Salm 6

I-Talba tal-marid bla tama

Gћal bosta biblisti, hu salm ‘skond Ġeremija’ li ra l-waqa’ ta’ Ġerusalemm, li jixbah lil stqarrija jew oћra tal-profeta, l-aktar Ġer. 10, 24-25. Hu salm li fih jiltaqgћu l-protesta li toћroġ mill-qalb ta’ bosta lejn il-Ħallieq ma’ l-ilment. Coppens ixebbhu ma’ S 41 u jaћseb li kien salm liturġiku gћall-morda sa minn qabel Ġeremija. Mela inkiteb qabel l-eżilju skond xi whud, waqt li l-oћrajn jaћsbu li nkiteb wara l-eżilju.

Mela hemm qbil li hu salm ta’ ilment, talba ta’ wieћed li ssir talba liturġika u komunitarja, ilment individwali li jsir sejћa tal-poplu lil Alla, talba ta’ min qed isofri illum u f’kull żmien, hawn u kullimkien lil Alla li hu sieket u jidher li ma jimpurtahx. U billi l-ġrajjiet tal-bnedmin huma aktar minsuġin minn waqtiet ta’ niket milli ta’ ferћ, sar gћalhekk it-talba tas-sinagoga tal-Lhud Axkenażiti, (lhud ta’ l-Ewropa tan-nofs).

Is-salmista jdur lejn Alla fil-mard fiżiku u jitolbu “Fejjaqni”. Gћadam mfarrak, u ruћ mћawwda huma l-qagћda ta’ tant u tant morda; imma dlonk tidher tbatija oћra, dik tad-dnub. Mela gћandna d-domma tar-retribuzzjoni, il-mard minћabba d-dnub. “Mulej, la ċċanfarnix fil-korla tiegћek, la twiddibnix fis-saћna tiegћek” S 38, 2. Ma jagћmilx bћal Ġob li jgћid li m’gћandux dnub jew bћal S 17, 2-3, “jekk qalbi tiflili…ma ssib ebda qerq fija”. Ma jista’ jsib xejn biex jiddefendi ruћu, u jserraћ biss fuq il-ћniena ta’ Alla. Il-korla ta’ Alla tista’ tibilgћu bћal nar; billi jinxteћet f’dirgћajh u jitolbu jћenn gћalih, jista’ jsalva.

Dimensjoni Letterarja

Kulћadd jaqbel li hu salm ta’ supplika. X’fih ? Jiftaћ b’sejћa qawwija v 2, u l-jiena tas-salmista hi indirizzata lil Alla kontra l-gћedewwa. Jistaqsi lil Alla li jidher indifferenti b’verbi fl-imperattiv jew jussiv (ћa jisma’..) u jġib raġuni gћaliex Alla gћandu jisimgћu. Jinsab f’qagћda diffiċli imma ma jissidprax gћax hu żgur li Alla se jisimgћu. Jagћlaq bi stqarrija ta’ fidi fl-imћabba ta’ Alla.

Il-Protagonisti tas-salm

Fl-imgћoddi kien hemm xi diffikultа dwar il-persuna li qed titkellem – il-Jien – tas-supplika: min hu? Sa l-aћћar tas-seklu XX is-suġġett kienet il-komunitа ta’ l-anawim, il-fqar ta’ JHWH, nies ippersegwitati u mwaqqgћa gћaċ-ċajt minn dawk li jaћkmu. Bћal fil-każ tal-Qaddej ta’ JHWH li minn individwu li jieћu fuqu l-piż tad-dnub tal-poplu jgћaddi gћall-komunitа, il-mogћdija minn individwu gћall-komunitа kienet dejqa ћafna fil-kultura bibblika. I. Engnell sostna li il-jien kien attur fi dramm liturġiku; gћal oћrajn setа kien il-qassis li jressaq is-supplika f’isem kategorija ta’ nies.

Ravasi jgћid li hu ċar li s-salm hu talba personali ta’ bniedem b’mard fiżiku li jћoss ruћu fid-djieqa. Il-marda ma tisemmiex ћlief bћala marda tal-mewt. Hi lirika mimlija tbatija ta’ bniedem wieћed li wara tingћad bћala talba fir-repertorju liturġiku ta’ kull min ikun marid gravi u qrib il-mewt.

