Salm 17
L-Gћajta ta’ innoċenti mbiċċer
Ieqfilhom Mulej
Hu talba – supplika persunali. Skond it-test Masoretiku v 3 naqraw ‘zammoti’ (il-ћsieb tiegћi) ma’ ‘zimmati’ (l-idolatrija) u t-test jaqra
"ippruvani bin-nar u ma ssibx fija idolatrija": it-test kien approvat mill-Kummissjoni Pontifiċja Bibblika. L-istess f’v 4, ’adam’ (bniedem) flok ‘edam’, "fommi ma nstabx ћati kontra gћemil idejk.” Vv 1-5 huma ġurament ta’ innoċenza ta’ bniedem li ġie mixli b’idolatrija u jersaq biex il-kawża tiegћu tinstema’ quddiem Alla fit-tempju. Imma dan jiċċarah dak li hemm f’v 15, skond jekk hux eskatoloġija jew le. Naraw dan aktar tard fl-eseġeżi.Dan jista’ joћroġ ukoll mix-xebh li hemm bejn salm 17 u 16. Imqar jekk il-biża’ tal-mewt hu ћaj u mirbuћ f’S 16, il-fiduċja f’Alla li ma jonqos qatt milli jidћol biex isalva, hi l-bażi tas-salvazzjoni u t-tama li gћandu. Gћalhekk ix-xebh insibuh f’dawn il-punti:
Sa hawn jaqblu, imma ma jfissirx li gћandhom l-istess awtur; bћal salm 16 seta’ nkiteb fi żminijiet differenti ta’ l-istorja gћaliex il-bniedem dejjem jgћaddi mill-istess kriżijiet. Hu salm talba, sejћa, mimli biż
a’ u fiduċja, hu gћajta ћierġa mill-qalb ta’ bniedem li jaf li hu bla ћtija u gћalhekk jipprotesta kontra l-inġustizzja li qed ibati. Hu salm mimli fantasija u passjoni u joqgћod fuq fomm bosta bnedmin.Kif jinqasam
Ma’ l-ewwel daqqa ta’ gћajn insibu t-trijanglu tas-soltu : Alla – Jien - huma, l-gћedewwa. Alla hu fiċ-ċentru, v 1 u vv 6-9.
Daћla: Int, JHWH v 1.
Protesta ta’ innoċenza: Jien vv 1d – 5.
Daћla gћas-supplika: Int, ‘El v 6.
Supplika fi tlett strofi:
Jien: vv 7-9
Huma: vv 10-12.
Int – huma - Jien. vv 13-15.
V 1d-5 huma stqarrija negattiva u vv 7-15 huma supplika: fiduċja vv 7-9, lamentazzjoni, vv 10-12, gћajta ta’ rebћa u ћelsien, vv 13-15.
Il-ġurament ta’ innoċenza jew l-istqarrija negattiva, m’gћandhomx oriġni biblika u l-a
kbar eżemplar hu Ġob 31, imma bil-mod il-mod daћlet fit-tagћlim fuq Alla tal-poplu kif ukoll drawwa liturġika fejn wieћed kien jersaq quddiem Alla fit-tempju u hemm bћallikieku f’qorti, jressaq il-kawża tiegћu u Alla jwieġbu b’oraklu tal-qassis biex hekk il-ġurament ikun issiġillat. V 2 jitkellem dwar minn fejn toћroġ il-ġustizzja u f’v 15, Alla jћares lejh b’imћabba, ‘nara ’l wiċċek’ u jithenna li ġie dikjarat innoċenti.Is-simbolu tal
-ћarsa v 8 hu oriġinali, bћal ma hu ‘ressaq widintek’; bћal ћabba ta’ l-gћajn – imћabba spontanja, delikata daqskemm l-istess ћabba ta’ l-gћajn hi gћażiża u delikata. Mosč uża l-frażi f’Dt. 32, 10. Mela bћala mћallef ġust jiddikjarah innoċenti.Il-lejl
hu simbolu ta’ tbatija, ћtija u baћћ (Ġb 3; S 36, 5) aktar milli xi qagћda psikoanalitika li hi gћal kollox barranija gћall-ћsieb bibliku. Wara lejl mudlam, iż-żerniq u l-gћodwa huma l-ћin tas-smigћ. Id-dehra ta’ Alla ddawwal id-dlam li kien jaћkem lill-bniedem. “Gћad-dell ta’ ġwenћajk” v 8, l-istess ajkla fl-gћanja ta’ Mosи Dt. 32, 11, jew il-qroqqa li tkennen iċ-ċkejknin taћt ġwenћajha. (Mt. 23, 27). L-Arka mћarsa mill-ġwienaћ tal-Kerubini (Es. 25, 20; 37, 9) tћabbar it-tempju fejn il-bniedem jesperjenza l-imћabba ta’ Alla u fejn ikollu ћarsien u salvazzjoni żguri. Diġà fis-salmi gћandna rabta bejn liturġija u spiritwalitа, bejn ћajja soċjali ta’ kuljum u ћajja mistika.Is-simbolu spazjali hu t-triq
