Salm 13

Kemm se ddum, Mulej

Talba fin-niket kontra l-gћadu

Gћal tlett darbiet – f’xi verżjonijiet erba’ – is-salmista jgћajjat "kemm se ddum….Mulej?". Mistoqsija qawwija, ċara u diretta lejn Alla. Hu ilment personali, l-gћajta ta’ bniedem ta’ Alla li jћossu mitluq minn Alla li hu hekk indifferenti jekk mhux ukoll kontrih: hi l-gћajta ta’ l-umanità kollha!

Madankollu taћt il-protesta tinћass ċara l-intimità ma’ Alla u tinftiehem it-tama li gћandu, kif tidher ukoll f’xi 40 test ieћor fis-salterju, u f’xejn inqas fl-indirizz "Alla tiegћi" v 4. Mqar jekk qalbu mnikkta u mћawwda quddiem il-prova, hu ċert li Alla se jisimgћu, se jkun gћalih blata li magћha jqabbad u fuqha jserraћ. Hi l-gћajta ta’ tallab li jrid iћoll qalb dak li jista’ jgћinu b’xi mod. Hu bћal Tumas li wara l-protesti tiegћu, "jekk ma narax…ma nemminx" , jistqarr: "Mulej tiegћi u Alla tiegћi" . Ġw. 20, 28.

X’inhu dan li qed jagћfsu u jisћqu? Ma jidhirx li hu xi gћadu jew periklu tas-soltu, mhux xi gћadu li jisfuma fix-xejn. L-gћadu hi l-mewt. Hekk tiftiehem l-gћajta tal-bidu "kemm se ndum, iddum, idum". Il-mewt hi l-gћadu li Alla biss jista’ jirbaћ. Fl-Antik Testment il-mewt mhix xi ġrajja fiżjoloġika, imma qawwa, setgћa, u fil-letteratura rabbinika tieћu personifikazzjoni apokalittika – l-anġlu tal-mewt. "U Alla bagћat anġlu Gerusalemm biex jeqridha; imma meta kien se jeqridha, il-Mulej ra u sogћob bih mid-deni, u qal lill-anġlu l-qerried: "Biżżejjed, Żomm idek…" 1 Kron 21, 15. Fuq ix-xe’ol ћadd m’gћandu setgћa ћlief Alla biss.

Fuq dan hemm dibattitu sћiћ bejn l-istudjużi: jekk ngћidu li Alla gћandu setgћa fuq il-mewt, mela hemm garanzija ta’ l-immortalità b’mod li "agћti d-dawl lill-gћajnejja" tfisser tgawdi l-immortalità. (S.36, 9-10; Is. 53, 11). It-tama waћdanija tas-salmista hi li jerġa’ lura ћaj fid-dinja. Jittama li Alla jagћlaq it-triq lill-mostru li jibla’ – il-mewt. Imma billi l-mewt hi dejjem ћlas mistћoqq tad-dnub skont it-teorija retributtiva, il-mewt hi dejjem sinjal li l-bniedem hu midneb, u li l-bniedem jitbiegћed mid-dinja jfisser li daћal fl-isfera tal-ћajja u ta’ Alla. Kif ġisem u spirtu jingћaqdu fil-bniedem, hekk il-ћajja fiżika u spiritwali jingћaqdu fl-eskatoloġija.

Kif jinqasam

Hu salm qasir mimli ansjetà u wġigћ mћabba l-ġerћa tal-mewt wara l-bieb. Hu talba fuq fomm kull bniedem l-aktar gћax mhux mirqum u professjonali. L-uġigћ tal-ftuћ jgћib u jsir tama, kuraġġ u kalma nisranija. Hu ћafif biex taqsmu fi tlett movimenti:

L-ewwel – vv 2-3: appell sinċier u bla sabar, "kemm se ddum…"

It-tieni – vv 4-5: talba sabiћa li fiha tinћass il-fiduċja.

It-tielet – v. 6: It-todah jew tifћir, ċert li t-talba intlaqgћet.

F. Delitzsch jikteb: "Hu bћall-baћar f’tempesta, il-mewġ imut bil-mod sa ma jikkalma. Flok it-tempesta jidћol is-sliem, flok il-mewt il-ћajja, flok id-dlam id-dawl" .

