Salm 11
Jahweh hu t-Tama tiegћi
Gћajnejh jiflu l-bnedmin
Hu lirika ћelwa gћalkemm ċkejkna, mimlija kalma u sliem, b’messaġġ ċar. Salmi 11 sa 14 huma salmi ta’ fiduċja. L-isem JHWH (Mulej) insibuh imqassam fil-bidu, tlett darbiet fil-qalba tas-salm, vv 4-5, u fl-gћeluq fejn joffri l-ћsieb tas-salm f’forma sapjenzjali. JHWH hu ‘saddiq’ ġust u jћobb l-gћemejjel ġusti ‘sedaqot’; il-bniedem ‘jasar’ rett, jara wiċċu.
JHWH hu Alla ta’ mћabba li jsalva lil min jistkenn fih; hu Alla li mhux indifferenti quddiem it-tajjeb u l-ћażin li jsofru l-bnedmin u jidћol biex isalva l-ġust. Din hi t-teoloġija ta’ l-alleanza. Il-ġust hu xbieha ta’ Alla, kważi ћaġa waћda, natura waћda. “Alla ta’ kelmtu u ma jqarraqx; kollu ћaqq u kollu sewwa” (Dt 32, 4).
Gћalhekk il-ġust jara wiċċu, jidћol f’gћaqda miegћu, kontemplattiva w unitiva. Soltu din l-espressjoni tfisser li l-ġust jidћol fit-tempju fejn ebda ћbit ta’ l-gћadu ma jilћqu gћax hu f’post imћares sewwa u hemm ix-Xekinа. Imma oћrajn jaћsbu li jkun ‘maћtuf’ gћal ћdejn Alla bћal Enok u Elija, li hija xi ftit kmieni biex tiġi f’moћћ is-salmista. Jekk ngћaqqduhom flimkien, il-ġust jagћmel esperjenza ta’ Alla tant qrib tiegћu bћallikieku jiltaqa’ miegћu fit-tempju, mhux f’xi liturġija imma f’esperjenza reliġjuż
a u eżistenzjali jew eskatoloġika qabel il-waqt.Nisimgћu din it-talba tal-fiduċja tal-ġust vittma tal-persekuzzjoni tal-ћż
iena u nqawwu qalbna bil-kelma ta’ Ġesù: "Fid-dinja tbatu jkollkom. Iżda agћmlu l-qalb: jiena rbaћt id-dinja”. (Ġw. 16, 33).Dan is-salm ta’ fiduċ
ja gћandu żewġ persunaġġi-atturi – Jiena u Inti. Il-Jiena hu ċar, wieћed li qed jitlob talba spontanja li titla’ lejn Alla minn esperjenza ta’ ћajja iebsa. It-talba tiegћi, jew aћjar tagћna, meta l-esperjenza ta’ wieћed issir dik ta’ ћafna, tal-komunitа. Gћalhekk bosta rawha t-talba tal-poplu li jistqarr il-fidi tiegћu meta s-sћab iswed ta’ xi ћbit ta’ forzi ta’ l-gћadu jibda jinġabar.Jista’ jinqasam
f’żewġ strofi żewġ kwadri, traġedja f’żewġ atti. Quddiem qagћda hekk iebsa u bla tama, it-teżi ta’ l-gћerf ta’ Alla, turi ruћha vera quddiem l-istmerrija tal-ћżiena, Alla jidћol biex isalva l-ġust.L-ewwel kwadru : Il-ћażin hu minn fuq. ‘Il-Mulej u l-kenn tiegћi’. v 1.
It-tieni kwadru : Il-ġust u r-rebћa tiegћu. qawwija hi d-dikjarazzjoni.