Mhuwiex ċar min huma l-gћedewwa; jidher biss lejn it-tmiem. Ewlieni hu d-dnub skond it-teorija tar-retribuzzjoni imma hemm ukoll dawk li jagћmlu l-ћażen, li gћal xi whud huma dawk li jilagћbu bil-maġija. V 8 mhux ċar, imma mill-kuntest bibliku l-aktar jekk inqisu li f’Iżrael ma kienx hemm maġija, “Ma hemmx seћer kontra Ġakobb; ma hemmx magћmul kontra Iżrael” (Num 23, 23) u minn dak li gћandna f’SS 28, 3 u 64, 3, dawk li jagћmlu l-ћażen jistgћu jkunu l-kalunnji li ‘jaћtfu l-poplu’ (14, 4). Jistgћu jkunu dawk li waqt li jarawh f’din it-tbatija jippruvaw il-fidi tiegћu billi jgћidulu “Fejn hu Alla tiegћek ?” (42, 4) jew bћall-ћbieb ta’ Ġob , spettaturi biss ta’ bniedem imfarrak.

Binja tas-salm

Dan is-salm ta’ lment, supplika ta’ marid imdawwar b’gћedewwa jista’ jinqasam hekk:

I. Antifona tal-ftuћ. v 2

Xi forma steroetipata kif insibu wkoll f’S 38, 2

II. Is-Supplika vv 3-8

It-tbatija fiżika u tar-ruћ. vv 3-4

Talba ћerqana. vv 5-6

Tbatija fiżika u tar-ruћ vv 7-8

III. L-gћajta ta’ rebћa-saћta. Vv 9-11

Isib it-tama

Is-Simboli tas-Salm

Jieћu l-ewwel post l-antropomorfiżmu jew jitkellem fuq Alla bћallikieku kien bniedem, biex ma jċanfrux fil-korla tiegћu. Alla hu ġust u ma jћallix il-ћażen u l-ksur tad-dritt tal-bniedem bla ћlas. Fl-istess Ġdid Testment Ġwanni l-Battista (Lq 3, 7-8) u Ġesщ (Mk 3, 5; Mt 12, 34; 15, 7; 23, 33; Ġw 2, 15-16; 8, 44) wkoll jitkellmu hekk. U billi l-korla tista’ taqbeż il-limiti fil-bniedem, mhux f’Alla, u tista’ tfisser il-qerda tal-midneb, gћandna żewġ verbi, iċċanfarnix u twiddibnix v 2. Mela hi l-korla ta’ missier li jћobb u biex jgћallem, iwiddeb lill-midneb biex jikkonverti lejh. Il-korla gћalhekk gћandha skop pedagoġiku. V 3 jappella gћall-ћniena (ћnn) ta’ Alla u jintelaq f’idejh. Mela l-korla hi epifanija (dehra) ta’ Alla gћall-midneb biex jikkonverti.

V 5 Lil Alla jћossu ’l bogћod, u jitolbu biex idur lura u jiġi jeћilsu. Il-verb sub juri xi ћadd li kien tilef it-triq fid-deżert , jerġa jsibha u jiġi lura. Hu verb tal-konverżjoni – hekk l-istorja ta’ l-iben, ћali fil-ћażin u l-missier ћali fil-ћniena, hi storja ta’ konverżjoni, ta’ min idur lura mit-triq il-ћażina. U billi l-ћajja hi qasira u l-eternitа twila, jitlob li jћenn gћalih issa, li Alla jisimgћu, jew juri wiċċu f’Salmi 3, 8; 4, 7, ma jibqax sieket u ’l bogћod.

Fit-tieni post insibu l-mard u l-marid; billi fil-kultura semitika u bibblika, ġisem u ruћ huma ћaġa waћda. Dak li jsofri l-ġisem hu ћiereġ mill-profond ta’ l-esseri. Tlett organi jiddominaw: in-nifs v 4, (nefes), l-gћadam v 3, u l-gћajnejn, vv 7-8. Nifs jew gerżuma, hi l-istess ћajja – jekk teћodlu nifsu jsir ġisem mejjet. Hu il-jien profond tal-bniedem, dak kollu li hu sabiћ, tajjeb u ћaj. Gћadam hu l-parti fejn jinћass l-uġigћ, it-tbatija ta’ l-organiżmu. L-gћajnejn jitbaxxew mћabba l-biki ma jaqtax u jsiru bћal ta’ wieћed mgћobbi biż-żmien; hi l-qerda sћiћa ta’ l-esseri, s-sodda issir bћal gћalqa msoqqija.

Hemm ukoll il-verb ‘mifni’ v 3: ћajtu saret bћal fjura niexfa jew xitla maћruqa bix-xemx – f’kelma waћda, hu bћal bniedem misjur aktar milli bl-etа, bil-mard u t-tbatija fiżika u psikika. Mix-xbieha ta’ l-ilma li jgћarraq joћroġ il-bniedem qed jegћreq, il-bniedem mifni.

Kif inhu mixћut fuq is-sodda, lil Alla jћossu ’l bogћod, mifni u muġugћ, diġа qiegћed fix-Xeol. Imma jgћolli leћnu bit-tama li jkun mismugћ u li Alla jbiegћed minnu l-gћedewwa u juri li l-kalunnji u l-ingann tagћhom huma fiergћa. Ġeremija hu eћrex:

Ħa jitћawwdu dawk li jsusu warajja,

u ma nitћawwadx jien !

