Salm 12

Dramm soċjali:

Ilsna ћżiena, fqar maћqurin

Hu salm ta’ ћafna kuluri, temi, mottivi u linji letterarji. Gћalhekk jingћad li hu fost l-oћrajn ilment nazzjonali, wegћda ta’ ћelsien gћal poplu umiljat u mmaqdar, v 6, twiddiba ta’ profeta quddiem il-korruzzjoni fis-soċjetà. Jidher li b’hekk ma nsibux il-ћaġra prezzjuża fis-salm: huwa lment, personali u soċjali fl-istess waqt. Il-kelma hi fundamentali gћall-bniedem semitiku, u gћandha funzjoni essenzjali. Gћalhekk kif jidher, hu akkuża iebsa kontra soċjetà mћassra u inġusta bћal dik li ikkundannaw il-profeti bosta drabi. Mhix kwestjoni personali ta’ min kien tradut jew ta’ djalogu bejn bniedem u soċjetà li gћalhekk iћossu waћdu u sfiduċjat. Is-salmista jћoss l-ipokrisija, l-uċuh b’oћra u l-brikkunati huma l-mod li bihom qed jinqeda l-inġust biex jibni soċjetà mill-ġdid fuq il-gidba (v 5), mhux fuq il-verità. Isma’ lil Ġeremija:

"U gћamlu minn ilsienhom qaws miġbud,

Il-qerq u mhux is-sewwa jsaltan fil-pajjiż.

Gћax minn ћażen gћal ћażen gћaddejjin,

U bija ma jridux jafu, oraklu tal-Mulej.

Oqgћodu attenti minn xulxin ilkoll;

U ћadd ma gћandu jafda f’ћuh.

Gћax l-aћwa jaqilgћu lill-aћwa ’l barra.

U kull ћabib sejjer iqassas….

Ilsienhom vleġġa misnuna,

ћlief qerq fommhom ma jlissinx." Ġer. 9, 22,3,7.

Huma żewġ ritratti ta’ l-istess soċjetà. Gћalhekk mhux lakemm tgћid gћal liema żmien fl-istorja qed jitkellem is-salmista. "Aktar mill-butir hu ћelu fommu, imma qalbu bil-ġlied mimlija. S 55, 22. Hi ġrajja li sseћћ il-ћin kollu fil-poplu tal-Bibbja u fil-ћajja. "Il-verità tant hi mdallma llum, u l-gidba daqshekk mqabbda fis-sod li, jekk ma tkunx tћobb il-verità, anqas biss tkun tista’ tagћrafha" – B. Pascal.

Il-Binja letterarja tas-salm tibda b’appell lil Alla biex jagћmel ћaqq; tant hu qawwi li quddiem l-inġustizzji soċjali li jaћkmu lis-soċjetà, trid tfittex fil-fond fit-test biex issibhom. Nippruvaw insibu mod kif naqraw is-salm biex hekk inkunu fidili mal-binja xejn soda tiegћu u mal-ћsieb.

Appell tal-bidu – vv 2-3 . Ilment dwar x’inhu sejjer ћażin – gideb,qerq, nies b’żewġt uċuh.

Kumment gћall-appell – vv 4-5. Jgћajjat lil Alla biex jitћallas minnhom (imprekatorju).

Oraklu ta’ Alla – v 6. Alla jwieġeb fil-liturġija.

Kumment fuq l-oraklu – vv 7-9. Gћajta ta’ fiduċja li torbot mal-ftuћ.

Il-kwadru hu mibni fuq kliem il-bniedem giddieb u arroganti f’kuntrast ma’ kliem Alla qawwi, li jwettaq dak li jgћid. (ara Ġen. 1, 10.12.18.21.25.31) Is-simbolu hi l-kelma fis-sens psiko-lingwistiku tal-ћsieb semitiku. Il-kelma mhix idea astratta komunikata bil-fomm, imma hi l-istess ћajja li tagћti l-ћajja. Il-vokabularju hu rikk ћafna: gideb v 3 hu saw, bћat-tielet kmandament ‘Issemmix l-isem ta’ Alla ‘lassaw’ – fil-vojt, fejn ir-riferenza hi gћal allat foloz ta’ l-idolatrija li huma duћћan, vanità. Hekk xofftejn qarrieqa, żewġt iqlub v 3, ilsien vv 4.5, krib v 6, kliem v 7, l-oraklu u l-imprekazzjoni.

