hemm warajha, il-kelma setgћana tiegћu u jibqa’ jgћix.
Gћax il-Mulej qiegћed wara l-Messija tiegћu u gћalhekk hemm ukoll il-korla, il-qilla tiegћu li tkexkex – hi l-kelma setgћana tiegћu li hi gћajn ta’ biża’ gћax tagћmel ġudizzju minn gћemil il-bniedem. Fl-gћanja ta’ Mosи
f’Esodu 15, 14-15 naqraw:“Semgћu l-ġnus u triegћdu:
uġigћ qabadhom il-Filistin, tћawwdu l-kbarat ta’ Edom,
qabdithom rogћda l-qawwijin ta’ Mowab,
dabu bil-biża’ n-nies kollha ta’ Kangћ
an."Id-dikj
arazzjoni solenni ta’ JHWH v 6 “Jien gћamiltu” u ћadd m’gћandu l-ћila jћassar dak li gћamilt. Hi proklamazzjoni definitiva u ћadd mix-xewwiexa ma jazzarda jeћodha miegћu gћax b’kelma waћda jġib fix-xejn l-gћedewwa tas-sultan midluk tiegћu. Il-Vulgata u s-70 jittraduċu bћallikieku l-midluk qed jiddikjara li bis-saћћa tad-dilka ta’ JHWH hu mqiegћed sultan fuq Iżrael. Imma mћabba li v 5 jgћid li, JHWH ‘kellimhom’ , din il-verżjoni tidher inqas probabbli.Ir-re lhudi hu mqiegћed , ikkonsagrat minn JHWH li fil-kobor tiegћu jgћatti ċ-ċokon tar-re fil-kundizzjoni tiegћu ta’ bniedem midneb u kultant mill-agћar – bniedem li bl-gћaż
la, d-dilka u l-awtorità li jagћtih JHWH ћadd ma jista’ jeћodha miegћu.Dikjarazzjoni Solenni tal-Mulej (vv 7-9)
Issa s-sultan j
ibda jitkellem u jrid ixandar id-digriet ta’ Alla b’mod li kulћadd ikun jafu. Hu protokol rjali li jagћmel lis-sultan vigarju, logotenent ta’ JHWH. Il-proklama tgћid:"Ibni int, illum nissiltek"
X’ifisser li s-sultan hu Iben ta’ Alla? Adottiv. Imma kif?
Fil-parti l-kbira tal-pajjiżi orjentali s-sultan kien meqjus iben l-allat. Hekk gћadu l-imperatur Ġappuniż. Fost il-lhud fejn JHWH hu traxxendenti (Alla gћoli, ’l fuq mill-ћolqien kollu li gћamel) dejjem hi eskluża kull forma ta’ panteiżmu. Mhemm ebda taћlit bejn Alla u l-bniedem: Alla hu Alla gћoli, ’il fuq mill-maћluq u l-bniedem hu maћluq minn Alla. Antijoku Epifani fil-Ktieb tal-Makkabin li ippoża bћala xi alla, kien miċћud mill-poplu lhudi.It-tieni gћall-poplu lhudi ir-re hu bniedem lajk, anqas mhu qassis, u JHWH jieћdu bћala ibnu u hu stess iwarrbu jekk ma jimxix skond it-Torah. Hekk gћamel ma’ Sawl u Salamun li kienu mogћġuba gћall-ewwel imma mbagћad spiċċaw ћażin. (1 Sl. 3, 5). It-tielet, bis-saћћa tal-patt il-poplu kollu kien l-ewwel imwieled ta’ Alla (Es. 4, 22) ulied Alla tagћna (Dt. 14, 1) poplu konsagrat, (Es. 19, 5-6). Is-sultan hu dak li jieћu fuqu r-rwol li jkun tip gћall-komunitа kollha ta’ kif wieћed ikun iben, v 7 “Illum jien nissiltek” f’att wieћed gћandna t-tnissil u t-twelid jew l-ado
zzjoni (2 Sam 7, 13-14 u S 89)“ U jiena nagћmlu l-iben il-kbir tiegћi,
l-ogћla fost is-slaten kollha ta’ l-art.
Hu jsejjaћli: Int missieri u Alla tiegћi. 27-28.