Ħa jitbeżżgћu huma

u ma nitbeżżgћax jien !

Niżżel fuqhom Jum id-deni,

U kissrihom gћal darba tnejn”. Ġer. 17, 18.

Eseġeżi

Gћakkisni Mulej, imma bil-qjies,

Mhux f’gћadbek,

Inkella ġġibni fix-xejn. Ġer.10, 24

Jew inkella ftuћ is-salm 8. Il-prova li minnha gћaddej, jaraha fid-dawl tad-domma tar-retribuzzjoni – jiena midneb u l-marda tiegћi hi kastig ta’ dnubi . (Ġw. 9,2) Hi teżi mifruxa sew fl-AT, f’Ġob u fil-Proverbji. Castellino josserva li dan il-ġust ma jġib ebda ћaġa tajba li gћamel jew ћażina li ma gћamilx biex jiddefendi ruћu bћal ma jagћmel Gob jew S 17, 2-3. Hu gћalhekk salm penitenzjali sewwasew gћax jammetti l-ћtija, ma jdurx kontra Alla li hu bogћod u sieket bћal Ġeremija, ma jirribellax gћax Alla ma mexiex miegћu b’ġustizzja, imma jsejjaћ lil Alla biex jurih ћniena. v 3. Jitlob li Alla fil-korla tiegћu gћad-dnub ma jeqridux; jintelaq f’idejh u jitlob maћfra biex isalvah.

Is-Supplika l-kbira (vv 3-8)

Il-preżent traġiku tas-salmista hu li jћossu mifni bil-mard fiżiku u d-djieqa tar-ruћ, u waqt li jintelaq fl-imћabba ta’ Alla li tista’ tfejjqu, Alla jibqa’ mbiegћed u sieket. Il-verb ћenn (ebr, ћnn) hu floku; hu jdur lejn dan is-sovran u jistaqsih, “Mulej int kemm se ddum…?” (Hekk hi fil-verżjoni ta’ Ravasi). Hi mistoqsija maqtugћa, kuraġġuża, ċara lejn Alla indifferenti gћall-qagћda drammatika li fiha jinsab min qed jitlob.

Fit-tieni strofa jdur lejn Alla li jista’ jeћilsu bi 3 verbi, dur (sub),eћlisni (aqlagћni ’l barra) u salvani, mhux gћax jien tajjeb, imma gћat-tjieba (ћesed) tiegћek. Il-marid li jaf sewwa r-rabta li hemm bejn id-dnub u l-marda, bejn il-ћtija u l-ġudizzju, u m’gћandux triq oћra miftuћa jekk mhux li jitlob maћfra u jistkenn fil-ћniena u l-fedeltа ta’ Alla tal-Patt (ћesed w ‘emet) fil-qiegћnett hemm is-solidarjetа li torbot żewġ persuni , missier u iben (Ġen. 47, 29) u żewġ ћbieb (1 Sam. 20, 8; 2 Sam 9, 1).

Hu l-bniedem ћasid, tajjeb, fidil, il-bniedem tas-salterju li jdur lejn Alla ta’ l-istorja, Alla ћasid ta’ l-alleanza. Gћalhekk is-salm 136, il-Hallel il-kbira, gћall-interventi ta’ Alla fl-istorja, Ħruġ mill-Eġittu, Mixja fid-Deżert, id-dinastija ta’ David, dejjem twieġeb “Gћax gћal dejjem it-tjieba tiegћu”. Is-salmista jidher li mhux wieћed waћdu, imma marbut ma’ komunitа, u s-solidarjetà torbtu ma’ Alla tal-Patt, garanzija waћdanija ta’ salvazzjoni. Bid-dnub qata’ din ir-rabta, imma l-kastig mhu qatt l-aћћar kelma; Alla jaћfer gћat-tjieba u l-fedeltа tiegћu.

Il-mewt biss tista’ taqta’ gћal kollox u f’v 6 jitlob li titbiegћed minnu. “Forsi jien togћġobni l-mewt tal-bniedem ћażin u mhux aktar li jerġa’ lura minn triqatu u jgћix?” (Eżek. 18, 23). Il-fidi fil-ћajja ta’ dejjem tidћol bil-mod fil-Bibbja u dan wara dubji, inċertezzi, dlam u xaqq dawl kultant, u dan l-aktar fis-salterju; qabel żmien il-Makkabin ma jidhirx ċar. Gћalissa f’art l-imwiet ћadd ma jiftakar f’ Alla biex ifaћћru. “Gћax mhux art l-imwiet li troddlok hajr, anqas il-mewt ma tfaћћrek” (Is 38, 18). Il-mewt iġġib fix-xejn it-tama gћax iddaћћal f’eżistenza differenti, eżistenza taparsi fejn wieћed ma jkunx jista’ jieћu sehem fil-liturġija. Fil-marda hemm dan il-periklu u gћalhekk ix-xewqa u t-talba gћall fejqan u r-radd il-hajr gћall-fejqan maqlugћ.

