Salm 8

Il-kobor ta’ Alla Ħallieq u d-dinjità tal-bniedem

Fit-2 ta’ Mejju 1969, l-astronawti Amerikani T. Stafford u G.Cernan, waqt li kienu gћaddejin f’distanza ta’ 15-il kilometru madwar il-qamar, ipproklamaw dan is-Salm. Ftit ġimgћat qabel l-astronawti N. Armstrong u E. Aldrin serrћu riġlejhom fuq il-qamar fit-22 ta’ Lulju, Il-Papa Pawlu VI ta it-test tas-Salm biex jitqiegћed fuq il-qamar, u qalilhom: “Il-bniedem hu fiċ-ċentru ta’ din l-impriża u juri ruћu fl-istess waqt kbir u divin, mhux fih innifsu imma fil-bidu tiegћu u fid-destin tiegћu. Ġieh lill-bniedem, ġieh lid-dinjitа tiegћu, lill-ispirtu tiegћu u lill-ћajja tiegћu…”

Il-bniedem hu fl-istess waqt kbir u ċkejken, qawwi u debboli, kollox jista’ jeqirdu u jista’ jirbaћ kollox, gћax hu uman u divin. Ġob jistaqsi:” X’inhu l-bniedem biex int tagћti daqshekk kasu, twaqqaf ћsiebek fuqu, iżżuru kull filgћodu u toqgћod tiflih kull waqt? (Ġob 7,17-18).

Il-Kostituzzjoni Gaudium et Spes tal-Konċilju Vatikan II tikkwota vv 5-7 biex tiċċelebra l-kobor tal-bniedem: “L-Iskrittura Mqaddsa tgћallimna li l-bniedem kien maћluq xbieha ta’ Alla, kapaċi li jagћraf u jћobb lil Min ћalqu u li qegћdu fuq il-ћlejjaq kollha ta’ l-art bћala sid tagћhom biex jaћkem fuqhom u jinqeda bihom gћall-glorja ta’ Alla.” (12).

Fil-fatt, Salm 8 hu talba ta’ riskju jekk wieћed jaqrah kif jaqrah il-bniedem tekniku ta’ llum. Is-setgћa li qed iћaddem il-bniedem midneb u bla Alla ta’ llum, aktarx li qed jabbuża, ibagћbas, u hu krudil: l-egoiżmu bla rażan tal-bniedem. Hekk dak li l-id ta’ Alla ћalqet spiss ikun imkasbar u umiljat. Waqt li San Irenew jgћid, “il-bniedem hu glorja ta’ Alla, spiss l-istess bniedem qed isir ilsir u jinqabad fix-xibka tiegћu stess.”

Bћas-Salm 8 ftit insibu fis-Salterju; mhemmx fantasija, tqanqil poetiku imma riflessjoni taћraq ta’ dak li min kitbu ћass u gћex. Minћabba f’hekk huma wkoll bla gћadd dawk li kkummentaw dan is-salm. In-nisġa tat-tlett protagonisti, Alla, il-bniedem u d-dinja, tifforma l-qalba ta’ l-eżistenza u ta’ l-esseri .(Kierkgaard).

Natura u Storja fil-Bibbja

Fil-Bibbja nistgћu naqraw l-innu ta’ l-gћerf f’Ġob 28, gћanja lill-bniedem tekniku u gћaref, l-ewwel diskors ta’ Ġob f’38, 1-6, u s-salmi tan-natura dedikati lil Ħallieq bћal S 19, is-salm tar-rebbiegћa S 65, u s-salm tas-sebgћa ragћdiet S 29, u tal-Ħolqien, S 104. Bosta salmi gћandhom qari li jixbaћhom fl-innijiet Eġizzjani u Kangћanej taż-żmien. It-tema bażi tal-fidi tas-salvazzjoni ta’ l-Eżodu ddaћћal l-mottiv tal-ћolqien bћala alleat fil-ћelsien li qed jaћdem JHWH b’riżq Ġakobb; il-kastigi li jsiru. (Eż.15, Imћ. 5). Salm 95 jinseġ il-mottiv ћolqien ma’ dak ta’ Alla ta’ Iżrael, blata ta’ salvazzjoni. Salm 135 ifaћћar lil Alla ta’ l-istorja minsuġ ma’ Alla tal-ћolqien; il-ћelsien li jaћdem Alla fil-poplu hu kontra l-qima idolatrika tal-popli ġirien.