F’dawn it-testi kollha s-sultan jibqa’ bniedem dgћajjef li jista’ jiż
balja bil-libertaà sћiћa: dak li jgћodd hu li d-dinjitа rjali tiegћu ġejja minn Alla li jieћu r-responsabbiltа tagћha u s-sultan f’ismu jћaddem funzjoni ġuridika u awtoritа.‘Illum’ tad-digriet fit-tifsira kristjana hu jum bla tmiem, illum ta’ l-inkurunazzjoni tas-sultan, ill
um tat-tnissil u twelid tas-sultan davidiku u t-tixrid tal-kariżma maż-żejt tad-dilka li tagћmlu iben adottiv ta’ JHWH, u fis-sens kristoloġiku- eskatoloġiku hu Ġesù fit-tnissil-twelid, fil-magћmudija u fuq-it-Tabor bil-proklamazzjoni tal-Missier, u fil-Qawmien fejn b’mod ċar l-Iskrittura tixhed, "Ibni Int, illum nissiltek." Atti 13, 33; Lh. 1, 5.V 8 hu l-wegћda ta’ saltna universali fuq il-ġnus u s-slaten ta’ vv 1-2, bћal Salamun li talab lil Alla u tah dak li talbu (1 Sl. 3, 5). Il-wirt mhix biss l-art ta’ Kangћan imma d-dinja. Lumen gentium jirreferi darbtejn gћal dan il-vers f’sens kristoloġiku u ekklesjoloġiku-missjunarju, “in-nazzjonijiet kollha ġew mogћtija lil Kristu b’wirt.” (22)
V 9. Ix-xettru mogћti fil-jum tal-intronizzazzjoni hu simbolu tas-setgћa li jkisser kull reżistenza u rewwixta. Il-‘ġarar imfarrka’ li fuqhom kien jinkiteb isem u jiġu mfarrka huma dawn is-saltniet ribelli. Ix-xettru (virga) tal-ћadid kien strument ta’ sultan u ta’ gwerra li bih iġib fix-xejn ix-xewwiexa bћallikieku kienu ġarar tal-fuћћar fejn simbolikament isimhom kien jinkiteb; kien rit ta’ desagrazzjoni. Isaija 11, 4: “Isawwat lill-ћżiena bix-xettru ta’ fommu” , jew il-kelma hi xettru, virga tal-ћadid.
Iwiegћed ir-rebћa lir-re teokratiku u l-ġnus isiru wirtu, Il-Ktieb ta’ l-Apokalissi tlett darbiet jirreferi gћall-korla ta’ Alla, 2, 27; 12, 5; u “minn fommu ћierġa xabla misnuna, biex joqtol il-ġnus, u jmexxihom b’xettru tal-ћadid. Huwa jisћaq l-inbid ibaqbaq fil-magћsra tal-korla ta’ Alla” 19, 15. Mqar jekk il-Vanġ
elu jixtieq li jwassal lill-bnedmin kollha gћall-imћabba u l-qima lejn Alla fl-ispirtu u l-Veritа, niftakru li dan hu kliem skond protokol rjali li ġieb ’il quddiem il-ћsieb ta’ Jum il-Mulej kbir u tal-biża’, meta JHWH jagћmel ћaqq mir-realtа umana u storika u ћadd ma jeћlisha.S’issa kellna t-tlett protagonisti: l-gћedewwa, JHWH, u s-sultan kariż
matiku. Issa s-salmista jitkellem b’ton ta’ ultimatum u jistieden ix-xewwiexa biex jaqdu ‘l Mulej.Joqgћodu gћal JHWH
Hawn issa kulћadd jgћib, sultan messija u ribelli, jibqa’ biss JHWH li gћażlu, dilku u qegћdu fuq it-tron f’Ġerusalemm. Is-sultan jieћu s-setgћa minn gћand Alla, is-sultan waћdieni ta’ l-istorja, hu li jqiegћed fuq it-tron u jniż
żel. Hekk gћandna diskors bejn storja u eskatoloġija, bejn iż-żmien ta’ issa u l-etern. Li jagћti lok gћall-interpretazzjoni nisranija.V 10 jiftaћ b’mod li l-Bibbja tinqeda’ bih meta se ssir bidla, ‘u issa’, ‘u gћalhekk’ (w’atta’) stedina biex wieћed jifhem il-pjan ta’ Alla li jitwettaq fl-istorja bl-gћażla li jagћmel tas-sultan. “Ifhmu sewwa” jew idћlu fil-fond tar-realtа. Is-setgћa u l-ġustizzja ta’ Alla quddiem ir-rewwixta li sfat fix-xejn huma biż
żejjed biex wieћed jifhem il-gћala s-slaten xewwiexa gћandhom joqgћodu gћalih u jaqduh. ‘Jaqduh’ hu verb ieћor li juri att ta’ qima dovut lil Alla. Mhix barra l-ћsieb tas-salm ir-riferenza li, jaqblilhom jagћtu qima minn jeddhom milli bћala ribelli mirbuћa u lsiera . Salm 102:
“Meta l-popli flimkien jinġemgћu,
U saltniet biex jaqdu lill-Mulej." 23.
