Salm 7

Il-Ħalfa ta’ bniedem bla ћtija ippersegwitat –

Qum, Jahweh!

Il-Bibbja ta’ l-Gћaqda Biblika Maltija tagћtih bћala salm Messjaniku u li aktarx kien irreċitat minn ĠesщKristu, l-ewwel vers jew kollu, fuq is-salib. G.F. Ravasi qatt ma jirreferi gћalih bћala messjaniku u jaћseb li sarlu xi tibdil mill-oriġinal, imma billi qajla tista’ tkun ċert minn dan, iqisu bћala salm ta’ lment ta’ individwu b’sejћa qawwija gћas-salvazzjoni, b’ћalfa ta’ innoċenza u liturġija tal-ġudizzju ta’ JHWH fit-tempju. Hu salm b’ћafna forom u toni differenti, imma jidher magћqud bћala talba waћda b’ġurament ta’ innoċenza u appell gћall-ġustizzja ta’ Alla bћal ma nsibu f’Ġob 31.

Il-Ġurament ta’ Inoċenza (Reinigungseid, il-kelma teknika) hu istituzzjoni fundamentali fl-ambitu sakrali ta’ l-alleanza. F’Esodu 22, 6-7, 9-10 naqraw: “Jekk xi ћadd jagћti lil xi ћaddieћor flus jew ћwejjeġ biex iżommhomlu u jisirquhomlu minn daru, jekk isibu l-ћalliel, dan irodd id-doppju; Jekk ma jsibux il-ћalliel, sid id-dar jinġieb quddiem Alla, biex juri jekk ikunx medd idejh fuq ћwejjeġ gћajru….Jekk xi ћadd jagћti lil xi ћaddieћor ћmar, gendus, nagћġa jew xi bhima oћra biex iżommhielu u din tmut, tweġġa’ jew jaћtfuha bla ma ћadd ikun ra xejn, jaћilfu t-tnejn quddiem il-Mulej; tinqata’ bejniethom b’ћalfa quddiem il-Mulej li ma middx idu fuq ћwejjeġ sieћbu; u is-sid joqgћod fuq il-ġurament u l-ieћor ma jrodd xejn.”

Li taћlef , fil-Bibbja, hi kwestjoni ta’ fidi, gћaliex issejjaћ direttament lil Alla fuq ir-realtа tal-fatt; gћalhekk ‘taћlef fl-isem ta’ Alla’ hi bћal stqarrija ta’ fidi. Jekk taћlef fil-falz, iġġib lil Alla gћall-falsitа ta’ idolu; dan hu s-sens tal-kmandament, “issejjaћx l-isem ta’ Alla fil-batal”. L-oraklu ta’ salvazzjoni biss setа jissiġilla l-ћalfa ta’ innoċenza. Is-salmista jiddikjara l-innoċenza tiegћu quddiem it-tribunal ta’ Alla b’enfasi fuq l-aspett morali u soċjali, imqanqal mil-liġi tat-taljun, li hi sejћa gћal-liġi tar-retribuzzjoni u jasal biex jagћmel ilment, li fil-qalba tiegћu hu sejћa lil JHWH l-imћallef ġust, biex il-ћażin idur fuq min gћamlu vv 15-17 jew isir boomerang.

Dimensjoni letterarja

Hu diffiċli tagћti data meta nkiteb u l-kwalitа ta’ struttura; kollox juri li nkiteb wara l-eżilju kif jgћid A. Deissler:” Hu mimli aramiżmi, ifakkrek f’Ġeremija u l-kitba ta’ l-gћerf ta’ wara l-eżilju. Kif inhu llum hu, bla dubju ta’ wara l-eżilju”. It-titlu li jorbtu mal-mewt ta’ Absalom minn Kus ta’ Benjamin (2 Sam 18, 21) hi improbabbli u bla bażi fis-salm; vv 9-10 huma ’l bogћod mill-bikja ta’ David f’2 Sam 19. Kus kienet l-Etjopja, u l-gћedewwa ta’ David minn Benjamin it-tribщ ta’ Sawl, kienu Simej u Xeba.

Is-salm jista’ jinqasam hekk:

Sejћa tal-bidu vv 2-3 fl-istil tas-supplika.

Il-Ġurament ta’ Innoċenza vv 4-6

JHWH joqgћod fuq it-tron vv 7-14

Riflessjoni fuq il-ћażen fi stil tal-gћerf vv 15-17

Tifћir ta’ gћeluq bћal f’supplika v 18

Fil-qalba ta’ din il-binja letterarja hemm simboli li jagћtu l-kulur lit-test. L-ewwel hu l-ambjent ġuridiku mitlub mit-talba ta’ dikjarazzjoni ta’ innoċenza. Il-Mulej hu mћallef li joqgћod fuq it-tron imdawwar minn qorti biex jagћmel il-ћaqq mitlub v 7. Bћal S 29, Alla hu sultan glorjuż li jsejjaћ il-ġnus kif ukoll il-ћolqien kollu, biex kulћadd jagћrfu bћala mћallef u kulћadd jisma’ s-sentenza li se jagћti fuq il-ћażen tal-ћżiena li se jintemm v 10. Il-ћaqq li jagћti jagћtih ukoll bћala ġeneral ta’ armata u l-armi huma dawk tal-gwerra. vv 11-14. L-gћadu mirbuћ jilgћaq it-trab jew jinżel fix-Xe’ol. Imma l-gwerra qaddisa tinbidel fi proċess quddiem JHWH mћallef u s-simboli huma mżewwqa bejn kamp ta’ battalja u proċess ġuridiku. JHWH ġeneral u mћallef iġib fix-xejn kull ġlied u mibgћeda bl-armi infallibbli tiegћu, vv 13-14.