li s-salmista qabad biex wasal fit-Tempju, v 5 u hi xbieha ta’ min iћares il-Liġi u jagћmel ir-rieda ta’ Alla. It-toroq tal-ћżiena huma xort’oћra v 4. Gћandna hawn riferenza ċara gћal S 1, iż-żewġ toroq, mqar jekk hawn il-ћżiena jiġu gћal fuqu u jagћmlu minn kollox biex jeqirduh. Hi l-esperjenza tal-bniedem li triq il-ġusti ma taqbilx ma’ triq il-ћżiena u gћalhekk is-Salterju jsemmi wkoll il-qalb (kuxjenza) il-fomm (kliem) u r-riġlejna (gћemil): V 3-5 qalb, fomm u riġlejn ifissru id-dinamiżmu tal-bniedem, il-kuxjenza tmexxi l-kliem u l-azzjonijiet lejn skop wieћed. Ħsieb, kelma u gћemil huma immexxija mill-kelma ta’ Alla fil-bniedem ġust.L-aћћar żewġ simboli juru l-ћruxija ta’ l-gћedewwa;
il-kaċċa u l-bhejjem, fil-kas tagћna l-iljun v 12 li jinkarna l-attakk tax-xitan li ma jaћfirhiex qabel iqatta’ u jiżbrana. Dan l-attakk jitwettaq f’kamp simboliku ta’ kaċċa, ta’ gwerra u ta’ bejta ta’ ljuni li jiġu gћal fuqu, jagћlquh, u b’ћarsithom fuqu biex jagћmluh priża. Imma Alla jidћol b’simboli ta’ gwerra u ġudizzju v 14, b’sejfek u b’idek biex teћlisni. (SS 7, 7; 9, 20; 10, 12; 12, 6). Is-sejf ta’ Alla li jġib fix-xejn l-armi tal-ћżiena hu l-kelma ta’ Alla, (Eżek. 21 u Ap. 1, 16), jew l-oraklu li l-ġust jistenna minn fomm il-qassis fit-Tempju li jiddikjarah ġust.Esiġeżi
Daћla, Int JHWH (v 1 abc). Skond it-TM l-appell hu lil Alla ‘ġustizzja’; Hu li hu ġust, skond it-Teoloġija tal-primat ta’ Alla. Imma billi s-70 idaћћlu ‘kawża ġust tiegћi’ la, jidher l-appell gћat-teorija tar-retribuzzjoni – int li int ġust, idћol gћalija li jien ġust. F’dawn is-salmi gћandna aktar meritokrazija milli grazzja li nsibuha fis-salmi tal-midinbin (S 6; 51, 130). Hawn insibu talba, gћajta jew lament: Alla mhux trux gћall-gћajta ta’ l-innoċenti maћqur; jekk ikun hekk jew taћseb li hu hekk, ikun qed ihejji biex jidћol fl-istorja b’qawwa li tgћaġġeb lil dak li jkun. (S 9, 9; 11, 4-5; Ġer. 51, 10).
Protesta ta’ innoċenza: Jiena (vv 1d-5)
Is-salmista jagћti bidu gћall-isfida tiegћu – hu ċert mill-innoċenza tiegћu; bћal Gob jersaq quddiem Alla biex isaћћaћ il-kelma tiegћu li hu raġel ġust. (ara Ġob 31, 35-37). Hi dikjarazzjoni ta’ fedeltа gћall-patt: l-gћaż
la fundamentali tiegћu aktar milli dettalji żgћar, vv 3-5. Is-simboli qalb - kliem - mixi juru din l-gћażla. Fis-sens tagћna l-insara din l-apoloġija persunali tista’ tidher fariżajka, imma kollox hu soġġett gћall-ġudizzju ta’ Alla; iċ-ċertezza toћroġ mill-fatt li ebda qerq ma tkellmu xofftejja, il-mixi tiegћi dritt fuq it-triq it-tajba u gћalhekk riġlejja qatt ma gћotru, sinjal li qatt ma waqa’ gћat-tentazzjoni.Daћla gћas-supplika. Inti, ‘El (v 6)
Jerġa’ jibda b’v 1, Isma’ kliemi, qed insejjaћlek, weġibni; ihejji biex jibda jgћid dak li gћandu xi jgћid. Jaf li hu bla ћtija u kalm kalm jersaq quddiem Alla li hu bilqegћda fuq it-tron bћala mћallef, lest biex jisma’ u jwieġeb b’oraklu. (S 3, 5; 4, 2). L-ilment hu mqassam fi tlett strofi, l-ewwel, vv 7-9, iqiegћ