Hekk it-tema ћolqien tibbilanċja t-tema salvazzjoni: il-bażi tat-teoloġija tal-ћelsien ta’ Iżrael hi s-setgћa ta’ Alla bћala ћallieq. Il-mottiv ћallieq hu gћall-qadi tal-mottiv soterjoloġiku. Ir-rakkont saċerdotali ta’ Ġenesi 1 jagћlaq bil-ћolqien tal-bniedem vv 26-28, il-kuruna ta’ l-univers, u bis-Sibt liturġiku 2, 1-4, waqt li r-rakkont Jahwista ta’ Ġen 2-3 iqiegћed aktar fiċ-ċentru lill-bniedem u l-ġrajja storika tiegћu. L-ewwel post tal-bniedem fuq il-ћolqien ta’ S 8 tibqa’ tiddomina l-istess arti pittorika Kristjana.

Dak li gћamel Iżrael f’kultura idolatrika-panteista (kollox hu alla) kien li gћolla l-Ħallieq fuq il-maћluq, fuq l-istess bniedem l-aqwa fil-maћluq, u daћћal il-fidi fil-ћallieq fil-ġrajja tas-salvazzjoni ta’ l-istess bniedem li dineb u tebba’ lill-ћolqien bid-dnub tiegћu. Waqt li l-popli ġirien ћalltu l-allat tajbin u ћbieb mas-setgћat moћbija tal-ћażen, jew mad-demonji, Iżrael dan m’gћamlux; gћalkemm Alla kif ukoll in-natura juru ruћhom fil-kobor tas-sbuћija u tal-qawwa qerrieda. Ma’ dan inżidu l-faqar ta’ l-ilsien li ma kellux kliem biex jesprimi kunċetti astratti. Madankollu Iżrael gћażel il-Ħallieq mill-maћluq u mis-setgћat negattivi moћbija bћad-demonju. U gћalkemm mhux mill-ewwel, bћala l-ewwel veritа tiegћu, jikteb; “Fil-bidu Alla ћalaq is-sema u l-art: u kienet l-art taћwid u baћћ.” Ġen 1, 1.

Binja Letterarja

Is-Salm 8 jidher inkwadrat billejl, il-lejl tal-kaos skond xi whud. Hu innu lil JHWH li lilu huma indirizzati l-aġġettivi u l-verbi kollha. Hemm trijanglu iffurmat minn Alla, il-bniedem f’rabta ma’ Alla, u l-univers. U l-mistoqsija l-kbira hi – X’inhu l-bniedem ћdejn l-univers? M’hu xejn, mhemmx proporzjon bejnu u l-ispazju fil-qjies, anke ћdejn Alla, imma “ftit inqas mill-allat gћamiltu”.

Is-smewwiet, ifhem l-univers, huma gћemil subgћajk u fihom qegћedt il-kwiekeb u l-qamar v 4, mhux biss imma x’inhu s-saba’ ta’ Alla ћdejn l-univers? Fil-qjies mhu xejn imma fil-qawwa ћafna; hu biċċa xogћol hekk kbira u kolossali li ћarġet minn idejh bћallikieku kien bniedem. Kollox jirrifletti l-glorja kbira ta’ Alla.

L-ewwel reazzjoni hi dik ta’ gћaġeb; il-bniedem jagћraf li fil-fatt li hu limitat, finit u jmut, v 5, iben ta’ bniedem li hu trab u jsir trab (Ġen 3, 19), Alla jaћseb fih gћalkemm ċkejken u dgћajjef; hekk ċkejken u xejn, isir kbir gћall-ћniena u l-fedeltа ta’ Alla. Maћluq xbieha ta’ Alla, il-bniedem gћandu dinjitа quddiem Alla vv 6-9, bћal dik li l-istess Salamun ma jazzardax jitlob. (1 Sl 3, 13).

“Kollox taћt riġlejh qegћedtlu”. v 7.

Gћalhekk l-gћeluq hu dak ta’ innu, akklamazzjoni fi stil ta’ antifona, “Mulej, Sid tagћna, kemm hu kbir ismek fl-art kollha”, innu lil Alla ћallieq li rebaћ il-kaos u firex l-univers, gћaġen lill-bniedem l-aqwa xogћol ta’ idejh, li fdalu l-gћemejjel kollha ta’ idejh biex jaћkem fuqhom.