Qima reliġjuża msieћ
ba ma’ biża’ biex turi l-esperjenza reliġjuża ta’ biża’ quddiem Alla traxxendenti, setgћan u qawwi, u Alla mћabba, li hu qrib.“Riġlejh busu” v 11, Is-sudditi jersqu jbusulu riġlejh lis-sultan bilqegћda fuq it-tron. Imma hawn, l-gћedewwa mirbuћa u imċekkna
jinżlu jbusulu riġlejh : Isaija 49, 23,“Imilu b’wiċċhom fl-art quddiemek, u t-trab ta’ riġlejk jilagћqu”.
“Tixgћel il-qilla ta’ Alla” v 12 hi metafora bibblika li tfisser, jaqblilhom l-gћedewwa tal-Mulej jwarrbu l-bluha ta’ ћsibijiethom qabel ma jasal j
um il-kontijiet (il-vendetta). Jekk biss jinżlu gћarkobbtejhom quddiemu u joqgћodu gћalih, gћax jagћarfu l-pjan ta’ salvazzjoni ta’ Alla, jistgћu jeћilsu minn tant tbatija gћax il-ġustizzja tiegћu kontra l-ћżiena (Rum 1, 18).L-Ermenewtika Kristjana ta’ Salm 2
L-ewwel paralelliżmu ta’ S 2 insibuh fil-Ktieb ta’ l-Immanu-El ta’ Isaija. Damasku u Samarija, Aram u Efrajm qamu kontra Ġuda, is-sultan davidiku, fil-gwerra Siro-Efrajmitika (734 Q.K.) u lil-lhud beżgћ
ana tingћata kelma ta’ faraġ bћalma f’S 2 is-sultan iserraћ ras il-komunitа billi jxandar id-digriet ta’ JHWH (Is. 7, 1-9). Dawn ‘il-ћatbiet idaћћnu’ v 4 huma bћal dawk is-slaten li JHWH ‘jidћak bihom’. S 2, 11. Iż-żewġ testi jaqblu dwar it-trijonf ta’ Ġerusalemm u s-sultan gћax il-wegћda ta’ Alla hi, li s-saltna ta’ David tibqa’ gћal dejjem. Mela l-Immanu-El hu diġа preżenti fl-istorja.Il-glorja u s-setgћa ta’ JHWH ma jistgћu qatt jidhru fi bniedem midneb u dgћajjef: se jidhru fil-Messija per eċċellenza li jissejjaћ ukoll ‘il-messija tiegћu’, ‘il-messija tiegћi’. Dan il-midluk se jġib saltna ta’ salvazzjoni u rebћa sћiћa fuq l-gћedewwa bit-tbatijiet tiegћu (S 22). Dan it-titlu jingћata lill-iben ta’ David jew Ġesщ
qabel l-eżilju. Wara l-eżilju jingћata lill-qassis il-kbir, lil Iżrael kollu (Ħab. 3, 14) u lil Ċiru sultan pagan (Is. 45, 1). Danjel, f’9, 25, jidher li jirreferi mill-ġdid gћall-messija mwiegћed kellu jkun il-Ġudajiżmu li jifhmu u jfissru f’sens eskatoloġiku.
