Salm 5
Talba oћra ta’ filgћodu:
Mexxini bis-sewwa tiegћek
Tolqtok is-sejћa li ssir lil Alla bi kliem hekk qawwi, b’ћerqa hekk kbira tant li tidher eż
aġerata u nieqsa mis-sens reliġjuż. Dan gћaliex aћna sirna naћsbu li bniedem reliġjuż li jkollu dawn is-sentimenti, u wisq aktar jesprimihom, mhux reliġjuż u jispiċċa anzi biex jordomhom f’qiegћ qalbu li ma jmurx jiskandalizza jew jagћti impressjoni ћażina jekk joћorġu minn fommu waqt it-talb. L-istess studjuż G. Ebeling fil-ktieb tiegћu “Fuq is-salmi” jgћid li, li kieku kellna naћbu mikrofonu ġo kmamar jew fejn trid int f’pajjiżi hekk mbegћda bћall-Vjetnam u New York, Moska u Brażil, Berlin u Kongo, minn kullimkien kont tisma’ l-istess tnehid u gћajat, tbissim u ferћ, ilmenti u tgergir, saћtiet u akkużi, gћax dawn huma sewwasew espressjoni ta’ dak li hemm fil-fond ta’ l-esseri ta’ kull bniedem, ta’ kull żmien, ta’ kull etŕ u ta’ kull kundizzjoni. G. Ebeling. ‘Sui Salmi’, p. 47-48.B’hekk nifhmu kemm hi gћolja t-talba bis-salmi, kemm hi profonda u qawwija gћax toћroġ minn bniedem dgћajjef u midneb, li jћoss li l-fejqan waћdieni tiegћu hu biss f’Alla li quddiemu xejn m’hu moћbi. U gћalhekk m’hemmx bż
onn li nilbsu maskri.Gћandna hawn karba qawwija imma kontrollata. Tassew kif jgћid Kierkegaard, psikologu katto
liku Svediż, “l-ewwel ћjiel ta’ ћajja hija l-gћajta, il-bikja”. Il-bniedem bibliku meta jitlob isejjaћ l-gћajnuna ta’ Alla kontra l-ћżiena, l-inġusti u l-vjolenti kif ukoll meta lil Alla ma jћossu u jarah imkien. U dan is-salm hu sejћa lil Alla li hu mutu u trux biex juri ruћu lil wieћed li ‘jemmen u hu bla Alla’.Is-salmista jitkellem ma’ JHWH, ‘sultan tiegћi u Alla tiegћi’ v 3, li qiegћed ġewwa darek (bajit) u ‘fis-santwarju mqaddes’ (hekal-qodseka) qisu fuq tron bћal sultan universali: fil-fond hemm l-idea ta’ l-arka. Hi l-liturġija tat-talb ta’ filgћodu u s-salmista gћandu dritt jidћol gћax hu ġust, ma jitkellimx bil-gideb, mhux qattiel u anqas qarrieq vv 5-7, kif ukoll gћaliex Alla, fit-tjieba tiegћu jippermettilu li jidћol f’komunjoni miegћu. v 8
. Is-santwarju mqaddes jissemma’ darbtejn u tissemma ‘t-triq imwittija’ li twassal fil-presenza ta’ Alla, x-Xekina’ divina, li l-ġust igawdi.F’din il-klima ta’ qima, is-salm mhux maqtugћ mill-ћajja soċjali u mill-qies eż
istenzjali ta’ min qed jitlob. Fidi u ћajja joffru l-okkażjoni biex titћabbar il-kerygma profetika, “tjieba rrid mhux sagrifiċċju”, (ara 1 Sam. 15, 22; Is. 1, Ġer. 6, 20). Sewwasew mћabba din il-liturġija tat-tempju, il-bażi sapjenzjali u r-rabta bejn ћajja u kult, wieћed jista’ jgћid li s-salm inkiteb qabel l-eżilju. Hemm xi allużjonijiet u kliem li jfakkru fiż-żmien ta’ wara l-eżilju.Jekk nidћlu fis-simboliżmu ta’ din it-talba ta’ filgћodu, naraw li hi talba biex wieћed ikun jiflaћ iżomm sћiћ quddiem il-problemi tal-ћajja u proposta ta’ ћajja ta’ mġieba morali u reliġjuża. It-ton ta’ filgћodu jagћti tama mimlija realiżmu ta’ dak li toffri l-ћajja. Meta filgћodu jingћata bidu gћal jum ġdid kull fidil hu mistieden isawwab f’dan il-ġest komunitarju l-lejl ta’ talb u sahra, il-lejl tat-tbatija u tal-ћażen wara dahru: u ma jonqosx li “l-Mulej jixћet d-dawl ta’ wiċċu” S 4, 7 gћax,
“filgћaxija jidћol il-biki,
filgћodu jidwi gћajat ta’ ferћ”. S 30, 6.