Gћalhekk nistgћu naqsmuh fi tnejn:

Antifona: akklamazzjoni ta’ l-isem ta’ Alla.

A. Is-setgћa ta’ Alla u l-bniedem vv 2-5.

B. Is-setgћa tal-bniedem u Alla. vv 6-9.

Antifona ta’ gћeluq: Akklamazzjoni ta’ l-isem ta’ Alla.

Is-simboli tas-salm

L-Univers jiddomina s-salm, smewwiet – art, baћar – kwiekeb u gћasafar, il-bniedem li jaћkem fuq kollox. Is-smewwiet huma ta’ Alla, l-art taha lill-bniedem.

L-atturi huma – JHWH , l-elohim (l-allat, l-anġli jew esseri divini), il-bniedem u l-annimali. Jekk il-bniedem hu xbieha ta’ Alla mqar sfigurata, imma mhux meqruda, hu ‘enos - jew fraġli u debbli – aktar qrib Alla milli l-annimali. (1Kor. 11,17).

Sebh u gieћ – L-isem ta’ Alla hu ‘addir, sebћ, ’il fuq mis-smewwiet v 2. Imma l-istess bniedem hu mżejjen bi ġmiel u sebћ v 6, hekk li l-glorja ta’ Alla mhix aktar prerogativa regali imma waћda tal-kotra tal-bnedmin. (S 145, 5). Gћall-kittieb ta’ S 8 sehem mill-glorja ta’ Alla hu possibbli u rigal ta’ Alla lill-bniedem. Is-simbolu tal-ġisem jidher fis-saba’, ‘gћemil subgћajk’ v 4, daqsxejn ta’ saba’ ћdejn l-univers; ifhem ukoll l-idejn. Il-bniedem hu rappreżentat minn fomm it-trabi tal-ћalib v 3. Riġlejn il-bniedem huma wkoll simbolu tas-setgћa ћakkiema u tat-trijonf.

Sebgћa huma l-azzjonijiet ta’ Alla bis-simboli tal-ћidma: qegћedt is-sebћ tiegћek ’il fuq mis-smewwiet, (il-kanopew, l-atmosfera) v 3, ‘fihom qegћedt il-qamar u l-kwiekeb’ (il-galassi), v 4. It-tieni serje huma b’riżq il-bniedem, ‘tiftakar’, ‘taћseb fih’, ‘gћamiltu ftit inqas mill-allat’ (l-anġli), ‘żejjintu’, ‘qegћedtu fuq il-ћolqien’. Vv 6-7. Dwar il-bniedem insibu seba’ verbi oћra, tnejn juru l-fraġilitа tal-bniedem, ’enos li tfisser, marradi, imut, u ‘adam (mit-trab), jew ben ‘adam, bin il-bniedem, v 5; hemm ukoll tfal, u trabi tal-ћalib, v 3 li huma f’kuntrast ma’ ‘gћadu’ u ‘min iqum kontrik’ biex jitћallas (minn Alla).

L-aћћar simbolu hu dak ta’ l-isem. L-isem hu l-persuna, u t-tifћir lejha jitla’; jissemma fit-tempju u hemm jitfaћћar. Imma issa t-tempju hu l-univers u l-glorja tingћata hemm fejn jiġi proklamat l-isem. L-isem JHWH kien muri lil Iżrael b’imћabba; imma jidher ukoll l-isem rari ‘adonenu, Mulej tagћna. (L-użu ta’ dan l-isem juri li nkiteb wara l-eżilju). Adon, sinjur hu isem mogћti lil sid (S 124), lir-raġel (S 45, 20), re (110, 1) u Alla (114, 7), Mulej tagћna hu titlu ta’ sultan. L-isem tal-bniedem ‘enos u ben ‘adam hu isem modest u fraġli u bilanċjat meћud minn ‘adon minћabba d-dinjitа li biha Alla libbsu, imfissra bil-verb ebr. masal, jaћkem.

