Salm 9-10

Fqar u gћonja kontra xulxin:

Jahweh Midd idek u gћinni

"Qis li ma tivvintax talb; bl-umiltà kollha, itlob bil-ktieb tal-fqar fl-ispirtu u stenna” . U min huma l-fqar fl-ispirtu? Gelin A. jgћid li dan is-salm jagћtina min huma l-anawim, dawk li jagћarfu l-isem ta’ Alla, dawk li jfittxu l-Mulej. Dan hu fil-qosor dak li jiddeskrivi Salm 9-10, kif insibuh fil-verżjoni tas-70 u li t-Test Masoretiku (TM) jaqsmu fi tnejn: hekk inћolqot id-drawwa li ngћoddu b’żewġ numri s-salmi bejn 9-10 u 146-147.

M’hemmx dubju li hu salm wieћed kif jixhed il-ћsieb u fil-fatt li, kull strofa tibda b’ittra ta’ l-alfabett, jew hu salm akrostiku; dan jgћin biex wieћed jiftakru aћjar gћalkemm iqammgћad xi ftit l-iżvolġiment tal-ћsieb. Ilkoll nafu li l-Ktieb tal-Lamentazzjonijiet hu akrostiku wkoll, u kemm hu sabiћ u kemm napprezzaw il-ћsieb u l-poeżija tiegћu.

Is-salm gћandu binja triangulari – il-fqir, Alla mћallef u sultan, u l-ћżiena inġusti (in-nazzjonijiet), skond E. Podechard li jgћid: Ix-xorti ta’ l-umli u twajjeb dejjem imkasbar mill-ћżiena u Alla li jintalab jidћol biex irażżan il-ћażin u jeћles lil dawk li jaqgћu vittmi tal-persekuzzjoni” . Imm’ejja qabel xejn nagћtu ritratt tal-Fqir ta’ JHWH, l-ani/anawim.

Min huma l-Fqar ta’ JHWH

L-ewwel li niltaqgћu hu mal-kelma ‘ani’ (10, 2.9) u fil-plural (9, 13; 10, 12) u l-kelma l-oћra ‘anawim jew anawwim’ (10, 17; 9, 19). Aktarx li s-sens hu ta’ min imil quddiem xi ћadd, jew ta’ xi ћaġa li tant hi rqieqa li ma żżommx wieqfa dritt, jew ta’ xi ћadd li ma jistax jgћolli rasu quddiem min hu kbir, setgћan. Hu dak li maћkum, sar vittma quddiem l-inġusti, quddiem dawk mingћajr Alla.

Fil-Bibbja, barra minn Num 12, 3, insibuh aktarx fil-plural, anawin, li mhumiex persuni li ma jafux jieqfu s-setgћana, l-inġusti u gћalhekk magћkusin, vittmi tas-setgћana, imma huma nies umli, meqjusa u mansweti li l-ћlewwa tagћhom tinbidel f’fiduċja umli lejn Alla.

Insibu wkoll il-kelma ‘ebjon’ (9, 19) li f’Iżrael tidher fis-seklu 9, fi żmien il-boom ekonomiku tas-saltna ta’ fuq li dwarha jitkellem Gћamos. Tinћoloq faxxa ta’ nies fil-bżonn jew imxennqa; jixtiequ gћax fil-bżonn u neqsin mill-meћtieġ gћall-ћajja xierqa, imwarrbin u imżebilћin mill-klassi gћolja, mis-sidien ta’ l-art li jixtruhom ‘gћal par qrieq fis-swieq ta’ Samarija’. (Gћam 2, 6; 8, 6).

It-tielet kelma hi ‘dak’ (9, 10; 10, 18), magћkus ; hu dak misћuq u mgћakkes, fil-ћajja soċjali u politika. Insibu wkoll ‘hlk’ (10, 8;10, 14), il-bniedem imsejken, gћal kollox mirbuћ (overwhelmed) li hu ‘naqi’ (10,8) jew innoċenti li l-Bibbja spiss titkellem fuqhom bћala nies vittmi ta’ mћallfin bla kuxjenza u korrotti. Dawn ukoll spiss huma ltiema ‘jatom’ (10,14.18) jew fqar mitluqin minn kulћadd. Gћalihom Alla hu ‘go’el’, difensur, jidћol gћalihom gћax hu missier l-orfni, missier dawk bla missier. (S 68, 6).