Kif jinqasam is-salm
Dћul – Sejћa lil Alla kemxejn tas-soltu. Vv 2-4.
Alla - Int li tisma’
t-tnehid tal-ġust. Min jitlob, ma jћobbx il-ћażen….vv 5-7.Jiena - Min qed jitlob hu hesed (fidil) u sedeq (ġust). V 8-9.
Huma – il-ћżiena, ritratt morali tagћhom u misћuta bl-ikrah. Vv 10 -11.
Gћeluq liturġiku – il-ġust hu mbierek. Vv.12-13.
Eseġeżi
Wara daћla li tintroduċi ż
-żewġ protagonisti, v 2, Alla u min qed jitlob, dan jitlob li jkun mismugћ u jfisser bi tnehid il-qalb tiegћu. v 3. Hi fil-linja klassika ta’ din ix-xorta ta’ talb ta’ bniedem li mill-qiegћ ta’ l-esseri tiegћu ta’ bniedem li hu u midneb, jgћolli lejn Alla sultan. Hi talba ta’ min ‘jimmedita t-Torah’, S 119, biex jiġbed l-attenzjoni tas-sultan. It-talba personali u ekklesjali jew tas-Sinagoga, hi talba li ssir bil-partijiet kollha tal-ġisem u tar-ruћ - psiko-fiżiku, mhux bil-kliem jew l-gћajat biss.Alla min-naћa tiegћu ‘jagћti widen’, ‘jisma’ ’. Alla hu ‘malki’ sultan tiegћi; il-lhudi jaf li dan Alla li ћadd ma jista’ jersaq lejh u jiћqu, Alla traxxendentali, jgћammar fuq l-Gћolja ta’ Sijon fejn juri ruћu, fejn hu proklamat “Jah
weh sultan". B’hekk tikber it-tama u l-fiduċja f’Jahweh.Wara dan jieqaf. L-gћodwa hi l-waqt meta JHWH jisma’ t-talb li jsirlu, jgћid it-Talmud, it-talb tal-ġust. U ma’ l-gћodwa nixxiegћa ta’ kliem joћroġ minn fommu, jagћmel it-talba tiegћu u jistenna.
Ġob juża l-istess verb (‘rk) inressaq, gћat-talb tiegћu ta’ protesta li spiss kien jagћmel lill-imћallef l-gћoli. (Ġb.13, 18; 23, 4; 32, 14). Jiskot u jistenna t-tweġiba li soltu kienet tingћata fl-oraklu tal-qassis; “Gћeli wieġeb (lil Anna): Mur bis-sliem, Alla sama’ t-talba tiegћek, u jagћtik kull ma tlabtu”. (1Sam. 1, 17). U Ħabakuk: “Iżda l-Mulej fit-tempju mqaddes tiegћu:Iskot quddiemu, art, kollok kermm int." 2,20.
Waqt li jiskot, qed jistenna ћerqan u kważi jgћarrex gћal sinjal, hu kollu tensjoni gћax l-gћodwa tista’ tkun bidu mhux biss ta’ jum ġdid, imma ta’ storja ġdida.
