Salm 4
Talba ta’ filgћaxija:
Fil-kwiet immur nistrieћ
Dan is-salm nistgћu nqisuh kwadru ieћor li jsieћeb Salm 3 u miegћu jagћmel dittiku. Hu salm ta’ fiduċja f’Alla fil-kwadru ta’ lejl kwiet fil-paċi gћad-dell ta’ wiċċ Alla v 5. Hu talba ta’ filgћaxija mimlija tama ta’ min esperjenza l-imћabba ta’ Alla, u dak li gћadda minnu jaqsam il-kesћa u d-dlam tal-lejl. F’salt wieћed jindibel f’talba kontra ‘wlied il-bnedmin’ v 3, jew is-setgћana li jitkabbru b’qawwithom. L-inkwiet li jaqsam is-salm minn tarf gћ
all-ieћor hu simbolu tad-dlam tal-lejl bil-gћan li l-ferћ tal-fiduċja joћroġ aktar qawwi.Jingћad hawnhekk li hu ta’ David bћal dak qablu, biss wara r-rewwixta ta’ Absalom. Hu diffiċli tippruvah mill-ћjiel ta’ stil u grammatka; xi studjuż
i josservaw tifkiriet minn Ġeremija (5, 13; 14, 13; 20, 18) jew mid-Dewteronomju,(23, 19, 28), oћrajn iqegћduh wara l-eżilju waqt li oћrjan jaћsbu li hu ta’ Malakija.Hu xhieda ta’ kuxjenza safja fejn il-kliem jinbidel f’innu ta’ ferћ interjuri waqt li fuq il-velu tal-le
jl jiddi ‘wiċċ Alla’. V 7, il-preżenza ta’ Alla. Hu esperjenza ta’ bniedem wieћed, li ssir ta’ dawk kollha li jafdaw f’ Alla. Is-sagrifiċċji ta’ v 6 jġegћluk taћseb li min kitbu hu xi saċerdot jew levita u hu gћalhekk ukoll li gћandna temi ta’ ġustizzja: isem proprju ta’ Alla, ġust. Jidher ukoll il-‘hasid’, it-tajjeb’, li jista’ jkun il-kittieb. V 4 li b’ton personali kif ukoll korali jgћaqqad flimkien ћsibijiet u sentimenti ma’ poeżija ћelwa li fis-sempliċitа tagћha tiswa’ biex tqanqal u tkaxkar lil min jitlob bih.Kif jinqasam.
A. Ftuћ fi stil ta’ lamentazzjoni b’xi kelma ta’ tagћlim, v 2.
B. Żewġ kwartini, vv 3-7, sejћ
a lil dawk li ma jemmnux u proposta ta’ paċi vera.C. Gћeluq sabiћ li jiġbor fih is-salm kollu, vv 8-9.
Din il-poeżija fi stil klass
iku u b’ritmu miftuћ u komdu, tinqeda wkoll b’xi simboli. Fil-bidu nsibu l-kelma ‘mdejjaq’ v 2, terminu ġej mill-ћajja nomada, li jista’ jkollha tifsira figurattiva, dieqa minћabba xi periklu mdendel. In-nomadu mdorri fil-beraћ tal-wesgћat bla truf, iћossu marsus u ssikkat bejn il-ћitan tal-belt u jixtieq il-libertа tal-ftuћ tal-beraћ. Meta Iżakk kien qed ifittex bjar u art gћal niesu, wasal f’post fejn ћaffer bir ieћor u ma ġġildux gћalih u semmieh Rehobot (minn rhb) wisa’ gћax qal: “Issa l-Mulej wessgћalna u issa noktru fl-art.” (Gen. 26, 22). In-nomadu quddiem il-ftuћ beraћ li hemm quddiemu jћossu ixxurtjat u ferћan ћafna.Simboliżmu ieћ