L-ewwel li beda jistudja l-problema kien Rahlfs fl-1892 li iddistingwa bejn ‘ani’ – il-fqir f’sens soċjali, u ‘anawim’ - il-fidil ta’ JHWH, grupp ta’ nies ta’ żmien l-eżilju u wara l-eżilju. Fil-fatt il-predikazzjoni profetika ma tagћmilx distinzjoni imma tidentifika l-fqar f’sens soċjali mal-ћbieb veri ta’ Alla. Minћabba l-eżilju, l-Iżraeliti kienu tassew il-fqar u l-maћqura u fit-Tieni Isaija hu titlu ta’ unur tal-poplu ta’ Alla.

Wara l-eżilju il-fqar ta’ JHWH kienu dawk li jqimu lil JHWH kontra l-potenzi internazzjonali gћedewwa u fl-istess waqt inћoloq grupp bћal kważi partit ta’ anawim li kienu jiddefendu t-teoloġija Jahwista u l-ġustizzja soċjali. Gelin. A. jorbothom ma’ Sofonija (seklu 7) u jara f’Ġeremija l-figura ideali u fil-profetiżmu tat-Tieni Isaija, l-art gћammiela tal-Qaddej ta’ JHWH bl-erba’ kantiċi tiegћu.

Mowinckel bl-iskola Skandinava warajh, ċaћad din l-idea ta’ klassi jew setta, mhumiex partit, qal, imma l-istess Iżrael maћqur u maћkum mill-popli barranin u gћalhekk billi t-tama waћdanija tagћhom kien JHWH, huma l-fqar ta’ JHWH.

Gћalhekk G.F. Ravasi jikkonkludi li m’gћandniex fis-Salmi identikit tal-fqar imma skema ta’ atteġġament ta’ nies foqra. Alla jћares, jiddefendi, isalva u jifdi l-fqar, (18, 28; 22, 25; 34, 7; 35, 10; 69, 30; 72, 4.12; 82, 3), ma jinsihomx (40, 18; 70, 6) jagћmlilhom ġustizzja (140, 13). Il-fqir isebbaћ isem il-Mulej (74, 21) u jitolbu jagћtih widen (25, 16; 74, 19; 86, 1; 109, 22). Iżrael maћqur u soċjalment sfruttat u waћdu, isir il-fidil li t-tama waћdanija tiegћu hu Alla, u mhux xi skema soċjali. Il-fqar isiru Iżrael fil-kwalità tiegћu ta’ poplu qaddis qaddej ta’ Alla, li ‘niżżel is-setgћana minn fuq it-tron u gћolla l-umli” (Lq. 1, 52). Salm 9-10 hu gћalhekk gћanja lil dawn il-fqar li huma b’xi mod il-poplu, imma jippreżentaw il-fidili veri maћqura u magћkusa.

Meta nkiteb

Dwar meta nkiteb is-Salm, kważi kulћadd jaqbel li hu ta’ wara l-eżilju, ta’ żmien id-djaspora; il-binja fuq l-alfabett, l-eskatoloġija reliġjuża, il-bibien ta’ Sijon flok dawk tat-tempju 9, 15, u l-gћażla tal-kliem biex jiddeskrivi l-fqar kollox juri dan. Jista’ jkun li kien hemm xi verżjoni eqdem imma m’gћandna ebda ћjiel ta’ dan. Seta’ kien salm ta’ l-anawim ta’ żmien il-profeti. Mhux biss, imma s-sentimenti varji (tama u dwejjaq, ferћ u tbatija, tama u toqol) kif ukoll l-motivi kontra xulxin li fih, (ћelsien u oppressjoni, fqir u setgћan, Alla mћallef u sultan li jinћeba) flok tnejn kif jagћtihom it-test Masoretku, wieћed jaћseb li setgћu kienu tlieta.

Kif naqsmuh

Hu salm b’kurrenti ta’ ћsieb differenti, wieћed wara l-ieћor bћall-ћalel tal-baћar. Hu talba, sejћa gћall-ћaqq imma ma jonqosx ir-radd il-ћajr; JHWH hu sultan u mћallef fuq tron, f’Sijon u gћalhekk ma naqsux dawk li raw fih liturġija quddiem l-arka jew fit-tempju, (9, 5;10, 16).