Eseġeżi

It-titlu jirreferi gћal David bћala patrun ideali tas-salm u mhux bћalma jridu xi kummentaturi antiki li fissruh bћala kontemplazzjoni tar-ragћaj żagћżugћ f’lejla miżgћuda kwiekeb fil-kampanja tal-Palestina. It-titlu jsejjaћ lill-mexxej tal-kor li se jakkumpanja fuq il-Gittit, li tista’ tkun arpa filisteja maћduma f’Gat fejn David kien jiġġerra u jinћeba minn Sawl. (2 Sam15, 18). Targum ifisser – fuq ċetra li David ġieb minn Gat.

Antifona vv 2a u 10. Is-salm jiftaћ u jagћlaq b’akklamazzjoni solenni li tiġbor it-tema tas-salm kollu. Hu tifћir lill-isem divin li jitla’ mill-art (‘erets) kollha jew mill-univers u l-popli kollha. L-isem juri l-glorja u l-kobor ta’ Alla bћal S 93, 4, “Aqwa mill-ћsejjes ta’ ilma kotran, aqwa mill-imwieġ tal-baћar, qawwi l-Mulej fl-gћoli.”

Is-setgћa ta’ Alla u l-bniedem. Vv 2b-5.

Fl-art kollha v 2, mhux biss f’Ġerusalemm jew fit-tempju. Tista’ tgћid li hu tagћlim dwar Alla (Teodiċeja naturali) bћal Gћerf 13, 5-9, “Gћax fil-kobor u l-ġmiel tal-ћlejjaq jingћaraf, bћal fi xbieha Min jagћmilhom”. Ara wkoll Rum 1, 20. Il-kobor ta’ Alla jinfirex orizzontalment ma’ l-art kollha u vertikalment ’il fuq mis-sema, fl-univers. Il-glorja hi tal-Ħallieq mhux tal-bniedem li issa hu ‘nanu’ u wara ‘titanu’.

2b. L-innu jiftaћ bi stedina gћat-tifћir: “Int li s-sebћ tiegћek irrid inqim hemm fuq fis-smewwiet” jixbah S 7, 18: “Ngћanni isem il-Mulej, isem Gћoli”. Tifћir li ma jeћtieġx kliem kbir jew oratorija. X’jista’ joћroġ minn fomm it-tfal u t-trabi tal-ћalib? Imqar it-tlaqliq, meta jiltaqa’ mat-tifћir tal-liturġija tas-sema, hu tifћir mill-aqwa. L-ispirtu tat-trabi tal-ћalib hu spirtu ta’ tifћir awtentiku. Ġesщ jikkwota l-verżjoni tas-70 f’Mt 21, 16. Hu l-ispirtu tal-komunitŕ Messjanika. Ġesù hu dik ‘it-tarbija tal-ћalib li titliegћeb fil-ћofra tas-serp’ (Is. 11, 8) jew ukoll fil-kliem ta’ tifћir “Infaћћrek, Missier, Sid is-sema u l-art …” (Mt 11, 25 u 1 Kor. 1, 27-28).

V.3 tifћir lill-ћidma ta’ Alla fl-univers, j-s-d ‘qiegћed il-pedamenti’. Alla qiegћed fis-smewwiet fortizza kontra tlett gћedewwa qawwija imma ma jistgћu jagћmlu xejn kontrieh; huma oppożituri, gћedewwa u vendikaturi, kif jagћtihom G.F. Ravasi. Il-vendetta skond Dt. 32, 35 hi ћidma ta’ Alla biss. Is-sur hu ‘l-medda f’nofs l-ilmijiet’, Ġen1, 6 jew il-qorriegћa li tifred l-ilmijiet ta’ fuq minn ta’ isfel. Alla hu lil hinn u traxxendenti. (ara Ġer. 5, 22; Salmi 74, 13; 104, 9; 148, 6; Ġb 7, 12; 38, 11; Prov. 8, 27). “Faћћru lill-Mulej fil-firxa tas-smewwiet qawwija tiegћu” S 150, 1. Gћalhekk l-gћedewwa huma magћrufa fil-Bibbja: huma Rahab S 89, 12, Levjatan S 74,13, Rafa’im u Nefilim, S 92, 10; 97, 3. Ir-rabbini u l-Missirijiet tal-Knisja jћossu li l-gћedewwa huma l-qawwiet sataniċi, id-dnub ta’ l-anġli li saru ћżiena.