or hu dak tal-kuntrast; quddiem il-glorja (kabod) ta’ Alla dehra divina vera, u qawwija, l-bnedmin ifittxu l-gidba u l-frugћa. Hu simboliżmu ta’ kuntrast bejn Alla u l-idolu, bejn l-esseri u n-nuqqas ta’ l-esseri, hu bћaċ-ċpar li jgћib ma’ tlugћ ix-xemx. Fl-istess linja huma l-verbi tal-lejl, bћal torqod, timtedd li jhejju biex jidher id-dawl ta’ wiċċ il-Mulej. Id-dawl hu ћajja, il-lejl hu mewt, id-dawl hu simbolu teoloġiku tat-traxxendenza, xi ћaġa barra minna u ġo fina, bћal Alla li hu bogћod u qrib.Simbolu ieћor jittieћed mill-ћajja tar-raba, v 7b, qamћ u nbid bil-kotra, frott bnin u kotran simbolu ta’ ћajja ta’ ġid, fl-abbundanza. Huma wkoll ikel u xorb li meta jittieћdu bil-kotra jnisslu l-ferћ. “Huma ferћu quddiemek, bћalma jifirћu fi żmien il-ћsad”. (Is. 9, 2).L-inbid bil-kotra fi żmien il-ћsad juri l-ferћ tal-festa tal-ġbir u l-gћasir li l-Lhud biddlu f’festa tifkira tal-ћajja fid-deż
ert, il-festa ta’ Sukkot (tined) f’Settembru-Ottubru.“Gћabu l-ferћ u l-hena mill-ġonna,
fl-oqsma tad-dwieli m’hemmx aktar gћana,
u iżjed ma jgћ
ajjtux bil-ferћ.Fl-imgћasar ma jagћsarx l-gћassar l-inbid;
l-gћajta siktet ta’ l-gћasir.
" (Is. 16,10)Eseġeżi.
Ftuћ : Lamentazzjoni.
Is-salm hu stedina biex wieћed jintelaq f’ Alla u xhieda ta’ gratitudni gћal imћabbtu.
L-ewwel jidћol min qed jitlob, jiena, bil-verbi “weġibni”, “isma’” u “ћenn” huma fl-imperattiv waqt li fis-LXX u l-Vulgata huma fil-passat, weġibtni, smajtni ћennejt. It-ton imqanqal ta’ talba jissopponi li Alla se jidћol gћalih biex isalvah, hu imperattiv, idea ta’ ċertezza li diġа nstema’. Mbagћad jidћol Alla bћal kull talba li hi fi djalogu u f’liturġija. Il-ġustizzja (sedeq) ta’ Alla hi salvazzjoni, ћelsien imsieћeb ma’ tama. Alla jidћol biex jitћallas mill-ћżiena u jeћles lill-fidil tiegћu u b’hekk juri l-innoċenza ta’ min resaq lejh biex jagћmillu ћaqq. Alla jeћilsu gћall-imћabba ta’ Ismu.
Il-Mulej jeћilsu u ‘joћor
ġu fil-wisa’ lil dak li kien fid-djieqa. Hi l-qalba tas-salm.Żewġ strofi ta’ tћ
eġġiġa.Żewġ strofi ta’ eżortazzjoni biex wieћ
ed jagћżel lil Alla, jintelaq f’idejh u jћallih jaћdem dak li jrid f’ћajtu waqt li jżomm sћiћ f’imћabbtu. Jindirizza ‘ulied il-bniedem’ jew ‘bnedmin’ (Trad. Gћaqda Biblika) flok is-soltu “ulied Adam’. Jista’ jkun li qed jindirizza lil dawk fil-poter, jew maġistrati. Hu x’inhu lil ћafna, dawk kollha li jieqfu lill-pjan ta’ Alla fl-istorja (Is. 5, 8 +); jifhem iżid id-doża tar-rettorika biex imaqdarhom.Gћandna gћaż
la bejn żewġ verżjonijiet li jiddeskrivu l-imġiba ta’ dawn il-bnedmin:a. tibqgћu fil-ћaż
en u tmaqdru l-glorja ta’ Alla.b. twebbsu qalbkom, gћaliex?