1. Tifћir lil JHWH mћallef (9, 2-13). Hu kredu mimli entużjażmu vv 2-3 li lil JHWH bilqegћda fuq it-tron jingћatawlu żewġ kwalitajiet, imћallef u salvatur tal-fqir.

2. Sejћa lil JHWH imћallef, (9,14-21). Fl-istorja hemm żewġ destini:

a. Tama ta’ ћelsien gћall-fqir, u ġudizzju gћall-ћżiena.

b. Talba lil JHWH sultan u mћallef . S 10.

Ilment qawwi mibni fuq il-ћażin li jsaltan u l-fqir li hu maћqur. Vv 2-13.

It-tieni sejћa, hu Alla jidћol bejn il-qawwi u l-ġust mgћakkes. Vv 14-18.

Is-Simboli: Alla ġust kenn tal-fqir

Fl-ewwel post is-simboli tal-gwerra. S9, 4 bl-gћedewwa jitfixklu u jerġgћu lura fit-taqbida, bliethom meqruda u tifkirithom mitlufa, v 7 “Qumah”, qum 9, 20 hi gћajta gћall-ћaqq, dak li jitlob is-salmista minn JHWH li jiġi bћala xhud jew avukat difensur biex jiddefendih. Hu Alla l-gћoli v 3, hu l-Mulej li joqgћod f’Sijon v 12, li l-qagћda tiegћu bilwieqfa turi t-traxxendenza u l-kobor ta’ Alla ġust li jagћmel ġustizzja ġejja mill-gћoli. “JHWH melek”, hu sovran li jġib il-ġustizzja gћall-ġust f’dinja mirkuba mill-qawwija inġusti.

Wara dan gћalhekk gћandna s-simbolu ta’ sigurtà, kenn, ‘ta’ l-iltim inti l-gћajnuna’. S10, 14. Fil-gћoli jitqiegћed l-imsejken, S 9, 10, fuq blata fuq l-gћolja ta’ Sijon, v 12, toqgћod il-klassi kollha ta’ l-imsejknin. Il-ћżiena ma jaslux sa hemm gћax gћolja bћas-smewwiet huma l-ġudizzji tiegћu, S 10,5, imqar meta jeћodhom biċ-ċajt. ‘Il-ћażin jgћid f’qalbu: “Ma niċċaqlaqx” (jistћi jgћid bil-kliem), imma dak li ma jiċċaqlaqx hu l-imsejken li hu mismugћ; meta Alla jitkellem, il-ћażin ma jbeżżgћax aktar.

Il-bniedem tal-Bibbja bejn il-mewt u t-tama

Minn dawn is-simboli jgћaddi ‘gћall-bibien tal-belt ta’ Sijon’, S 9, 15, mela Sijon (il-parti gћall-belt sћiћa) simbolu ta’ ћajja u ta’ ferћ, li hi l-oppost ta’ ‘bibien il-mewt’. Il-ћsieb li jkidd lill-bniedem tal-Bibbja hu li jixtieq li mhemmx ћajja oћra, li meta jmut jintesa’ gћal kollox, gћax il-ћsieb li sejjer lejn il-mewt u qiegћ l-art ibeżżgћu. Il-bibien ta’ Sijon huma bћal oasi ta’ ћajja f’din l-art, il-ћajja lil hinn mill-mewt, (l-eskatoloġija) gћad mhix magћrufa gћal kollox. “Gћax mhux Art l-Imwiet li troddlok ћajr, anqas il-mewt ma tfaћћrek. Ma jittamawx fil-fedeltа tiegћek dawk li jinżlu fil-ћofra...” (Is. 38, 18 - 19).

It-tempju gћalhekk hu l-imkien li kontra tiegћu jikkumbattu bla ma jagћmlu xejn is-setgћat tal-ћażen u tal-mewt. U jidћlu s-simboli tal-kaċċa – xibka u ћofra minsuba biex jaqbdu l-bhima. Fid-dnub hemm diġа l-kastig jhedded. S 10,8-9 Il-qawwi hu bћall-bhima tal-kaċċa dejjem moћbi fil-masġar lest biex jaqbeż fuq il-priża, li jonsob gћall-fqir u l-ġust, imma jispiċċa hu maqbud fix-xibka u fil-ћofra li nasab; dan mhux ћaġa oћra ћlief id-dnub.