Bil-Kristjaneżmu gћ
andna interpretazzjoni kristoloġika sћiћa u uffiċjali tas-salm 2 fit-talba tal-Lhud-Insara f’Atti 4, 25-26 u hu Ġesù li wettaq is-S 2 meta "f’din il-belt Erodi u Ponzju Pilatu ngћaqdu flimkien mal-pagani u nies ta’ Iżrael kontra l-qaddej qaddis tiegћek Ġesù, li int ikkonsagrajt…." U l-persekuzzjoni kontra Pietru u sћabu hi wkoll twettiq ta’ l-istess kelma. Dan hu midrax nisrani, jew S 2 moqri fid-dawl tal-ġrajjiet.Pawlu, fis-sinagoga ta’ Pisidja Atti 13, 30-33 jagћti interpretazzjoni Kristoloġika-paskwali “Imma Alla qajjmu mill-imwiet” kif hemm miktub fi
t-tieni salm, ‘Ibni int, jien illum nissiltek’". U Rum. 1, 3-4 "dwar Ibnu Ġesù Kristu Sidna li, skond it-tnissil tal-ġisem, twieled min-nisel ta’ David u skond l-Ispirtu s-Santu ġie rivelat bћala l-Iben ta’ Alla b’kull qawwa permezz tal-qawmien mill-imwiet.".L-ittra lil-Lhud, 1,5, tikkwota v 7 ma’ 2 Sam 7, 14 biex turi li dak li tћabbar fl-A.T. twettaq fil-Misteru ta’ l-Gћid ta’ Ġesщ Kristu, permezz tal-mewt fuq is-salib, li qam u tela’ s-sema fejn qagћad in-naћa tal-lemin tal-Missier, u gћahekk ukoll h
u aqwa tant mill-anġli daqskemm ikbar hi l-glorja li messitu.Apk. 2, 26-27 jgћid li Kristu Rxoxt gћandu kull setgћa biex jirbaћ il-ћażen kollu; il-kewkba hi riferenza gћal Num. 24, 17 u ‘l-Iben imwieled minn mara’ 12, 5 ‘se jmexxi l-ġnus b’xettru tal-ћadid’, waqt li 19, 15, “minn fommu ћierġa xabla misnuna, biex jolqot il-ġnus u jmexxihom b’xettru tal-ћadid’ hi l-kelma ta’ Kristu mћabbra f’S 2, 9.
F’dan id-dawl nistgћu infissru testi oћra bћal Mt. 28, 18, Ġw. 17, 1-2; 1 Kor. 15, 27-28.
Lhud 5, 5 “Gћax hekk ukoll Kristu ma tax lilu nnifsu l-ġieћ li jkun il-qassis il-kbir, imma dan tahulu Alla li qallu: “Ibni int ; illum jien nissiltek” u… “Int qassis gћal dejjem skond l-ordni ta’ Melkisedek”. Ġesщ hu tassew bin Alla, mhux xi isem misruq imma gћax tassew hu u minn dejjem hu. Il-Konċilju ta’ Niċea iddefinixxa dan (ousia-hypostasis) fuq dawn it-testi: Hu tassew Iben Alla. Jitlaq mill-qawmien lura meta fil-Magћmudija u fit-Trasfigurazzjoni deher ftit imma mhux gћal kollox, kien tassew moћbi fl-umiljazzjoni
tal-passjoni u fuq is-salib, u mit-twelid sa tul il-ћajja pubblika . U minn hawn wieћed imur lejn il-ġenerazzjoni eterna tiegћu bћala iben li fl-Inkarnazzjoni gћaqqad in-natura umana ma’ dik divina. Hekk il-mixja lura twassal fl-eternitа. (Ontoloġija)Hawnh
ekk G.F.Ravasi jikkwota noti gћall-istudenti ta’ l-Agostinjan malti Patri Prospero Grech bl-istudju tiegћu dwar l-ermenewtika ta’ l-Antik fil-Ġdid Testment.B’hekk l-istorja kollha tikseb sens ġdid fid-dawl ta’ l-eskatoloġija kristjana: kemm-il darba s-sl
aten tad-dinastija ta’ David kienu fl-gћawġ, imma l-mixja tkompli, mhix xi mixja fl-gћama imma lejn gћan kbir u aћћari skond pjan imfassal minn Alla li hu fuq kulћadd, sakemm jasal f’persuna, f’saltna, f’Ġesщ Kristu li hu "Bin Abram, bin David" (Mt. 1, 1). Dan il-pjan jippruvaw ifixkluh il-bnedmin, bid-dnub u b’kull mezz, imma f’dan l-aћћar żmien “il-misteru moћbi sa miż-żminijiet, issa ġie mgћarraf lil-qaddisin" (Kol 1, 26). Hu l-misteru kbir ta’ Ġesù Kristu mill-eternità, fiż-żmien u sa l-eternitŕ.
Dun Ġorġ Mangion, illum 11 ta’ Ottubru 2007
Mill-Kitbiet ta’ Dun Ġorġ – Nisġa