Fost simboli oћra nsibu dak ta’ l-annimali, l-iljun li jaћtaf u jqatta’ v 3; jistgћu jkunu l-kalunnji, l-akkużi u l-persekuzzjoni: l-annimal jista’ jkun s-sinjal tal-qawwa tax-xitan li tbejjet fil-qalb tal-ћażin (S 10, 9; 17, 12; 35, 15-17 eċċ.) Jidћol ukoll is-simbolu tal-kaċċa v 16, biex jispjega t-teorija tal-ћażin li jolqot lilu nnifsu; il-ћażin jikkundanna lilu nnifsu. Tidher stramba x-xbieha materna ta’ tqala u tnissil v 15, imma nsibuha f’S 58, 9; Ġb. 15, 35; Is. 59, 4; 33,11, u anke f’Isaija 26, 17-18:

“Bћal mara tqila fil-ћlas

titkagћweġ u tgћajjat bl-uġigћ,

hekk konna aћna quddiemek Mulej.

Tqalna u tkagћwiġna u wlidna r-riћ…

Eżeġesi

Sejћa tal-bidu Vv 2-3

Bejn il-mogћdijiet fuq naћa u oћra tas-salm, hemm linja dritta ta’ bniedem persegwitat li jiġi quddiem Alla fit-tempju jitlob li jkun dikjarat innoċenti u jistenna s-siegћa li jkun meћlus u jieћu li ћaqqu b’sentenza ġusta wara li jkun b’ћerqa sejjaћ lil Alla biex jidћol fl-istorja.

Dan l-ilment jiftaћ b’sejћa rari lil JHWH, ‘Elohaj’ ‘Mulej Alla tiegћi’; il-verb ‘hasah’ hu magћżul bi skop u jindika d-dritt ta’ kenn fit-tempju. (S 5, 2; 11, 1; 17, 7 eċċ). Hu jappella mhux biss gћall-ћarsien ta’ Alla daqskemm gћall-kenn fit-tempju v 2. Sakemm jgћaddi l-periklu jfittex dell u ġwienaћ fejn jistkenn. S 57, 2. Żewġ imperattivi jrossu t-talba, ‘eћlisni’ u ‘salvani’ . L-gћedewwa huma ћafna u l-verbi fis-singular gћax l-gћadu hu ‘entità waћda’: l-istess jiġri fl-gћeluq. Il-ћafna wċuh ta’ l-gћedewwa huma bћal iljun li jaqbeż fuqu u jaћtfu minn gerżumtu, l-organu tan-nifs tal-ћajja, biex joqtlu u jagћmlu biċċiet, (il-verb taraf). Jiġri jistkenn fit-tempju.

Il-Ġurament ta’ innoċenza (vv 4-6)

L-ewwel insibu l-istqarrija li hu mhux ћati ta’ dnub ‘jekk..’, vv 4-5, mbagћad jisћet lilu nnifsu, ‘ћa..’ v.6. “Jekk dan, jew il-ћtija li gћamilt, jekk idejja huma ћatja ta’ ћażen, jew il-ћażen ċappasli idejja… mela mhumiex indaf, minix safi Hi stqarrija negattiva ‘jekk dan jien gћamilt’ v 4 jew il-ћtija, il-ћażin u t-tieni il-ћażen ta’ jdejja jew il-ћtija li tibqa’ mwaћћla mal-bniedem, ma’ jdejh. Gћall-kuntrarju f’salmi oћra nsibu, ‘naћsel idejja bћala sinjal ta’ safa. (S 24, 4; 26, 6). Ħabibi hu ‘l-bniedem tas-sliem’ (is-selomi), jew alleat li fih wieћed jafda. Hu ћallas il-ġid bil-ġid mhux bid-deni skond l-etika retributtiva tat-taljun (Es 21, 25): l-etika nisranija ta’ tolleranza u maћfra ma kinetx magћrufa. Ikun Ġesщli jgћallimha fid-diskors tal-muntanja (Mt 5, 38 wara).

It-tieni element hu l-ġurament jew is-saћta li jitlob fuqu nnifsu v 6 u li biha joffri lilu nnifsu bћala rahan jekk jinqabad li qed jigdeb. Fi stil orjentali s-saћta l-ewwel tolqot in-nefes, in-nifs tal-ћajja fl-gћonq, mbagћad jinżel sal-fwied (kbd, kebed), organu ta’ l-emozzjonijiet ta’ ferћ u niket. Dik il-bhima li fl-ewwel versi s-salmista gћamel ћiltu biex ibiegћed minnu, issa se jkollha d-dritt li taqbeż fuqu u teqirdu. Issa b’din il-protesta ta’ innoċenza u s-saћta li f’kas kuntrarju jitlob fuqu, is-salmista jista’ jittama li Alla jidћol gћalih biex isalvah.

