Salm 14
L-g
ћanja ta’ l-ateju –"Mhemmx Alla"
Il-protagonista tas-Salm hu l-ateju – bl-ebrajk nabal – persuna irresponsabbli, miġnuna, assurda, belha,
ћażina, immorali, bla sens, u ma tћossx. Gћandha konnessjoni ma’ Nabal, ir-raġel ta’ Abigajl, li ċaћad l-ikel lil David maћrub u lill-sћabu. Abigajl f’1Sam. 25, 25 tgћid: "La tagћtix kas, sidi, ta’ Nabal, dan raġel mill-agћar: ismu miegћu. Nabal, bla moћћ u bluha waћdu." F’Nabal mela, gћandha din id-dimensjoni intellettwali, etika u eżistenzjali."Mhemmx Alla". G
ћalina l-oċċidentali llum hija formula sistematika ta’ atejiżmu prattiku, qrib dak ta’ Nietzsche. "Alla hu mejjet! Aћna qtilnieh". Imma l-atejiżmu bibliku hu xort’oћra; "Alla ma jinsabx hawn, issa, f’din il-ġrajja storika tiegћi, tal-poplu. Hu ’l bogћod , ma jimpurtahx minn dak li gћaddej minnu jien, id-dinja." Bћal ma jgћid Montaigne, li xeћet ’l Alla fis-sema dehbieni tat-traxxendenza, maqtugћ gћalih fl-indifferenza; hekk gћal nabal bibliku, Alla jeżisti jew ma jeżistix, ma jimpurtahx minn xiex gћaddej jien issa. Hi ċaћda ta’ Alla-azzjoni, ћidma, fl-ordni morali u soċjali.Fuq fomm il-mara ta’ Ġob insibu kliem jixbhu: "G
ћadek iżżomm sћiћ fil-perfezzjoni tiegћek? Bierek (aћjar, Isћet, trid tgћid, imma ma tazzardax) lil Alla u mut" (Ġob 2, 9). Is-salm 9-10 jippersonifika lill-pagani (gojim) simbolu tal-ћażen:"Il-
Fir-reg
ћba tiegћu jisћet u jżeblaћ lill-Mulej.Fi kburitu jkasbar lill-Mulej u f’xejn ma jfittxu;
Alla ma jid
ћolx fi ћsibijietu". v 4Kif jitqassam is-Salm.
1. Ilment fuq l-ateji
żmu u l-inġustizzja . vv 1-4Il-
ћażin irid kieku jemmen li Alla ma jeżistix biex ma jkun hemm ћadd li jista’ jieqaflu meta fl-arroganza tiegћu jaћqar lill-fqir u lill-imsejken gћax b’saћћtu. Hekk toћroġ il-mistoqsija ta’ v 4. Ma jintebћux….?2. Oraklu ta’ Alla m
ћallef. vv 5-6Mhux veru li Alla l-g
ћoli hu maqtugћ gћalih fis-sema u ma jimpurtahx. Jidћol fl-istorja biex jiddefendi u jeћles il-fqir u l-imsejken.