Jidher ukoll il-wiċċ S 9, 4, li juri l-preżenza ta’ Alla li l-ћażin jaћseb li qiegћed tant ’il bogћod, hemm fuq fil-gћoli, li ma jarax, ma jismax, ma jimpurtahx minn dak li gћaddej minnu l-maћqur li jsejjaћlu. Jasal biex jaћseb li ma jeżistix; dikjarazzjoni ta’ ateiżmu bibliku (Salm 14). Imma Alla jidћol gћall-fqir li jsejjaћlu (S 9, 20; S 10, 12) jieћu s-sitwazzjoni f’idejh S 10, 14, jisma’, ma jinsiex S 10, 12, u b’imnifsejh jonfoћ – jew jiddisprezza l-ftaћir tas-setgћan.

Esiġeżi

Tifћir lil Alla mћallef. (S 9, 2-13)

Ir-radd il-ћajr tal-bidu hu kollu ferћ – erba’ verbi, infaћћrek, nithenna, nifraћ u ngћanni. Gћaliex? Gћax Alla gћamel ћwejjeġ ta’ l-gћaġeb gћall-poplu tiegћu meta wrieh li sama’ l-kawża ġusta tiegћu, daћal gћalih u rebbћu fuq l-gћadu skond il-wegћda li gћamel miegћu li jkun Alla tiegћu u l-poplu tiegћu. Dan hu fil-qiegћ tal-kredu ta’ Iżrael (Dt 5-9; Goż 24, 2-13). Dan li jgћodd gћall-poplu sћiћ, jgћodd gћal kull wieћed mill-poplu u kontra. Dak li sar fl-Esodu kontra l-Fargћun favur il-poplu hu garanzija li jsir kull darba li l-poplu jew kull wieћed isejjaћ ’l Eljon – Alla l-gћoli - kull darba li jkun maћqur u mgћakkes mill-gћadu, bћalma kien fl-Eġittu.

Eljon hu attribut ta’ Alla sa qabel il-poplu sar Iżrael, (Ġen 14, 18) u hu tipiku tal-qima fit-tempju ta’ Ġerusalemm; juri l-linja vertikali, t-traxxendenza ta’ Alla li tingћaqad ma’ l-imћallef ġust qiegћed fuq it-tron. L-imћallef ġust jeqred gћal dejjem il-ћżiena billi jċanfar, iћassar isimhom, imћarbtin jintemmu u xejn ma jibqa’ minn bliethom biex sat-tifkira tagћhom jeqirdilhom. Il-verbi użati f’dan l-aћћar vers 7 juru l-ћerba li ssir mill-idoli li kienu jqimu aktar milli ћaġa oћra.

Is-‘sofet sedeq’ hu JHWH, tema favorit tal-profeti (Ġer 11, 20) u tas-supplika gћaliex hu l-ћallieq li kollox jista’ jagћmel gћalhekk il-ġudizzju li jagћmel hu sewwa, etern u ġust. Vv 8-9. Jgћaddi hawn biex ifaћћar ’l Alla, gћaliex kull meta l-Lhud kienu jitilgћu f’pellegrinaġġ lejn it-Tempju, kienu jtellgћu magћhom mill-ibliet il-kawżi kollha quddiem JHWH u jqegћduhom quddiemu. Kienet drawwa ġejja minn Salmun li “Bena wkoll is-sala tat-tron fejn kien jamministra l-ġustizzja...” (1 Slat 7, 7). Imma hawn riferenza gћad-dinja kollha, v 9 u l-popli kollha fil-kwadru tal-ћolqien meta JHWH rebaћ l-gћedewwa tal-bidu, id-dlam, il-kaos u l-baћћ, kif ukoll l-gћedewwa storiċi tal-poplu. Kliem ta’ ġudizzju u ġustizzja jilћqu waћda fuq l-oћra fuq fomm is-salmista.