Il-logos, il-kelma ћadet fil-ġdid testment tifsira ta’ rivelazzjoni (Ġw.1) waqt li fl-omiletika kristjana ewlenija wirtet is-sens sapjenzjali. (ara Ġak. 3, 1-12)

Hemm simboli iżgћar. V 7 hu glossa. Hu s-simbolu tal-metall li jissawwab fil-borom biex jissaffa min-nar. Hi metafora. Fil-kelma ta’ Alla m’hemm ebda ћjiel ta’ gideb u falzità. Bћalma l-fidda jgћadduha min-nar ‘seba’ darbiet imsoffija min-nar’, hekk il-kelma ta’ Alla; in-numru seba’ hawn ifisser dan kollu. Teћodha u twarrab kull ћjiel ta’ falzità. Min qed jitlob bis-salm u jisma’ dan l-oraklu tal-Mulej, v 6 bla biża’ jagћmel att ta’ fidi f’ Alla li kliemu hu prezzjuż, safi u bla qerq.

Ma’ dan jiżdied ‘fuah’, il-krib , bl-ingliż ‘puff’ – kelma onomatopejka li turi ‘disprezz’, bћal min jonfoћ b’ћalqu biex juri dan. Alla jeћles lill-fqajrin mgћakksin. Simbolu ieћor hu dak militari u ġuridiku ta’ Alla mћallef u salvatur. Alla hu dejjem fuq in-naћa tal-fqir mgћakkes; mill-qiegћ titla’ l-karba ’il fuq f’linja vertikali li tqajjem lil Alla, nitkellmu ta’ bnedmin, li jidher rieqed u ma jimpurtahx biex juri lilu nnifsu u jeћles lill-fqir minn idejn il-qarrieqa ‘kif hu jixtie’. V.6.Gћalkemm fis-salm hemm ћjiel ta xewqa ta’ vendetta u jista’ jkun salm imprekatorju, fl-aћћar mill-aћћar hu salm ta’ fiduċja u ta’ tama jew ottimist.

Eseġeżi

Is-salm jiftaћ b’sejћa diretta lil JHWH, ‘salvani’ , li titfa’ dawl fuq il-kontenut tat-talba, - ‘m’hawnx aktar twajbin, gћabu s-sinċiera’ – talba tixbah ћafna lil dik ta’ bosta profeti li ma jaqtgћux jakkużaw lis-soċjetà b’ipokrisija, inġustizzja, qerq u ћażen l-aktar fil-kbar, ċivili u reliġjużi. Hi l-karba ta’ Elija: "Gћandi qalbi tћeġġeġ gћall-aћћar gћall-Mulej, Alla ta’ l-eżerċti , gћaliex ulied Iżrael- ћallew il-patt tiegћek, farrku l-artali u l-profeti tiegћek qatluhom bix-xabla. Bqajt jien waћdi u qegћdin ifittxuli jneћћuli ћajti" (1 Sl 19, 10). Hosegћa jeqreb aktar: "gћax m’hemmx fedeltà (emet) u lanqas tjieba (Hesed); m’hemmx gћarfien ta’ Alla (da’at) fl-art" (4, 1). U Mikea jersaq qrib iżjed: Gћab il-bniedem twajjeb (hasid) mill-pajjiż, u ћadd ġust fost il-bnedmin. Kulћadd jissajja gћad-dmija, kulћadd jonsob xibka gћal sieћbu" 7, 2 . Il-‘kelma’ hi s-sinjal li fuqha hi mibnija s-soċjetà, u din turi x’soċjetà hi.

IL-profeti ta’ żmien l-eżilju jtambru fuq l-istess suġġett: "duru mat-triqat ta’ Ġerusalemm u araw u ifhmu. Fittxu fl-imsieraћ tagћha, araw jekk issibux bniedem, jekk hemmx min jagћmel is-sewwa, li jfittex li jkun fidil…" (Ġer 5, 1). It-tielet Isaija wara l-eżilju: "Il-ġust jinqered, imma ћadd ma jћoss gћalih. In-nies twajbin (hesed) jinġabru, iżda ћadd ma jagћti każ. Iva l-ġust jinġabar minћabba l-ћażen." Is 57,1. "Twarrab is-sewwa, il-ġustizzja baqgћet ’il bogћod. Is-sinċerità tfixklet fil-pjazza, u l-onestà ma tistax tidћol, u min jitbiegћed mill-ћażen, jisirquh". Is 59, 14-15. Il-kelma titlef is-sens tagћha u ssir gidba, bћalma l-qima ta’ Alla issir idolatrija.