3. Antifona ta’ l-a
ћћar miżjuda. v 7Mill-kwadru personali jmur g
ћal dak messjaniku u komunitarju. Bћal dejjem, is-salm ma jispiċċax fuq nota negattiva; tama mhux qerda.Il-paralelli
żmu ma’ passi minn Ġeremija u Isaija jwassluna biex ngћidu li hu salm ta’ wara l-eżilju; żgur li v 7 jidher miżjud. Ġeremija f’kap 5 gћandu tilwima bejn il-kbar ‘bla Alla’ u l-fqajrin, li tixbah lil dan is-salm.Hu salm ta’ riflessjoni sapjenzjali fuq l-inġustizzja li titwieled mill-ateji
żmu. Ma jonqsux ċerti simboli bћal ma hu l-kuntrast bejn dawk li ma jћossux u l-fqar. Nabal – bniedem ћażin moralment, korrott, bla Alla – jimxi b’inġustizzja mal-fqir u l-imsejken. Din l-azzjoni kontra l-imsejken ma tirnexxix gћax Alla, li l-ћażin jiċћad, hu ‘kenn’ gћall- fqajjar. v 6Il-kuntrast ġust -
ћażin fil-kwadru tal-ћobż (v 4) iġegћlek taћseb li dawk responsabbli gћal din l-inġustizzja mhumiex ћlief il-qassisin, dawk li jieklu l-ћobż tal-presenza. (1Sl. 7, 48) F’ћalqhom issib l-isem ta’ Alla, u bl-inġustizzja u s-serq jiċћdu lil Alla. Fidi u mġieba morali ma jinfirdux.V 2: Hu simbolu antropomorfiku, jitkellem minn Alla b
ћallikieku kien bniedem jittawwal mis-sema qisu minn xi tieqa. Id-dimensjoni vertikali tiltaqa’ ma’ dik orizzontali. "Alla ћares lejn l-art, u ra li kienet imћassra, gћax kull ћlieqa ћajja kienet gћawwġet triqtha fuq l-art" (Ġen. 6, 12) Jekk il-ћarsa tal-bniedem tara biss l-inġustizzja ta’ madwarha, Alla jara aktar minn hemm fuq; jara li l-qagћda drammatika tal-bniedem hi dik ta’ bniedem li jġorr id-dnub oriġinali.Esege
żi.G.Ebeling jikteb: "Jekk ma rridux li min jg
ћid ‘m’hemmx Alla’ jaћseb li gћandu raġun jgћid dan, irridu ngћidulu f’wiċċu li dak Alla li qed jgћid li m’hemmx hu Alla tiegћu ukoll, Alla tal-ћżiena".
1. Ateji
żmu w inġustizzja – ilment (vv 1-4)L-iblah, nabal, hu nom kollettiv li nittraduċuh bil-plural, g
ћax huma ћafna dawk li jemmnu dan. Gћall-antiki, Alla tant jidћol fl-istorja li ma tista’ qatt tistaqsi il-kif u l-gћaliex, u li tiċћad dan hu assurd filosofiku. En Elohim – tista’ tfisser tant ‘Alla ma jeżistix’ kif ukoll "Alla ma jeżistix hawn, issa f’din il-ġrajja". Is-semita aktarx jifhem it-tieni: Alla ma jinteressahx. Fil-prattika hi ċaћda ta’ Alla tal-Bibbja.Hemm rabta bejn ateji
żmu u immoralità. Il-ћażin jagћmel l-inġustizzja waqt li t-tajjeb iћares u jbati. Imma Alla jeżisti u mis-sema jara u jidћol fil-ġrajjiet. Hekk naraw it-trijanglu tas-soltu, gћedewwa – Jiena (salmista) – Alla. Alla jara l-bniedem f’qagћda ta’ min jitћassru, midneb, korrot bid-dnub oriġinali. San Pawl jikteb lir-Rumani: "Il-korla ta’ Alla tidher nieżla mis-sema fuq il-ћażen u l-inġustizzja tal-bnedmin li jżommu l-verità mjassra bl-inġustizzja: "gћad li gћarfuh, huma la tawh ġieh ta’ Alla li hu, u lanqas raddewlu hajr; gћall-kuntrarju moћћhom intilef fil-bluha , u qalbhom bla dehen iddallmet." (1, 18.21)Nammettu li s-salm wasal g
ћandna xi ftit mibdul u mhux dejjem ċar il-ћsieb. Imma jagћmel mistoqsija: "Alla jista’ jibqa’ sieket quddiem din l-isfida?"Kif aktar ’il fuq dwar is-simbolu tal-
ћobż, il-profeti dejjem sabu ruћhom kontra l-kasta saċerdotali, kif ukoll Ġesù. Kellhom is-setgћa, li ‘jaћtfu l-poplu’ kif kienu jaћtfu l-ћobż tal-presenza. Li taћtaf il-poplu hu sagrileġġ gћax il-poplu hu ta’ Alla (S 114,2) daqslikieku taћtaf l-ikel tas-sagrifiċċju. (Ġer. 2, 3; Hos. 13, 11) Aktar u aktar hu sagrileġġ kontra Alla li hu d-difensur (go’el) tal-fqir. Hu ċar li reliġjon u mgieba, dmir soċjali u reliġjuż ma jinfirdux.