L-imћallef ġust iћares l-imgћakkes u ta’ dan ifaћћru v 12; fih biss jittama, hu l-kenn tiegћu v 13. V 11 jagћtina xi ћaġa sabiћa dwar il-fqir: hu bniedem li jittama, ’jagћraf lil ismek’ jew hemm rabta ta’ gћarfien, imћabba, rieda u gћamil, ifittex lil Alla b’mod kostanti u fidil, u gћalhekk żgur li jsibu, u qatt m’hu waћdu, mitluq gћal xorti ћażina. Bћalissa jћossu abbandunat, S 10, 1, imma hu żgur li ma jdumx ma jara l-wiċċ ta’ Alla jiddi bl-imћabba.

Wara s-sejћa gћat-tifћir, jagћti definizzjoni ta’ Alla v 13, li ‘jitћallas mid-demm’ imxerred bla ћtija (Ġen 4, 10-11; 9, 5-6). Il-go’el kien jitћallas mid-demm imxerred billi jxerred id-demm u hekk jiżdiedu l-imwiet. Imma Alla jidћol b’Ibnu biex jitћallas mid-dnub bid-demm ta’ Ibnu li b’mewtu jagћti l-mewt lid-dnub u lill-mewt (Lh 12, 24).

Ma Jinsiex gћajat l-imsejknin jew jiftakar l-imsejknin. Tinsa’ hi mewt, ma tiftakarx id-dnub huwa taћfru, tћassru. Hekk waqt li ma jinsiex l-gћajat tal-fqir, jiftakar fih fil-ġudizzju ġust li jagћmel. Hemm test f’Is. 5, 7 fejn ‘sedaqah’ u ‘se’aqah’ juru n-niket ta’ Alla quddiem il-bdiewa infidili.

"Huwa stenna ġustizzja, (sedaqah)

u araw sab tixrid ta’ demm,

stenna s-sewwa, u araw

sama’ l-gћajat tal-maћqura”. (se’aqah)

Appell lil JHWH imћallef. (S 9, 14-21)

Dan l-appell jinqasam f’erba’ kwadri żgћar b’kuntrast f’kull wieћed – Alla jerfa’ l-fqir u jxejjen lil dak li jaћqru, lil dak li jagћmel lilu nnifsu alla, gћax ћadha kontra l-pjani ta’ JHWH. L-ewwel kwadru jibda b’imperattiv - talba: “Ħenn gћalija, Mulej...” ara vv 14-15. Alla mhux biss jara l-qagћda li fiha jinsab l-imgћakkes li jitolbu imma jibdilhielu. Hu jagћti l-ћajja lill-ġust u jeћilsu mix-Xe’ol u jqegћdu f’bibien il-belt ta’ Sijon, il-belt ta’ Ġerusalemm. Mqar jekk hi belt ta’ din l-art, l-idea tal-ћarsien ta’ Alla fil-belt xbieha ta’ dik tas-sema hemm riferenza ċara gћall-eskatoloġija, tal-ferћ u foћrija tal-ћelsien.

It-tieni kwadru – vv16-17. Xena tal-kaċċa fejn il-kaċċatur jsir vittma tal-pjani qerrieda tiegћu. Meta Alla jidher, jgћarraf lilu nnifsu u jagћmel il-ћaqq billi l-ћażin jaqa’ vittma tal-ћażen tiegћu u jeqred lilu nnifsu.

Iż-żewġ destini jerġgћu jidhru fit-tielet kwadru, vv 18-19. Ix-xe’ol , destin il-ћażin hu nofs ћajja; mhux hekk dak tal-ġust li jmur ukoll fix-xe’ol, taћt l-art, art l-imwiet, imma billi kien jiftakar f’Alla, Alla issa jiftakar fih v 11, u hekk it-tama tal-fqir ġust tirbaћ il-mewt u art l-imwiet, kif l-imћabba ma tintrebaћ qatt. (Gћan 8, 7).

Ir-raba’ kwadru vv 20-21, Imperattiv-talba oћra, “Qum Mulej…” Alla imћallef gwerrier, Alla li jsalva. Il-bniedem hu ‘enos, kelma li turi l-fraġilità tal-bniedem, fil-frażi ta’ V. Hugo, Titanu-nanu, li jisfuma fix-xejn hekk kif iqum biex jeћodha ma’ Alla. Hu mimli biża’ gћax quddiem il-kobor ta’ Alla jintebaћ bix-xejn tiegћu. “Tiġġarraf il-kburija tal-bniedem, u titniżżel is-suppervja tal-bniedem; u dakinhar jitgћolla waћdu l-Mulej”. Is. 2, 17.