Ravasi jippreferi l-ewwel waћda. Il-ћażin iwaddab taћt saqajh u jiċћ
ad dak li hu żgur u sod, il-glorja ta’ Alla biex idur lejn id-dubju u l-gideb. It-triq ta’ Alla hi dawl. glorja, ċertezza u l-fidil ta’ Alla hu mdawwal u gћandu fuqu l-glorja ta’ Alla, waqt li jimxu fiż-żgur. Il-ћażin iserraћ fuq qasab imġelġel waqt li jdawwar spallejh gћall-glorja ta’ Alla u jwebbes qalbu.Vv 4-6 Żewġ ritratti tal-ġust (hasid) u l-ћażin li jidћ
lu f’xulxin. Tal-ћażin, ulied il-bnedmin, jew bnedmin fil-kas tagћna, gћandna tlett definizzjonijiet:a. Il-ћażin iwaddab taћt saqajh dak li hu
żgur u sod – il-glorja ta’ Alla – biex jemmen il-gidba u jibni fuq ir-ramel tad-dubju.b. Iћobb ix-xejn u l-ћwejjeġ fiergћa – hu vokabularju kontra l-idolatrija , simboli tal-vojt, nuqqsa tal-kewn (esseri). Il-verb tћobb bћal f’Ġer. 8, 2 hu l-qima ta’ l-idoli jew S. 106, 20, “Bidlu lil Alla, il-glorja tagћhom, ma’ xbieha ta’ gendus jiekol il-ћaxix.”
c. Xi ћadd li jfittex il-gideb, l-illuż
joni. Flok il-verità tal-Kelma ta’ Alla, jqiegћed il-gidba.Is-seba’ verbi fl-imperattiv ta’ l-istrofa (v 4-6) jkompl
u biex f’v 4 gћandna deskrizzjoni tal-ġust (ћasid) li Alla jaћdem f’qalbu permezz tal-grazzja u gћalhekk hu fidil u ġust. Hasid tingћad gћal Alla u gћall-bniedem ta’ Alla u tfisser ġabra ta’ sentimenti u relazzjonijiet li gћandhom x’jaqsmu mar-rieda, l-imћabba, il-passjoni, l-gћarfien u l-ћidma: gћalhekk ‘ћniena u fedeltа’. Il-ћasid , saddiq jew ebed (qaddej) qed jistieden lill-ћżiena biex jisimgћu u jifhmu, jkunu jafu li Alla hu fidil u wera ћniena miegћu billi wettaq gћeġubijiet ta’ salvazzjoni fl-istorja tal-poplu u tiegћu, il-ћelsien mill-Eġittu u l-ftuћ tal-baћar. Il-Mulej hu ћaj u jaћdem fl-istorja mhux bћall-idoli li,“gћandhom il-fomm u ma jitkellmux,
gћandhom l-gћajnejn u ma jarawx,
gћandhom il-widnejn u ma jismgћux”. S 115, 6.
Wieћed ma j
eskludix li fil-frażi, ‘jismagћni meta nsejjaћlu’ hemm riferenza gћal Elija fuq l-gћolja tal-Karmel ta’ 1 Slaten, 18 .Wara dan ir-ritratt tal-ġust u l-ћażin, ngћaddu gћal-strofa vv 5-6 li fit-test ebrajk jaqra hekk: “Tregћdu u tidinbux, tkellmu f’qalbk
om fuq soddtkom u ikkalmaw. Offru sagrifiċċji qaddisa u ittamaw f’JHWH "Tregћdu…tidinbux” v. 5. Tregћdu kontra l-ћaż
in imma tidinbux u hekk fid-dalma tal-lejl eżaminaw il-kuxjenza tagћkom u kunu kalmi; hu appell gћar-riflessjoni u l-konverżjoni, bћal dak ta’ Isaija lis-sultan Aћaż (Is. 7, 4), u li spiss insibu fis-Salmi. Tregћdu biddlet is-sens tal-vers u tagћti xejra moralistika kif insibu f’Ef. 4, 6. “Tinkurlaw? Imma tidinbux”. “Ikkalmaw” (dmm) jfisser ukoll ‘ibdlu l-imġieba tagћkom, u hekk gћandna stedina gћall-konverżjoni. Il-ћżiena imisshom jisktu imbeżżgћa quddiem il-ġustizzja ta’ Alla u mhux imaqdru, biex jiksbu l-konverżjoni tal-qalb.Mela hi stedina gћall-konverżjoni u tiġdid ta’ ћajja. Hekk v 6 idaћћal ż
ewġ atteġġamenti – Qima jew kult u fidi. ‘Offru sagrifiċċji’ tista’ tkun inserzjoni levitika li turi l-mod kif wieћed jerġa’ lura lejn Alla, “Alla tal-ġustizzja tiegћi “v 2 li msieћba mat-tieni, fidi, tafda u temmen u hekk isir sagrifiċċju ta’ tifћir, att ta’ fidi, gћażla fundamentali tal-bniedem.V 7 hu vers mimli dawl – dawk li huma mxebbgћin b’ћajjithom ћaż
ina fil-miżerja jduru u jfittxu soluzzjoni: “Min se jurina r-riżq (tob)?” Tob, li hi kelma b’semantika wiesgћa, tfisser il-milja tas-salvazzjoni li hi f’Alla, kif tkompli turi x-xewqa tad-dawl ta’ wiċċ Alla, ir-rivelazzjoni ta’ Alla. Alla jixћet id-dawl ta’ wiċċu fuq il-ġust, il-ћasid. Gћall-mistoqsija mhemmx tweġiba ta’ kelma imma d-dawl innifsu, Alla nnifsu. ( Is 9, 1-2).L-Gћeluq. Vv 8-9.