Is-simbolu dominanti hu ‘li tara’, "kemm se ddum taћbi wiċċek?" v 2, u v 4 jistieden "Ħares, agћti d-dawl lil gћajnejja". Min-naћa ta’ Alla hemm id-dawl, min-naћa tal-bniedem id-dlam u l-mewt. Li tara u r-raqda tal-mewt huma marbutin flimkien. Jekk is-salmista qed iћares fis-skiet f’gћajnejn Alla, dan hu sinjal ta’ gћaqda u intimità. Fl-ewwel strofa, vv 2-3, ‘taћbi wiċċek minni’, u fit-tieni ‘agћti d-dawl lil gћajnejja. v 4. Flok il-mewt tidћol il-ћajja, flok id-dlam id-dawl, flok ix-Xe’ol jidћol Alla li jagћti l-ћajja. Taћbi wiċċek hu att teoloġiku ta’ Alla lejn il-poplu midneb (Dt. 31, 18). Kajin ma felaћx iћares f’wiċċ Alla mћallef. Iżrael jittama li hekk kif jikkonverti, Alla ma jaћbix aktar wiċċu, jagћtih widen. "Uri wiċċek" (S 11, 7), hu r-rapport liturġiku ta’ gћaqda u komunjoni bejn Alla u min qed jagћti qima sinċiera u qaddisa.

Nistgћu naraw dan f’dawl ieћor: hu ferћ u hena, "Il-preċetti tal-Mulej dritti u jferrћu l-qalb; il-kmandament tal-Mulej safi, u jdawwal l-gћajnejn" (S 19, 9; 1 Sam. 14, 27.29). U kontra, "Gћajnejja bil-biki tgћarrqu;" (6, 8; 38, 11; Ġob 3, 13; Ġer. 51, 39.57). Gћax il-ћarsa tfisser li Alla hu barka u salvazzjoni, "Nifraћ u nithenna gћat-tjieba tiegћek, int, li rajt l-hemm tiegћi, li gћaraft id-diqa ta’ qalbi" S 31, 8.

L-akbar gwaj li jista’ jolqot il-bniedem hu meta ma jarax wiċċ Alla u ћarstu ma tkunx fuqu. "Jgћid bejnu u bejn ruћu: "Alla nesa’; Ħeba wiċċu, ma jћarisx iżjed" (S 10,11). U l-aqwa barka skond dik saċerdotali hi:

" Ibierkek il-Mulej u jћarsek!

Jixћet id-dija ta’ wiċċu fuqek u jurik il-ћniena.

Iћares lejk il-Mulej b’imћabba, u jagћtik is-sliem." Num. 6, 25-26 .

Jidћol simbolu ieћor – dak tal-kelma u s-smigћ: "Gћal dejjem se tinsieni?" Is-skiet ta’ Alla u s-sejћa "ћares u weġibni" v 4, u fl-aћћar l-gћanja ta’ tifћir. Jistenna oraklu minn fomm il-qassis li jћabbarlu l-fejqan u l-ћelsien: "Gћajjtu lill-Mulej fl-hemm tagћhom, u mid-dwejjaq tagћhom ћelishom. Bagћat il-kelma tiegћu u fejjaqhom, u ћelishom mit-telfien" (S 107, 19-20).

Is-simbolu l-ieћor hu l-mewt li bћal velu jgћatti s-salm kollu. Hi nagћsa ta’ Alla li jabbanduna l-bniedem, nagћsa tal-mewt li fil-kwadru ta’ l-immortalità ssir raqda, mistrieћ ta’ dejjem nisrani. Il-mewt hi gћadu anzi l-gћadu waћdieni li miegћu jingћaqdu oћrajn – mard, kalunnja, tbatija: il-mewt tista’ tgћid, "Gћelibtu!!" v 5.

Esiġeżi

Gћalkemm attribwit lil David, billi t-tema hi tant universali li tista’ tkun talba tiegћek u tiegћi, jaqbel li ma ninsistux fuq l-awtur. Bћalma jsir dejjem fis-salmi ta’ ilmenti, tlieta huma l-atturi: il-jien tas-salmista, JHWH u l-gћadu l-mewt.

L-ewwel moviment: Int JHWH. Vv 2-3.

Il-Bibbja ta’ Ġerusalemm gћandha ‘How long’ , Saydon jittraduċi, ‘kemm se ddum’ u t-taljana, ‘fino a quando’ erba’ darbiet, waqt li dik ta’ l-Gћaqda Bibblika tlett darbiet. In-numru erbgћa, bћall-erbat irjieћ, gћandu sens ta’ totalità. Hawn gћandna protesta li magћha nsibu ‘gћal dejjem, se tinsieni?’ jew juri li m’hemmx tama. Bћalma jgћid Luteru li, " f’dan is-salm, it-tama tiddispra, u d-disperazzjoni tittama".