Alla joqgћod fuq it-tron Vv 7- 14

‘Qum, Mulej’ hi l-gћajta tal-battalja; issa se jeћodha ma’ Alla, u l-kamp hu t-tempju fejn Alla gћandu t-tron mnejn jagћmel il-ћaqq bil-ġustizzja. Jitqabad ma’ l-indifferenza ta’ Alla, ‘stenbaћ’ u “agћmilli ћaqq’. F’dan l-appell lil Alla mћallef insibu t-titlu JHWH kif ukoll ‘Elaj, l-isem antik ‘Elim, Alla tiegћi, li jridu juru l-misteru ta’ Alla jew ta’ persuna. Insibu wkoll Eljon v 18, Alla l-Gћoli, Alla ta’ Melkisedek f’Ġen (14, 18 wara).

Hu Alla li jsalva, Alla ta’ Patt, ‘elohim saddiq, Alla ġust, v 10. Joћroġ il-wiċċ ta’ Alla tal-Bibbja, Alla traxxendenti li jћares ’l isfel lejn id-dinja kożmika u soċjali, il-bniedem.

Vv 8-10. Alla jsejjaћ madwar it-tron il-ћlejjaq kollha u s-salmista jitolbu jagћmillu ћaqq bil-ġustizzja; jistenna l-verdett. L-intervent ta’ Alla hu pożittiv mal-ġust, imma negattiv mal-ћażen tal-ћżiena v 10 U dan gћax Alla jaf kollox, hu jgћarbel il-moћћ u l-qalb, il-bniedem sћiћ. Xi studjużi jagћtu d-data ta’ wara l-eżilju gћaliex dan hu kliem Ġeremija, “Int li tagћrbel il-moћћ u l-qalb”, (11, 20; 12, 3; 17, 10; 20, 12) dak li l-bniedem jixtieq u jrid. Il-qalb hi l-kuxjenza, iċ-ċentru li jgћaqqad l-esseri; il-moћћ, il-ġewwieni, l-kliewi huma l-emozzjonijiet, il-passjonijiet. Kristu ta’ l-Apokalissi hu dak ‘li jifli l-ġewwieni u l-qalb u li jagћti lil kull wieћed minnkom skond ma ћaqqu gћall-opri tiegћu’ (2, 23) Pawlu wkoll jikteb, “Alla, li l-ћarsa tiegћu tinfed il-qlub..” Rum 8, 27.

It-termini tal-battalja insibuhom f’vv 11 -14. Alla tarka tal-ġust, isalva lil dawk ta’ qalb safja. Alla mhux nar tat-tiben, imma dejjem jitћallas mill-ћażen, bћal wieћed armat bil-qaws u l-vleġeġ. Inћoss li hemm differenzi fil-qari; Ravasi jgћid li billi din hi dehra kemmxejn qawwija ta’ Alla bil-qaws, bosta bidluha u tawha f’idejn l-gћadu, imma t-test oriġinali bla mistћija u skużi iqiegћed lil Alla lest biex jimmira l-ark kontra l-ћażin.

Il-ћażin vv 15-17

Il-ћażen idur kontra min jagћmlu, jaћsad dak li jiżra. Jaћsibha mod ieћor, gћax jara li l-ћażen jeqred lil min jagћmlu aktar milli Alla jeqirdu. Dan jagћmlu b’żewġt tixbihat, tat-tnissil u tal-kaċċa u tal-boomerang, dak il-ġewnaћ li wieћed iwaddab u jerġa’ lura gћandu. Ġwanni jikteb: “Min jemmen fih ma jkunx ikkundannat; iżda min ma jemminx huwa ġa ikkundannat, gћax ma emminx fl-isem ta’ l-Iben il-waћdieni ta’ Alla.” (Ġw 3, 18). Il-Ktieb ta’ l-Gћerf kap 5, jfaћћar il-ġudizzju tal-kuxjenza fil-jum eskatoloġiku meta l-gћajnejn jinfetћu u tagћraf dak li ћaqqha; Alla jissiġilla l-gћażla.

V 18 hu hajr lil Alla ġust. “Ma jfaћћarx lil Alla gћall-qerda ta’ l-gћedewwa imma gћax saret ġustizzja” (S. Ġwann Griżostmu). Il-ġustizzja ta’ Alla hi mћabba li ssalva waqt li tiċћad il-ћażen. Hi l-barka, “henjin intom meta jippersegwitawkom u jgћidu kull deni fuqkom bil-gideb…ifirћu u thennew, ћlaskom kbir fis-smewwiet” (Mt 5, 11-12).

Dun Ġorġ Mangion, illum 21 ta’ Jannar 2008

Mill-Kitbiet ta’ Dun ĠorġNisġa