Fix-Xe’ol, dan il-post taћt l-art, fl-abbiss minn fejn jitilgћu l-kolonni li jżommu l-art (Ġob 38, 4, 6) kienu jgћixu nofs ћajja l-erwieћ tat-tajbin u l-ћżiena u jissejjaћ b’bosta ismijiet bћal, abbiss, deżert, trab, qabar, art il-minsija, post it-telfien (S 88, 11-13), gћal kollox kontra s-sema, l-gћamara ta’ Alla. Kull marda kienet tfakkar il-marid f’dan l-istat u tqarrbu lejh bla ћniena. Aqra t-talba ta’ Ħezekija f’Isaija 38, 9-20.

Minn dan il-kwadru mudlam naraw f’liema dlam tqabad Iżrael quddiem l-ideja ta’ Alla etern u f’liema qies gћex ћajtu fuq l-art. Kienet bћal żerriegћa li Alla waћdu setа jġiegћel tnibbet u twarrad f’komunjoni sћiћa anke lil hinn mill-mewt.. “Gћax int ma titlaqnix fl-imwiet, ma tћallix il-maћbub tiegћek jara l-qabar” S 16,10. Imma s-salmista jibqa’ bniedem tal-Qadim Testment, mhux ta’ l-Antik Testment. (Dak li hu qadim wasal biex jinbidel, jitwarrab). Gћal Pawlu “l-mewt hi rebћ” (Fil 1, 21) waqt li gћas-salmista u l-fidili ta’ Iżrael hi ћaġa ta’ twerwir gћax il-ћajja ma kellhiex gћeruqha fl-Inkarnazzjoni. Ġesщ miet f’ġisem midneb bћal tagћna biex fih jirbaћ il-mewt u jagћtina r-rebћa miksuba, “l-ewwel frott fost dawk li raqdu" (1 Kor 15, 20).

It-tielet strofa tagћtina deskrizzjoni tal-marda mgћobbija tbatija u tqanqil ta’ bniedem mifni, jibki l-lejl kollu tant li gћajnejh, li huma l-mera tar-ruћ, (Mt 6, 22-23) tgћarrqu. Kollox juri s-sentimenti profondi ta’ tbatija tas-salmista: tbatija fiżika u psikika, biża’ tal-mewt, sens ta’ ћtija, twerwir mill-ġejjieni u mill-gћedewwa misterjużi ta’ v 11. Il-Kard. Ratzinger fil-ktieb ‘L-Alla ta’ Ġesù Kristu’ jikkwota lid-Dukessa Dorotea tal-Prussja li fuq vv 7-8 tgћid: “Nippreferixxi li ma kontx teżisti milli nkun turmentata minnek daqshekk”, u jara fil-kumment espressjoni ta’ ateiżmu fi kwadru reliġjuż.

Gћajta ta’ rebћ vv 9-11

L-ilment iċedi quddiem iċ-ċertezza li se jkun mismugћ Jaћarbu l-gћedewwa mifxula gћax Alla sama’ (tlett darbiet) u dar lura v 5. Il-fidi gћandha l-qawwa li tibdel in-niket f’ferћ, id-disprament f’tama. (Salmi 22, 22; 16, 9; 28, 6) Iċ-ċertezza li bћal ankra ta’ salvazzjoni hi l-ћesed (fedeltа) ta’ Alla gћall-Patt ta’ Alleanza. Alla jћares u jmexxi l-poplu u kull wieћed minnu gћall-fidi tiegћu fil-ћesed ta’ Alla.(S 23)

Xi whud jaћsbu li f’din il-liturġija hemm oraklu divin jew il-versi tal-qassis minn ġewwa bћal ma naqraw fl-episodju ta’ Anna omm Samwel f’1 Sam. 1,17) Gћedna mill-bidu li hu salm penitenzjali wieћed mis-sebgћa. Hu salm ta’ midneb aktar milli ta’ wieћed marid li jsejjaћ gћall-fidi, gћall-komunjoni ma’ Alla u l-fiduċja fil-grazzja u l-kelma ta’ ћelsien ta’ Alla. Mingћajr dawk il-bniedem ta’ Alla hu maqtugћ mill-ћajja, mill-komunità ta’ dawk li jemmnu u jitolbu, u jћossu fil-mewt, fix-Xe’ol.

Dun Ġorġ Mangion, illum13, ta’ Jannar 2008

Mill-Kitbiet ta’ Dun ĠorġNisġa