ed ruћu taћt il-ћarsien ta’ Alla, billi jiċċelebra l-gћemil salvifiku ta’ Alla – il-fedeltа u l-imћabba ta’ JHWH, v 7, li huma virtujiet ta’ l-alleanza, hesed w ‘emet. Minn hawn jieћu bћal minn gћajn, il-qawwa biex iressaq it-talba tiegћu. Bћal ћabba ta’ l-gћajn u dell ta’ ġwenћajn huma simbolu tat-talba , “żewġ ideat strutturali tas-salterju: Alla jikkontrolla l-istorja kollha kemm hi, u l-bniedem jesperjenzah b’esperjenza intima u persunali" jikteb G.S. Gunn.It-tieni strofa vv 10-12, hi dominata mill-gћedewwa tas-salmista. Huma aktarx nies li jagћmluha tajjeb, intellettwali u ta’ livell gћoli, kif jidher ukoll mill-kliem kburi u mġieba arroganti. Jattakkawh bћal iljun li jfittex il-priża; il-midinbin huma bla ћniena ma’ min hu bla ћtija. U quddiem it-tmiem tiegћu traġiku jgћolli leћnu f’gћajta lil Alla. vv 13-15. U quddiem l-aћћar it-tmiem traġiku, mhedded mill-bhima, tibda t-tielet strofa bl-gћajta, “Qum, Mulej, Oћroġ….ġarrfu” , tlett verbi li jitolbu l-mewt ta’ l-gћedewwa. Jitlob il-mewt tal-midneb
; mhux biss, imma billi d-dnub gћandu sens ta’ solidarjetа u firxa sat-tielet nisel u mhux ћtija privata imma komunitarja, il-kastig f’v 14, jilћaq lil ulied l-gћadu wkoll. Gћalhekk, Alla jeqridhom b’idejh stess, billi ma jkollhomx wirt xi jћallu liż-żgћar tagћhom. It-tieni li jimtlew bil-ġid ta’ Alla, v 14b, li jista’ jkun tant posittiv, jew li jkunu mћarsa minn Alla, (S 83, 4) jew li l-gћadab ta’ Alla jiżra’ biża’ fil-ћżiena. (Ġb. 21, 19). It-tema biblika wara x-xaba’ hi f’konnessjoni mal-barka aktar milli mas-saћta. (S 22, 27; 37, 19; 63, 6; 65, 5…) Hawn, iżda, il-korla ta’ Alla wara li xxabba’ l-midneb, tisqi l-imrar lill-ulied, u lil ulied l-ulied.V 15, il-kwadru finali hu riservat gћad-destin tas-salmista u jixbah lil S 16, 11; se jixba’ bil-ћlewwa ta’ Alla. (ara Ap. 22, 4). Se jara wiċċ Alla, mhux bћal Mosи (Es. 20, 19; 33, 20; Nm 4, 20) li jekk jara wiċċ Alla jmut. Hi riferenza gћad-dehra fit-tempju, dehra liturġika u mistika merfugћa gћall-ġust. Talmud ifisser din ‘Fil-ћaqq’ gћall-karitа
li kien jagћmel, gћalhekk v 1 jgћid ‘bla qerq huma xofftejja’ tkellimt is-sewwa…‘Meta nqum’, jew fis-sigћat bikrin meta aktar hemm ċans li tisma’ l-kelma ta’ Alla wara lejl talb u biki; fil-gћaxija, fid-dlam tal-lejl ifissru l-prova u d-dwejjaq (v 3). Imma waqt li nirreferu gћal S 16 li jixbah lil dan u gћal Dan.12, 2 u Is. 26, 19, ‘qum’ hu l-verb tal-qawmien mill-mewt. Hekk, li tara wiċċ Alla u tqum aћjar, ikun jekk nifhmu l-oraklu divin li ћabbar xi ћaġa kbira u sabiћa fil-kuntest tal-liturġija fit-temp
ju.‘Id-dehra (temunah) ta’ Alla’, jew ‘wiċċ Alla’ hi l-glorja ta’ Alla, il-preżenza ta’ Alla fit-tempju. Il-ġust jista’ jkollu l-istess esperjenza mistika ta’ Mosč
li ’Jien nkellmu wiċċ imb’wiċċ’; inkellmu mhux bix-xbihat imma bid-dieher (temunah) u jara s-sura ta’ Alla’ Num. 12, 8. Hu gћeluq ta’ ferћ u sliem. Alla wieġeb mhux biss billi ћassar il-ћtija, imma billi ta lilu nnifsu li hu l-aqwa ġid.Dun Ġorġ Mangion, illum 18 ta’ Settembru
2008 Mill-Kitbiet ta’ Dun Ġorġ – Nisġa