Iż-żewġ kwadri huma kontra xulxin – żewġ protagonisti bibbliċi – saddiq u resa – il-ġust u l-ћażin. l-Gћ
eluq, ‘Il-Mulej jidћol biex jagћmel ġustizzja’ jibbilanċja l-ftuћ.Simboli
Il-binja hi triangulari – Alla, il-ġust u l-ћażin. Alla jaћdem f’ż
ewġ direzzjonijiet, billi jsalva l-ġust u jikkastiga l-ћażin. Il-ġust idur lejn Alla biex jitolbu u Alla jwieġeb u jdur lejh, waqt li l-ћażin ifittex li jolqot il-ġust u b’hekk iqajjem reazzjoni min-naћa ta’ Alla. Jinstema’ wkoll qisu leћen barra x-xena li ћafna jattribwixxu lill-ћbieb ta’ David meta kien qed jaћrab minn Sawl (1 Sam 20; 22, 1-5; 23, 14; 26, 1).Alla hu kenn, qiegћed fit-tempju (Xekinа), gћandu t-tron fis-sema (traxxendenza), jagћrbel il-ġust u l-ћażin, jitfa’ kubrit u xita ta’ ġamar fuq il-ћż
iena. Il-ġust min-naћa tiegћu ma jista’ jagћmel xejn quddiem it-taqlib, imma Alla jsalvah; hu jara wiċċ Alla. Il-ћżiena jimmiraw l-ark u jwaddbu l-vleġeġ; il-ћidma tagћhom jagћmluha fid-dlam, jobogћdu d-dawl. Hekk gћal kull azzjoni hemm oћra kontra tagћha: gћall-ћarba hemm kenn fit-tempju u f’Alla, gћall-attakk militari nsibu bilanċ fin-natura mmexxija minn Alla v 6, gћad-dlam tal-ћżiena hemm id-dawl ta’ wiċċ Alla mdawwar lejn il-ġust. Is-sisien tad-dinja li jinqalbu u l-ћarba isibu stabbiltа fit-tempju mqaddes u fil-kenn li joffri Alla.Biex jibbilanċja l-ћsieb Alla/ġust kontra l-ћżiena insibu wkoll simboli li jmorru kontra. Hekk kontra l-ћarba hemm il-kenn fit-tempju ta’ Alla, kontra l-gћolja kenn il-bniedem, hemm il-kenn f’Alla, kontra d-dlam tal-ћż
iena v 2, hemm id-dawl ta’ wiċċ Alla, u l-ћarsa tiegћu li tinfed il-qlub. Kontra l-instabbiltа tal-ћarba u tad-dinja, hemm l-istabbiltа tat-tempju u tal-kenn.Is-simbolu tal-kaċċa jiddomina v 2 kif ukoll dak militari; il-parir tal-ћbieb biex ‘jaћrab bћal gћasfur lejn l-gћolja’ jissuġġerixxu dan kollu. Hawn tinfirex quddiemek il-kampanja tal-Palestina b’gћoljiet u gћerien qishom bejtiet li fihom jistkennu bnedmin u gћasafar. “Ħamiema tiegћi ġewwa x-xquq tal-blat, moћbija ġo xi rdum. Urini wiċċek, semmgћali leћnek…” (Gћanja 2, 14).
Hekk kif it-tajra taћrab il-kaċċatur u tfittex kenn f’xaqq fil-blat, hekk il-ġust jaћrab lil min jippersegwitah u jistkenn fl-gћoljiet ta’ Ġuda. Hemm riferenza reliġjuża; fit-tempju se jsib il-kenn waћdieni, jew aћjar f’Alla.Il-kaċċa hi deskritta f’v 2,
qaws, vleġeġ; il-ћażin inġust idaћћal il-liġi tal-ġungla u joћloq skwilibriju kontra l-ekwilibriju maћluq minn Alla fl-univers. Il-kenn fuq il-muntanja hu spazjali, imma dak li l-ġust qed ifittex u se jsib hu aktar reliġjuż, spiritwali u mistiku; il-kenn waћdieni hu Alla ferm aktar mit-tempju ‘fejn l-ћuttafa ssib il-bejta ћdejn l-artali tiegћek; hemm hi tqiegћed iż-żgћar tagћha” (84, 4)Id-dawl u d-dlam jibbilanċjaw lil xulxin; il-Mulej ‘gћajnejh fuq il-bnedmin jitfa’, bi xfar gћajnejh jiflihom” v 4. waqt li l-ћżiena “jolqtu fid-dlam lin-nies ta’ qalb safja”, il-ġusti jisfaw mirbuћa mill-ћż
iena v 3. Hekk jiżviluppaw tlett simboli gћeżież gћall-Bibbja: l-gћajnejn ta’ Alla li jiflu l-bniedem; Alla gwerrier li nar ta’ ġamar u kubrit jitfa’ fuq il-ћżiena bћal f’Sodoma (Ġen. 19,24) u r-riћ jaћraq tad-deżert; u Alla mћallef li “jћobb il-ġustizzja, jdawwar wiċċu lejn min hu sewwa” u jikkastiga l-ћżiena.
Eseġeżi
Is-salm jiftaћ bi stqarrija ta’ fidi f’JHWH go’el, dak li jiddefendi l-ġust : waqt li l-ћbieb jagћtuh parir ta’ bnedmin li huma, l-gћażla tiegћu hi teoloġika – Alla l-kenn tiegћi. Waqt li l-ћbieb iriduh jaћrab mill-persekuturi u jgћix bћal bhima jiġġerra fuq l-gћoljiet, l-gћażla tiegћu hi t-tempju jew ћajja intima ma’ Alla. Il-ġust kellu dritt gћal dan i
l-kenn. Alla jżomm f’idejh x-xorti tal-bniedem u jaf jagћmel ћwejjeġ ta’ l-gћaġeb ma’ min iqiegћed it-tama tiegћu fih.L-ewwel kwadru: il-ћażin u r-rebћa tiegћu (vv 2-3)
Xena mqanqla! Tistћajjlek tisma’ l-vleġeġ jittajru u jsaffru. Mill-moћba l-ћż
iena jimmiraw il-vittma bla kenn. “Dawk li jsinnu bћal sejf ilsienhom, jitfgћu kliem iebes bћal vleġeġ, biex mill-moћba jolqtu ’l min hu bla ћtija, jolqtuh gћal gћarrieda bla biża’ ta’ xejn." (64, 4-5).V 3 hu iebes. Alla ћalaq l-ordni mill-kaos tal-bidu (Ġen.