Int, Alla. (vv 5-7)
Lill-Mulej isejjaћlu ‘sultan tiegћi u Alla tiegћi’ gћax hu sid il-ћajja mhux Alla maqtugћ u ’l bogћod, u miegћu jiddjaloga. Jagћtih katina ta’ titli li turi lil dan Alla f’sens teoloġiku bћal f’salm 15. Hu Alla li jilqa’ gћandu lil min ma jagћmilx il-ћażen, lil min mhux kburi u ma jitkellimx bil-gideb; fl-istess waqt qed jiddeskrivi l-persunaġġ ta’ l-aћћar strofa. Alla tal-patt ma jћallix jidћol f’daru l-ћażin, min mhux ġust – il-ћażen tal-Kangћanin jikkuntrasta mal-qdusija ta’ JHWH li quddiemu ћadd mhu daqshekk qaddis. Il-boloh (holelim) ma jsibux posthom gћandek u anqas dawk li jagћmlu l-ћaż
en, jew l-idolatri.Int teqred lil dawk kollha li jwarrbu ’l
Alla mill-ћajja jew l-ateji bibliċi, gћax m’hemm ebda ftehim possibbli bejn JHWH, il-qaddis u l-ћżiena li ma jћarsux il-liġijiet morali u reliġjużi li jheddu lis-salmista.Jiena (vv 8-9)
Bwieb it-tempju magћluqa gћall-ћażin, huma miftuћa gћall-ġust. It-triq li minna l-Mulej imexxi t-tajbin tieћu gћat-tempju: “Imqar jekk nimxi f’wied mudlam ma nibżax mill-ћsara gћax inti meigћi” (S 23, 4-5). Il-qima tat-tempju hi mfissra bil-kliem – nidћol, dar, ninxteћet, biż
a’, santwarju, u triq turi li ġew fi proċessjoni.Gћandna wkoll iż
-żewġ kelmiet tal-patt, hesed u sedaqah , ix-xeћta tal-persuna skond it-teoloġija jahwista. Hesed hi tjieba, fedeltà, ћniena, mћabba, ћeġġa – mġieba ta’ min iqim lil Alla tal-patt gћal kif jidћol u jaћdem fl-istorja ta’ wliedu gћas-salvazzjoni: “gћal dejjem it-tjieba tiegћu” hu r-riturnell ta’ S 136, il-kredu storiku ta’ Iżrael. Is-Sedaqah ta’ Alla mhix il-ġustizzja tal-liġi, imma l-imћabba salvifika ta’ Alla li qatt ma jћalli lil uliedu u bћal missier imexxihom fit-triq tas-salvazzjoni: “Salvani Mulej gћat-tjieba tiegћek”. S 6, 5.Imma dak li l-aktar jispikka hi l-grawità tal-fidi u s-salvazzjoni, tiġi minn Alla mhux mill-bniedem. Il-ġust imur fit-tempju gћat-tjieba u l-ġustizzja ta’ Alla li jgћaddih minn qalb l-gћedewwa gћas-sedeqah tiegћu; u dan mhux gћax il-bniedem qed ifittex lil Alla b’att ћieles tar-rieda tiegћu, imma gћax Alla jinteressah mill-bniedem. Ħafna fostna jgћidu, “kun tajjeb ћalli Alla jћobbok!”, waqt li forsi ninsew li Alla jћobb lill-ћżiena wkoll u jwassalhom gћall-konverżjoni. Kollox hu gratis, kollox hu grazzja, kollox minnu jibda, t-tjieba u l-ġustizzja tiegћu huma bla qies, min jifhmu?
Huma, l-Gћedewwa vv 10-11
Meta jitkellem fuq l-gћedewwa li jdawwruh, is-salmista jsemmi l-kelma bћala mezz li gћandhom biex jattakkawh. Erba’ huma l-organi – il-ћalq, il-qalb, il-fomm u l-ilsien, li lkoll huma immarkati mill-ћażen li hemm fil-ġewwieni tal-bniedem. “Dak li joћroġ minn ġol-bniedem , dak hu li jtebba’ lill-bniedem” . (Mk 7, 16).