V.4. L-awtur ipinġi xena ta’ lejla bil-kwiekeb li gћal-lhud jimmarkaw is-sena liturġika u gћall-pagani kienu allat żgћar, imqegћdin fis-sema b’sengћa kbira mis-saba’ ta’ Alla. Il-poeta hu msaћћar mill-kobor ta’ Alla, mill-fedeltа ta’ Ħallieq, miċ-ċokon tal-bniedem quddiem l-univers u l-infinit, Alla quddiem l-istess univers.

V.5. U hekk hu l-istagћġib. Dan il-bniedem, ‘enos u ben ‘adam (marid u trab) hu hekk maћbub mill-ћallieq infinit li jasal biex jaћseb (zkr) tant fih hekk li jemmen fih. Taћseb ifisser temmen, (Dt. 8, 18-19) fil-Bibbja; gћalhekk taћseb u tfakkar l-istorja li Alla gћamel miegћek hi stqarrija tal-fidi f’Alla, fil-hesed, imћabba u fedeltа ta’ Alla.

V.b. taћseb fih - tieћu ћsiebu, tћarsu, iżżuru, bil-ћelsien li bih Alla jdawwar lill-bniedem u ‘jżuru bis-salvazzjoni’ (Lq 1, 68; 1, 44). “Il-bniedem li ћdejn l-univers hu trab, vanità, darba gћandu l-adozzjoni divina gћandu kobor li ћadd ma jista’ jqisu”. S. Girgor ta’ Nissa.

Is-setgћa tal-bniedem u Alla. Vv 6-9

V.6. Hawn jibda l-innu lill-bniedem ‘xbieha ta’ Alla’ b’dinjità kważi divina. Id-dikjarazzjoni li l-bniedem qrib ‘elohim. Kif inhu l-bniedem qrib Alla? B’żewġ modi. Is-salm hu mill-ġabra Jahwista , mela ‘elohim hu anġlu, esseri divin; dan jifhmuh is-70, Vulgata u Lh. 2, 7. It-tieni, il-bniedem hu xbieha ta’ Alla (Ġen. 1, 26), ‘elohim jew divin, mela ‘gћamilt il-bniedem ftit inqas minn Alla’ hi l-aktar probabbli. Barra l-fatt li l-anġli ma jidhrux fis-salm, kien ikun ifaqqar il-konfront kieku kellha tidћol kreatura oћra. Il-paragun hu ma’ Alla u mhux ma’ l-anġli. Nifhmu wkoll li l-paragun hu dwar in-natura ta’ l-anġli mhux il-funzjoni tagћhom, dik ta’ messaġġier. “Int gћamiltu bћal Alla”, “gћamiltu ftit inqas minn Alla”.

V 6b. Hu simboliżmu regali, tant li sebћ u ġmiel huma attributi ta’ Alla li jingћataw lis-sultan (S 21, 6) il-Messija–sultan rebbieћ fuq l-gћedewwa bniedem” (S 80, 18), hu l-bniedem li jaћkem fuq il-ћolqien (Ġen.1, 26 w). It-tlett nomi kabod (sebћ) u hadar (ġmiel) flimkien ma’ kuruna (Ravasi jittraduċi ‘inkurunajtu’ flok żejjintu), huma simboli ta’ sultan, tal-ferћ ta’ festa ta’ tieġ, (Gћanja 3, 1). Hu Alla li jagћtih funzjoni ta’ sultan floku fuq il-ћolqien. G. Ebeling jikteb: “Il-bniedem sultan, xbieha ta’ Alla fuq l-art, mhuwiex bniedem wieћed, xi sultan li jћossu ’l fuq mill-bqija, u jiddisprezza waqt li jaћkem, imma hu kull bniedem…gћax kull bniedem gћandu d-dinjitа li dak is-sultan ippretenda gћalih innifsu u gћalhekk ġieb ruћu ћażin ma’ l-oћrajn.”