L-aћћar talba, S 10

“Gћaliex Mulej…” V 1 hu appell drammatiku li jagћti bidu gћal appell-ilment dominat minn żewġ ideat tat-teoloġija salmista – il-ћażin jitgћolla waqt li t-tajjeb hu umiljat. Bћal Ġob, (Ġob, SS 49, 73) jistaqsi dwar Alla li jinћeba meta wieћed jeћtieġu. Alla hu maqtugћ, ’il bogћod waqt li hawn fl-art is-setgћan inġust jaћqar il-ġust u l-fqir bla gћajnuna ta’ ћadd. Ix-xorti tal-bniedem jinqalbu hawn bћal fil-Kristjaniżmu ta’ Luqa, fejn barkiet u saћtiet (Lq 6, 20 - 26) huma flok il-barkiet ta’ Mattew (Mt 5, 3 - 12) u bћal ma nsibu fil-parabbola tal-gћani wikkiel u Lazzru l-fqir bil-ġuћ (Lq 16, 19-31).

Il-fqir hu persegwitat, minsub u maqbud bћal priża li malajr tinqabad mill-qawwi setgћan. Mis-singular jaqleb gћall-plural, minn kategorija kollettiva gћall-kotra tal-fqar. Il-ћażin arroganti jintrefa’ fuq il-fqar mirbuћa u fi kburitu jkasbar lill-Mulej. Hu l-ћażin, ‘rasa’, tal-Proverbji li ma jqisx li l-istess ћajja, ‘nefes’, hi gћotja ta’ Alla. (Ġen 2, 7). Hu rgћib, alla tiegћu huma l-flus, u korrott f’qalbu.

V.4 hu ripetizzjoni ta’ din l-imġieba ћażina ta’ bniedem ateu bibliku – dak li ma jqisx ’l Alla f’dak li jaћseb u jagћmel gћax gћalih Alla jeżisti imma ma jimpurtahx, hu maqtugћ mir-realtà tal-ћajja. Din hi t-teżi ta’ Salm 14, ateiżmu prattiku, gћal-lhudi ma teżistix teorija. Din iċ-ċaћda ta’ Alla mir-realtà tal-ћajja hi l-iskuża biex wieћed iġib ruћu b’mod inġust u hi r-raġuni wara kull tbatija tal-bniedem ġust. (S 49, 18; 53, 2; 73, 8.9; Gћerf 2, 6-20; Ġb 22, 13; Ġer. 5,12).

“U jiġri f’dak iż-żmien, f’Ġerusalemm nagћmel tfittxija kif imiss bid-dawl, u nikkastiga n-nies li, nkallati fit-tartru maћmuġ tagћhom, jgћidu f’qalbhom: “ma jagћmel il-Mulej la ġid, lanqas deni." Sof 1, 12.

Vv 3-4. Ikompli r-ritratt tal-bniedem ћażin; it-triq (derek) il-proġett ta’ ћajtu xejn ma jfixklu, kollox imurlu tajjeb, ebda oppożizzjoni ma jsib fi triqtu. Mhux biss imma hemm is-suppervja ta’ min ma jimpurtahx mit-tbatija tal-ġust u mill-liġi morali ta’ Alla. Imaqdar ’l Alla u t-toroq tiegћu ; jerġa’ jidher hawn l-ateiżmu taћt forma oћra. Lil Alla ma jfittxux, Alla ma jidћolx fi ћsibijietu, jew hu alla tiegћu nnifsu. “Ma niċċaqlaqx” jgћid f’qalbu, (ara S 14, 1) u daqslikieku kien xi alla – minn nisel gћal nisel – frażi biblika gћal min ifaћћar ’l Alla, li turi prerogattiva tal-ġust, filwaqt li l-istabbiltaа jeћodha gћalih.

V 7 ikompli jżid il-kuluri ћajjin f’dan il-kwadru: fomm mimli inġustizzja, saћta, qerq, ћażen fuq fommu u gћawġ u ћsara fi lsienu. Ħażna kbira ġo fommu bћal ġo fossa, u fuq ilsienu lest it-tmaqdir u kliem iebes.