1, 1) iżda issa d-dinja mmexxija mix-xitan tmur lura lejn il-kaos, ma tibqax stabbli, taqa’ lsira tal-ћażen u tal-kontradizzjoni. Il-ġust ‘is-saddiq’, mill-kuntest kollu tas-salm, mhux aktar il-bniedem ġust, daqskemm hu Alla Ġust. Id-dnub u l-ћażen waqqgћu d-dinja fit-taћwid u l-kontradizzjoni. Is-sisien huma l-kolonni li fuqhom hi mibnija d-dinja bibblika, pjanura mifruxa isserraћ fuq il-kolonni. L-arkitett tad-dinja hu Alla gћaref u ġust, daћal id-dnub li ma kienx xi att li laqgћat il-bniedem biss gћax il-mewt li ġieb fil-bniedem kellha konsegwenzi wesgћin fuq id-dinja materjali u soċjali.Jista’ Alla jibqa’ indifferenti quddiem din il-ћerba fil-ћolqien li hu tiegћu? Żgur li le! X’jagћmel? Il-ћażin innifsu jintlaqat aћseb u ara l-ġust. Fil-każ
ma jaqbilx li wieћed ikun ġust u jbati dan kollu gћalxejn. Imma le. Vers 4 jagћti t-tweġiba: Alla ma jistax jibqa’ indifferenti.It-tieni Kwadru: il-ġust jittrijonfa (vv 4-6)
Alla li kien jidher indifferenti gћall-qagћda tal-ġust, iwieġeb gћat-talba tiegћu u gћall-isfida tal-ћażin li jidhirlu li ћadd ma jista’ jiqaflu f’dak li jagћmel. Alla jwieġeb billi jifli l-ћsieb tal-bniedem (v 4-5) u jitfa’ xita ta’ ġamar u kubrit fuq il-ћżiena (v 6). Alla qiegћed fuq it-tron tiegћu li hu f’linja vertikali mat-Tempju fejn jersaq il-ġust (S 29, 1 Sl 8) u minn hemm jitfa’ gћajnejh dawramejt fuq il-bnedmin u jifli l-qlub. L-ewwel verb ‘iћares’ juri b’liema qawwa u veritа jagћmel dan, waqt li t-tieni verb ‘jifli’ gћandu konnessjoni ma’ l-artiġjan u ћaddiem-il metall li jqis sewwa l-ebusija tal-materjal li gћandu f’idejh biex jaћdmu u joћroġ minnu dak li jixtieq. “Xejn ma hemm fil-ћolqien li hu moћbi gћalih, imma kollox hu miftuћ gћal gћajnejn Alla, li lilu rridu nagћtu kont” (Lh 4, 13; Apok 2, 2.9.19; 3, 1.8.15) .
Gћajnejh j
itfa’ fuq il-bnedmin, jew fuq il-fqar; xi verżjonijiet jћalluhom barra u jaqraw biss ‘gћajnejh iћarsu’. Wara din li jara, insibu v 5b, azzjoni emottiva u psikoloġika – jobgћod lil min iћobb id-dnewwa. In-nifs, ‘nefes’ ta’ Alla hi l-personalitа tiegћu antropomorfika (bћallikieku kien bniedem): Alla jobgћod dak li l-ћażin iћobb.(S 5, 6-7).Jidћol Alla gwerrier, li hi t-teofanija tas-Sinaj (Es 19, 18) Huma s-saћtiet gћall-infedeltа
lejn il-Patt (Dt 29, 22) il-kundanna ta’ Edom (Is 34, 9) u l-ġrajja ta’ Sodoma u Gomorra. In-nar hu sinjal tat-traxxendenza kif ukoll tal-ġudizzju ta’ Alla fuq il-ћażen. Hu nar li jsaffi u jeqred, (Ġen 19, 24), u d-duћћan li jitla’ mill-qerda, hu sinjal tad-destin tal-ћażin. Il-kalċi li jisqi Alla hu x-xorti tajba jew ћażina tal-bniedem quddiem Alla, iż-żewġ simboli jingћaqdu biex juri l-korla ta’ Alla f’Apok. 14, 10.Biex is-salm ma jagћlaqx bit-theddid tal-kastig, l-awtur jew xi ћadd ieћor ġabar fil-qosor il-ћsieb f’dossoloġija lil Alla saddiq, Ġust. Dak li f’sens negattiv hemm
fis-salm hu hawn miktub f’sens pożittiv. Hi dikjarazzjoni ta’ fidi li Alla hu qrib il-ġust maћqur. U dan hu l-ewwel pass lejn ћajja ta’ hena gћal dejjem ma’ Alla.
Dun Ġorġ Mangion, illum 15 ta’ Mejju 2008
Mill-Kitbiet ta’ Dun Ġorġ – Nisġa