Fil-Ktieb tal-Proverbji hemm xi ћaġa interessanti ћafna dwar kif il-kelma teqred:
“Sitt ћwejjeġ jobgћod il-Mulej,
sebgћa huma li ma jaћmilhomx:
gћajnejn merfugћa, lsien giddieb,
idejn li jxerrdu demm bla ћtiija,
qalb li trawwem ћsibijiet qarrieqa,
riġlejn li jiġru ћfief gћall-ћaż
fomm li jixhed bil-qerq il-gideb,
u bniedem li jaqla’ l-ġlied bejn l-aћwa. 6, 16 -19.
Il-ћalq hu qabar miftuћ, lest biex joqtol. L-ilsien hu mimli velenu li jġib il-mewt. Il-ћażin jeqred lilu nnifsu bil-kelma ћażina tiegћu, aktar milli jagћmel il-ћsara mixtieqa. (Ara. Gћerf 1, 9; Ġakbu 3).
U hawn is-salmista jintelaq biex jisћet, xi ћaġa li spiss insibu fis-salterju u jeћtieġ nifhmu sew. Gelineau jikkummenta fil-Bibbja ta’ Ġerusalemm:” Is-salmi ta’ vendetta, waqt li huma mnaddfa mil-mibgћeda personali, jibqgћu gћall-Knisja kif ukoll gћan-nisrani, espressjoni ta’ ћtieġa waћdanija, li ssir ġustizzja mill-qawwiet tal-ћażen li jaћkmu d-dinja”. Li wieћed jissieћeb ma’ Alla kontra l-ћażen u l-inġustizzja hi ћaġa tajba, waqt li wieћed jissieћeb mal-ћaż
en, hi sfida, ribelljoni kontra Alla. v 11. Il-ћażin jinqered mill-ћażen tiegћu, u l-ġust jithenna minћabba l-ġustizzja tiegћu, v 12, hi l-ġustizzja li taћdem fid-dinja.Gћeluq liturġiku Vv 12-13
Lit-twajbin iћarishom il-Mulej
,Imma jpattiha sewwa lil min jimxi bil-kburija." S 31, 24.
Dan il-vers jiġbor tajjeb ћafna il-kuntrast ta’ l-aћћar ż
ewġ kwadri tas-salm.It-tema tal-final liturġiku hu l-ferћ tal-ġust li jitfisser bi tlett verbi, jifirћu, jithennew, jitbierku: hu ferћ li jitwieled mill-fiduċja, ‘dawk li jafdaw fik’. v 12. Alla jћarishom ‘bћal tarka’, tixbiha magћrufa fis-salmi. U dan ukoll hu kollu min-naћa ta’ Alla li jaћdem favur il-ġust li jsib ruћu mhedded mill-ћażen tal-ћż
iena. Hawn terġa’ tidher il-gratwità, kollox jibda minn Alla, kollox mogћti b’xejn mill-imћabba ћielsa ta’ Alla.V 13 hu t-teorija tar-retribuzzjoni li tant drabi insibu fl-Antik Testment, kważi domma tal-kitba sapjenzjali ‘ortodossa’. Il-ġust hu mbierek, u dan hu sinjali ta’ l-id ta’ Alla li j
mexxi l-ġrajjiet tad-dinja. Imma hemm dik ‘eterodossa’ li insibuha f’Ġob u Koћelet li jikkontestawh bil-qawwa. Bla dubju, il-ġust (saddiq) li hu fis-sliem u b’kuxjenza kwieta u hu mbierek minn Alla ma jiġih ebda dubju. Imma jekk jiġri li jkollu jћabbat wiċċu mal-misteru tat-tbatija u l-istess eżistenza tiegћu tidhirlu bla sens u assurda, jaћseb xort’oћra. Gћalhekk it-talba ta’ Ġob u min hu bћalu gћaddej mit-tbatija issir differenti, tesprimi t-tbatija u titkellem kliem iebes u iebes ћafna, tant li jasal jisћet jum twelidu.Dun Ġorġ Mangion, illum 7 ta’ Diċembru 2007
Mill-Kitbiet ta’ Dun Ġorġ – Nisġa