Vv 7-9. “Kollox…” Il-ћakma tal-bniedem fuq il-maћluq m’gћandhiex limiti; espressjoni ta’ responsabbiltа tal-bniedem u ta’ fuduċja min-naћa ta’ Alla. Hi setgћa mogћtija minn Alla ‘fuq l-gћemejjel kollha ta’ idejh’. Dan juru r-rakkonti ta’ Ġen 1 u 2, kif ukoll il-patt li Alla gћamel ma’ Noe: “U jkun il-biża’ tagћkom fuq kull ћliqa ћajja fuq l-art u fuq it-tajr ta’ l-ajru u fuq kull ma jitkaxkar fuq l-art u fuq il-ћut tal-baћar; u jitriegћdu quddiemkom; f’idejkom nerћihom”. Ġen 9, 2. Gћalhekk jgћaddu quddiem il-bniedem nagћaġ u baqar, gћasafar u ћut, bhejjem tax-xagћri u kull ma jterraq fil-baћar. Il-bniedem hu fiċ-ċentru tal-ћolqien, hu maћluq imma wkoll ћakkiem, responsabbli mill-ћarsien u l-iżvilupp ta’ l-istess ћolqien. La l-egoiżmu u l-anqas kull xorta ta’ vjolenza m’gћandhom iћassru l-ordni li gћamel il-Ħallieq.

Gћeluq. V 10. Ftuћ u gћeluq ikantaw il-Ħallieq.

 

Ermenewtika tas-Salm 8.

Is-sur li Alla bena fis-smewwiet hu bћal qawsalla (Ġen 9) li jfakkar il-ћsieb li Alla jieћu tal-maћluq, u l-bniedem mhux mitfugћ ’l hawn u ’l hinn mill-enerġiji tal-kaos bla lġiem. Gћalhekk kif jgћid K. Barth, “Alla hu l-ewwel pilastru tat-trianglu tas-salm, it-tieni l-univers u t-tielet il-bniedem.” Dwar il-bniedem is-salm jitkellem bћal Ġen 1 u 2.

L-ermenewtika ġdida tas-Salm, fid-dawl tat-TĠ u ta’ Kristu, tiżvolġi madwar it-test ta’ l-Ittra lil-Lhud 2, 7 -- ir-rabta ta’ aћwa li bl-Inkarnazzjoni, Kristu ntrabat ma’ l-umanità. Vv 6-7 huma vv 5-6 tas-Salm 8 (skond is-70), anġli flok ‘elohim. Kristu mela jirrestawra l-univers bl-umanità tiegћu u bil-glorja li kiseb fil-qawmien, hu l-Qaddej li jbati. Hekk S 8 isir profezija ta’ Kristu Rxoxt li joћloq il-bniedem il-ġdid u ordni ġdid. L-istess Pawlu f’1 Kor 15, 26-27 jikkwota S 8, 7 “L-aћћar gћadu li jinqered tkun il-Mewt; gћaliex Alla qiegћed kollox taћt riġlejh...” u dan skond Pawlu f’Fil 2, 6-7 Ġesщ jwettqu gћax umilja ruћu bl-Inkarnazzjoni u l-Mewt tiegћu u bil-Qawmien glorjuż tiegћu rebaћ u qered il-mewt biex ma taћkimx aktar fuq il-bnedem.

Skond 2 Pietru 1,17 din il-glorja tal-bniedem perfett, Kristu, dehret ukoll fit-Trasfigurazzjoni meta “ hu ћa minn gћand Alla l-Missier ġieћ u sebћ, u leћen mit-Tron Glorjuż instema’ jgћid gћalih: “Dan hu Ibni, l-gћażiż tiegћi, li bih jiena nitgћaxxaq.” Fl-istess linja Kristoloġika toqgћod ir-riflessjoni ta’ Pawlu dwar l-ewwel u t-tieni Adam li sar ‘Spirtu li jagћti l-ћajja’ 1 Kor. 15, 45. L-istess umanitа qed tistenna mxennqa dan id-destin inawgurat minn Kristu bil-Qawmien tiegћu.

Biex f’dan is-Salm tkun evitata xi forma ta’ kburija tal-bniedem umanista, hi meћtieġa riferenza gћal Kristu, “li hu dija tal-glorja ta’ Alla u xbieha ta’ l-essenza tiegћu…” Lh 1, 3, li jaћkem fuq id-dinja bil-paċi u l-imћabba u jhejji ‘sema ġdid u art ġdida’ 2 Pt 3,13. Jekk xi ћadd jaћseb f’innu ta’ billejl, ћa jkun mћabbar dak il-lejl meta l-umanitа li ћa fuqu Kristu tarbija, “(inkurunat) bis-sebћ u l-ġmiel imżejjen".

Dun Ġorġ Mangion, illum 3 ta’ Marzu 2008

Mill-Kitbiet ta’ Dun ĠorġNisġa