Is-Salmista jћares lejn wiċċ Alla biex isalvah, imma dan hu moћbi minn star iswed ta’ mewt. Il-qawwiet tal-ћażen jaћkmu bla xkiel ta’ xejn u ћadd ma jista’ jeqfilhom. Żewġ elementi f’v 3, huma l-wiċċ moћbi ta’ Alla u l-gћedewwa li jintrefgћu fuqu.

Fil-Bibbja rari ssir analisi psikoloġika, imma hawn gћandna lok gћaliha. Il-qalb ittaqtaq, u l-imrar fil-qalb juru proġetti u xewqat biex wieћed jagћmel xi ћaġa. Hu kliem tipiku gћal Alla li dejjem jara li l-ћerqa tiegћu li jidћol biex isalva, u hekk kelmtu titwettaq. Is-salmista hu mifni, xi ћaġa qisha l-mewt qed tagћfas fuqu, xi ћaġa tal-biża’ gћalhekk fit-talba tiegћu jidher quddiem Alla mwerwer u mdejjaq. Soltu l-gћadu jerfa’ rasu, (S 140, 10), jintrefa’ kontra, (S 41, 10) ; hawn il-mewt tqum biex tgћanni r-rebћa fuq il-bniedem ta’ Alla; imma Alla ma jistax jibqa’ indifferenti, iћares u ma jagћmel xejn. Jidћol fil-ġrajja u jaћdem.

It-tieni moviment. L-gћadu. vv 4-5.

Lil JHWH isejjaћlu ‘Alla tiegћi’, Alla personali, qrib, difensur u gћajnuna ta’ min qed ibati. L-gћajta tiegћu hi, "Gћelibtu", jien u mhux hu – ir-rebћa inkisbet. Gћandna hawn ћjiel tal-Qawmien nisrani – il-mewt li dehret rebbieћa, ћarġet telliefa. Fit-taqbida mal-ћajja,

"Inbelgћet il-mewt fir-rebћa.

Fejn hi, ja Mewt in-niggieża tiegћek? In-niggieża tal-mewt hi d-dnub....

Niżżu hajr ‘l Alla li tana r-rebћa permezz ta’ Sidna Ġesu Kristu" (1Kor. 15, 54-57)

Fl-Antik Testment mewt u dnub huma marbutin ma’ xulxin b’mod li ma jinћallux skond it-teorija tar-retribuzzjoni. Meta Alla jћares, hu jaћfer, u gћajnejn il-bniedem jiddu u terġa’ l-ћajja. Jekk Alla ћares, mela sama’ t-talba u ћafer. Gћad mhux il-Qawmien u l-ћajja fis-sens nisrani, imma hi diġà komunjoni ma’ Alla wara li ћa l-ћajja. Hekk is-salmista hu salvat u jgћolli innu ta’ tifћir u hajr. Issa ma jitbandalx aktar, ‘jarawni nogћtor’ v 5, imma jmur dritt lejn it-tempju b’qalb mimlija ferћ.

It-tielet moviment. Jien, il-bniedem ta’ Alla. v 6.

"Ix-Xekinà ta’ Alla ma ttajjarx ġwenћajha fuq is-swied il-qalb imma fuq il-ferћ tat-talb", jikteb M. Buber. Il-preżenza ta’ Alla hi gћajn ta’ ferћ u serћ, u l-gћeruq tagћha jinsabu fil-‘hesed’, il-Patt ta’ Alla (S 9, 15; 51, 14). L-hena hu don ta’ Alla; il-bniedem jittamah u jistennieh b’fiduċja. L-hena hu frott is-salvazzjoni li jagћti Alla, u hu biss jagћtiha v 6b; il-bniedem jagћraf li huwa Hu u jammira dak li jagћmel b’risq il-bniedem. L-innu ta’ ferћ hu issa sћiћ bћalma d-deni kien jhedded bil-qawwi.

Iż-żewġ ismijiet ta’ Alla, JHWH u Elaj, jinsabu fl-istqarrija tal-benefiċċju ta’ Alla JHWH u l-aktar gћoli: hu t-traxxendenti li kollox ‘jara’ mill-gћoli tat-tron tiegћu u mit-Tempju tiegћu f’Sijon. Alla taћt dawn iż-żewġ ismijiet hu mfaћћar bћala l-gћajn ta’ kull ġid li l-bniedem jirċievi: "gћad iġġarrbu n-niket, imma n-niket tagћkom gћad jitbiddel f’hena" Ġw. 16, 20.

Dun Ġorġ Mangion, illum 13 ta’ Awwissu 2008

Mill-Kitbiet ta’ Dun ĠorġNisġa