"Int nissilt l-hena f’qalbi", Hi nota awtobjo
grafika ta’ bniedem kuntent u ta’ ћajja kwieta, mitluq f’idejn Alla. Il-lejl daћal imma qalbu mimlija tama u ferћ –“Imma żammejt ruћ
i fis-skiet u l-mistrieћ,bћal tarbija f’ћoġor ommha” (131, 2).
Hena (simhah) u sliem (xalom) bћal S. 16, 11, “hemm il-milja tal-ferћ quddiemek, hemm gћaxqa gћal dejjem f’lemintek”.
Jagћlaq b’notturn, rqad fis-sliem li f’sens mistiku tfisser estasi, dehra ta’ Alla – id-dinja tad-divin, tal-misteru. Hi bћar-raqda li Alla tafa’ fuq Adam –bniedem qabel sawwar ’l Eva mill-kustilja tiegћu, raqda ta’ komunjoni ta’ mћabba umana. (Gen. 2, 21-23). L-istess dik ta’ Abram meta Alla gћamel il-patt (berit) ma’ nż
ul ix-xemx u Abram kien f’raqda profonda, (Gen 15, 12-21), raqda fis-sens teoloġiku.L-aћћar vers 9 jiġbor fih f’termini teoloġiċi l-ћsieb tas-salm kollu; il-fiduċja f’Alla li biha jћossu sod, b’fidi li b’xejn ma tintrebaћ fil-Mulej blata u ankra li tagћti serћan f’baћar imqalleb. Din kienet talba ta’ filgћaxija tas-Sinagoga: “Hu rigal tar-rieda tiegћek, Mulej li jiena
nista’ nistrieћ fis-sliem u nqum bl-istess mod. Agћmel li n-ngћas tiegћi ma jkunx mfixkel minn ћolm li jbeżża’ u dehriet impuri. Agћmel li l-mistrieћ tiegћi jkun ta’ wieћed innoċenti, u darba jgћaddi ћin in-ngћas, agћti d-dawl lil gћajnejja u tћallinix norqod ir-raqda tal-mewt, gћaliex hu int li tagћti d-dawl lil gћajnejja. Imbierek int, O Etern, li ddawwal id-dinja bil-glorja tiegћek”.L-irqad hu wkoll simbolu tal-mewt, tal-mistrieћ ta’ dejjem , sinjal bibliku ta’ biża’ u ћelsien. (Ġb.3, 13. 17-18) u fl-Apokalissi: “Ikteb: hienja minn issa l-mejtin li jmutu fil-Mulej. Iva, jgћid l-Ispirtu, huma jistrieћu mit-taћbit kollu tagћhom, gћax l-gћemejjel tagћhom imorru magћhom” Ap.14, 13. U hekk din il-poeż
ija ċkejkna tiġi fi tmiemha b’messaġ ta’ telqa u tama f’ Alla.Nota:
Dun Ġorġ Mangion, illum 7 ta’ Novembru 2007
Mill-Kitbiet ta’ Dun Ġorġ – Nisġa