Il-ġudizzju ta’ Alla. (vv 5-6)
Alla miċ
ћud hu Alla li jidher u jaћdem favur l-imsejken maћqur. Il-versi waslu gћandna mkissra. Bћal ma nsibu f’salmi oћra, Alla jnissel biża’ u tregћid f’min hu tajjeb, aћseb u ara f’min mhux. Mhux biss imma, hekk kif qed tgћid li ma jeżistix, ma jimpurtahx, jidћol u jdur kontra tiegћek. Kelmtu taqta’ bћal xabla b’żewġt ixfar; thedded lill-ћażin u teћles lill-fqir imsejken. Nerġa’ nieћu silta minn G. Ebeling: "Alla ta’ dawk li jċaћћdu lilhom infushom minnu, hu Alla li huma joqtlu. U meta l-boloh jgћidu f’qalbhom "mhemmx Alla", joqtlu lilhom infushom, jiktbu s-sentenza tagћhom: "ma rridux li Alla jeżisti"…Imma xorta waћda jibqa; jћabbathom…hu Alla li kollox jaqleb ta’ taћt fuq…hu Alla tal-miċћuda minn Alla, u jagћmel l-akbar bidla."L-a
ћћar strofa. v.7Il-bidla minn salm ta’ tip e
żistenzjali u reliġjuż gћal wieћed nazzjonalistiku, messjaniku li jawgura barka gћal Sijon u t-tempju, jfakkru fir-restawrazzjoni tat-tempju, is-sagrament tas-salvazzjoni ta’ Alla. (Is. 2, 2-5) Imma fil-qalba tal-vers hemm xewqa, ‘imqar, mhux li kien’ Alla jġib il-ћelsien, jerġa’ jqajjem il-poplu ћalli jifraћ Ġakob u jithenna Iżrael. Alla mhux biss se juri ruћu kontra l-boloh, imma se jimmarka l-istorja, ifhem wara l-eżilju (SS 85, 2; 126, 1-4) billi jagћtiha xejra ġdida, tiġdid sћiћ, restawrazzjoni .Is-salm jidher li jirreferixxi g
ћal tilwima qatt ma taqta’ bejn dawk bla Alla jew is-setgћana inġusti u vjolenti u l-fqar jew aћjar Min hu l-kenn tagћhom, Alla. L-inġustizzja kontra l-imsejken hi frott l-atejiżmu, il-ġlieda gћall-ġustizzja hu prova tat-twemmin fl-eżistenza ta’ Alla. "Il-fidi mingћajr l-opri hi mejta" (Ġak. 2, 6).San Pawl, fl-ittra kapolavur tieg
ћu lir-Rumani, jikkwota vv.1-3 tas-salmi 14 u 53 biex juri l-gћerq tad-dnub tal-bniedem , "il-bnedmin kollha dinbu u ċċaћћdu mill-glorja ta’ Alla" (Rum. 3, 23). Il-vers 7 hu diġà interpretazzjoni miżjuda mir-rabbini f’dik li nsejjћu ermenewtika: anqas m’hi kwotazzjoni kelma b’kelma, imma traskrizzjoni ermenewtika, fidila fil-ћsieb. Dawn japplikaw ‘nabal’ l-iblah bla Alla gћal Gћeżaw u l-Edomiti, gћedewwa maћlufa ta’ Iżrael. Oћrajn gћal Ruma, li dejjem ċaћdet il-fidi vera u l-ћelsien tal-poplu Lhudi. Pawlu imma, rabbi u issa appostlu, bil-kuraġġ kollu jwaddab l-akkuża wara bieb Iżrael u l-pagani bl-istess mod: "Il-bnedmin kollha dinbu" (Rum. 3, 23). Iżrael qatt ma seta’ jikkonverti lejn Alla gћax is-suppervja tiegћu kienet tfixkil biex jammetti d-dnub: l-oћrajn iva, jiena le.L-interpretazzjoni patristika taqra l-intervent ta’ Alla fl-istorja b
ћala tћabbira ta’ l-Inkarnazzjoni u v 7 bћala radd il-hajr lil Alla gћall-ġid li kull min jemmen kiseb bil-Qawmien ta’ Kristu mill-Imwiet. (San Massimu ta’ Turin).Dun Ġorġ Mangion, illum 9 ta’ Awissu 2006
Mill-Kitbiet ta’ Dun Ġorġ – Nisġa