Kumment gћall-appell (Vv 4-5)

Wara li jsejjaћ lil Alla jiftaћ il-ћsieb tiegћu, jakkuża u jinfexx f’saћta (imprekazzjoni) li hi talba lil Alla biex jagћmel ġustizzja. Bћala bażi hemm ‘il-kelma’ u kliem marbut magћha, xofftejn qarrieqa, jitkellem bil-kburija, ilsien. Hekk jitkellmu l-ћżiena. (ara Is 14, 13-15). Id-dikjarazzjoni tal-ћżiena mhix biss dikjarazzjoni ta’ gћemil ћażin u bla xkiel fil-qasam soċjali u politiku, imma dikjarazzjoni ta’ ateiżmu, ċaћda ta’ Alla, il-bniedem li jieћu post Alla. U din tidher fil-kliem, ‘saћћitna f’ilsienna’, ir-raġel hu b’saћћtu iżjed mill-mara jew il-bniedem armat aktar minn wieћed żarmat. Mela ifhem il-qawwa ta’ l-armi. ‘Kliem xofftejna magћna’, jew l-armi li bihom jisfidaw lil Alla u l-bnedmin. Il-kliem isir bћal xafra taqta’; spiss insibu dan fil-Bibbja. Minn fomm Kristu mћallef ‘ћierġa bћal xabla misnuna, biex joqtol il-ġnus’ Ap 19, 15. ‘Min hu sidna’ jew ekwivalenti ta’ "Gott mit uns" tan-Nazi. Hi sfida ċara lil Alla.

Imma Alla ta’ l-Esodu ma jistax jibqa’ indifferenti. Alla jieћu f’idejh il-kawża tal-fqajjar.

L-Oraklu ta’ Alla (v 6)

Hi l-qalba tas-salm li tibdel il-mixja tas-salm u li hi immarkata mill-verb ‘qum’: gћandha togћma ta’ formula sagramentali.

Fqajrin (anijim) tidher 32 darba u imsejknin (ebjonim) tidher 24 darba fil-Bibbja. Fqajrin jindika bniedem mgћawweġ taћt il-piż tal-madmad, imsejknin hu bniedem li jixtieq xi ћaġa u gћalhekk il-krib ta’ l-imsejknin. Alla jwieġeb gћall-karba kif jittama l-imsejken.

"Ħa jasal quddiemek ilfiq l-imjassrin;

fil-kobor ta’ qawwietek salva ’l dawk li huma gћall-mewt." S 79, 11.

‘Qum’ hu terminu militari u ġuridiku ta’ Alla mћallef u salvatur.

"Qum,Mulej, salvani, Alla tiegћi." S 3, 8. "Qum Mulej, bil-qilla tiegћek…" S 7, 7.

V 7 Hu riflessjoni sapjenzjali li tgћaqqad il-qawwa ta’ l-imprekazzjoni gћall-ћażen tal-poplu ma’ l-inћasa li fiha jissaffa d-deheb. Wara li jgћolli l-kelma ta’ Alla msoffija min-nar jagћmel żewġ kunsiderazzjonijiet. L-ewwel waћda hi teoloġika v 8, Alla hu fidil gћall-wegћdiet tiegћu, u din l-assigurazzjoni tingћata hawn. "Int, Mulej,...tieћu ћsiebna u tћarisna". Alla jara li kelmtu titwettaq kif iћares il-fqir mill-inġusti. (Ġer.1, 12)

V.9. It-tieni hi kunsiderazzjoni soċjali. Il-ћżiena, ‘ulied il-bnedmin’ v 2, jikkontrollaw kollox fil-ћajja, u bћall-bhejjem fil-ġungla jduru u jheddu l-fqajjar u l-imsejken; it-theddida tagћhom tixtered bћal mewġa qerrieda li ma tistax teqfilha.

Is-Salm jagћlaq b’messaġġ ta’ fiduċja v 8, gћalkemm hemm xi ftit tal-biża’ li l-ћażen tal-bniedem jerġa’ jgћolli rasu, jerġa’ gћal dak li kien qabel u gћamel qabel. Donnu l-ћsieb ta’ Pawlu (Rum 1-2) il-bniedem ma jiflaћx jieqaf lill-ћażen li hemm fih mћabba d-dnub. It-tama waћdanija hu Alla li jeћles u l-proġett tiegћu ta’ salvazzjoni madankollu jsib xi jfixklu.

Dun Ġorġ Mangion, illum 6 ta’ Awissu 2008

Mill-Kitbiet ta’ Dun ĠorġNisġa