Vv 8-9 hi xena tal-kaċċa. Tistћajlu xi bhima selvaġġa midfura fost l-arbuxxelli, gћassa ћdejn il-bejta u lesta biex taqbad il-vittma msejkna biex jiżbranaha. “Taqbad int il-priża gћall-iljuna, u ittaffi l-ġuћ tal-frieћ tagћha, xћin ikunu mixћuta fl-gћar tagћhom jew jissajjaw fil-moћbi gћall-ћatfa? Ġob 38, 39-40.

V 11 jirrepeti l-ћsieb ta’ vv 4-6 – il-ћsieb tal-ћażin li jaћseb li Alla ‘nesa’, ћeba wiċċu, ma jћarisx iżjed’. Dak li hu qed iġiegћel il-ġust fqir ibati, jfissru bћala assenteiżmu ta’ Alla, indifferenza, inћeba ma jimpurtahx. Hu l-ateu perfett tal-Bibbja, Alla maqtugћ mill-istorja tal-bniedem fqir u ġust. Il-ћażin bla skruplu jaћqar il-ġust ta’ Alla.

Vv 12-13. Appell bћal dak li gћalaq S 9, 20-21 bid-differenza li jitlob ’l Alla, imћallef-gwerrier li s’issa kien ’il bogћod, biex jaqbeż gћalih quddiem it-tehdid tal-ћażin. Jistieden ’l Alla jitqabad maġenbu msejken bћal fi żmien l-Esodu (Es 6, 6; Dt 4, 24) - jerfa’ idu – u jaqbeż gћall-fqir imkasbar. Il-ћażin jasal biex jgћid li Alla tant ma jimpurtahx li jaћseb li ma jfittxux, ma jistaqsihx, “x’gћamilt?”

Vv 14-18. Alla jidћol u jaqleb ta’ taћt fuq l-imġieba u r-raġunament tal-ћażin. Dan ikanta s-salmista u hu tweġiba kelma b’kelma gћat-tehdid tal-ћażin. JHWH jidћol biex jaqbeż u jsalva l-imsejken li jintelaq f’idejh. Hu ra l-gћawġ u l-ћsara u ћa f’idejh il-kawża tal-ġust, tal-fqir u l-iltim jew l-armla “hu li jżomm lill-iltim u lill-armla” (S 146, 9); dawn ikun żguri meta jintelqu f’dirgћajn Alla gћax fil-ћajja m’gћandhom f’ћadd ieћor f’min iserrћu. V 15 hi ġustizzja vendikattiva jew li titћallas tal-ћażin; id-driegћ hu simbolu tal-poter. V 16, JHWH hu sultan u Mulej, ‘gћal dejjem ta’ dejjem’ jibbilanċja v 6, ‘minn nisel gћal nisel’.

Vv 17-18. Hi talba li tagћlaq is-salm, att ta’ fidi fil-ġustizzja ta’ Alla. JHWH jisma’ t-talba ta’ l-anawim u jsalvahom. Hi ġustizzja salvifika gћall-orfni, fqir jew ġust maћqur, hi ġustizzja retributtiva gћall-bniedem ‘enos’, li nesa’ li hu trab u qiegћed lilu nnifsu bћala mћallef kburi ta’ l-istorja mhux biss imma ћadha f’idejh. Talmud jaqra dan il-vers fis-sens ta’ talba bћas-Sebgћin – dawwar widintek gћat-talba ta’ qalbhom, u jikteb:”L-gћorrief tagћna jgћallmu: min jitlob jeћtieġlu jdawwar qalbu lejn is-sema”. Abba Shaul jgћid:”Hemm enfasi gћal dan fis-Salm 10, 17 – int iddawwar qalbhom lejk u tagћti widen gћat-talba tagћhom”.

Hekk tagћlaq din it-talba li hi meditazzjoni fuq il-misteru ta’ Alla u s-skiet tiegћu, il-misteru ta’ l-inġustizzja u d-dnub oriġinali tal-bniedem kburi, fuq l-istorja u d-destin tal-fqir u l-ġust maћqur, fuq il-ġlieda gћall-ġustizzja u t-tama.

Dun Ġorġ Mangion, illum 28 ta’ April 2007

Mill-Kitbiet ta’ Dun ĠorġNisġa