Salm 19

Innu lix-xemx u lit-Torah

Salm 19 jgћanni żewġ dwal kbar li Alla ћalaq u ta lill-bniedem biex jgћix: Ix-xemx u t-Torah, ‘dwal ta’ ġmiel mistur, gћal kulћadd u gћal ћadd, gћall-bniedem”. Xi eżeġeti waslu biex jaqsmu dan is-salm fi tnejn: innu lill-Ħallieq (vv 2-7) u innu sapjenzjali lit-Torah (vv 8-15). Ir-rabbini ћasbu fuq li ћasbu biex iżewwġuhom fl-ispirtu u Rabbi Kimchi jgћid, “hekk kif id-dinja hi mdawwla mix-xemx, ir-ruћ ma tikbirx u ma tgћixx jekk ma tiddawwalx mil-Liġi, mit-Torah”. Iż-żagћżugћ teologu luteran D. Bonhoeffer ittanta iżewwiġhom ukoll fil-linja poetika u jgћid: “Salm 19 ma jistax jitkellem fuq il-kobor tal-galassi mingћajr ma bl-istess ћeġġa juri l-kobor tar-rivelazzjoni, tal-Liġi ”. U P. Corneille jgћid, “kif id-dawl idawwal l-gћajnejn hekk il-Liġi l-ispirtu”. It-Torah hi dejjem dawl, tant jekk hi xemx kemm jekk hi musbieћ, anzi hi soda aktar mix-xemx. (Ġer. 31,35)

Wieћed hu l-ġeneru letterarju u wieћed is-Sitz im Leben (l-ambjent), dak tal-kult: it-tifћir ta’ Alla fin-natura u fit-Torah fl-istorja tal-poplu hu tema liturġiku bibliku mill-kbar. Kraus gћalhekk jgћid li s-salm inkiteb gћall-festa tal-ћarifa. Is-simboliżmu hu wkoll dak ta’ Ġwanni 1 gћax il-Verb hu dawl jiddi fid-dlam, id-dawl hu fil-ћolqien u fis-salvazzjoni, tema etiku u soterjoloġiku. In-natura tgћallem fis-skiet u t-Torah hi ċara u tonda, u l-bniedem mhux dejjem jifhimhom. Il-liturġija tat-Tempju kif ukoll dik tas-sinagoga u tad-dar meta tiċċelebra t-Torah mhix ћaġ‘oћra ћlief il-liturġija tas-sema u tan-natura, liturġija universali; hi kelma ta’ Alla mwettqa fl-istorja tas-salvazzjoni.

Xi eżeġeti, fosthom G.F. Ravasi jaraw is-salm magћmul minn żewġ kompożizzjonijiet li wara nћietu fi kwadru wieћed b’żewġ pali. Fl-ewwel stadju kien hemm ‘innu lix-xemx’ f’forma antika (vv 5c-7), fit-tieni stadju (vv.2-5b) ‘l-gћanja tas-smewwiet’ bћala salm 19 B li fehem jgћaqqad il-kerigma ta’ l-univers ma’ dik tat-Torah; il-versi huma f’metrika differenti u jesprimu teoloġija aktar żviluppata. Fit-tielet stadju hemm ‘it-tifћir tat-Torah’ (vv 8-14) b’togћma aktar sapjenzjali; is-salm żviluppa fi stil lhudi tal-liturġija tas-sinagoga il-kobor tat-Torah u kemm tiswa’ gћall-bniedem f’litanija ta’ attributi. Il-vv 12-14 jiddeskrivu l-bniedem eżistenzjali , il-fraġilità tiegћu. Gћal-lhudi ta’ wara l-eżilju, it-Torah kienet kenn żgur aktar mill-istess swar tal-belt gћaliex kienet tagћti identiа lhudija aktar minnhom. Is-swar waqgћu imma l-liġi baqgћet.

Fir-raba’ stadju s-salm jidher fl-aћћar forma tiegћu kif jidher fil-v 15 li hi bћal antifona ta’ l-aћћar, li turi kemm is-salmista żamm sћiћ it-Torah u hekk ingћaqad ma’ l-univers. Is-salm 19A jitkellem mill-kerigma mћabbra mill-univers: aktar tard intebћu bil-problema taż-żewġ xhieda ta’ JHWH ġejjin mill-univers u mill-istorja, u gћalhekk żviluppat ir-riflessjoni teoloġika tat-Torah li ingћaqdet mat-tifћir tagћha f’vv 8 u wara; din iż-żjieda fehmet tiżviluppa t-teoloġija ta’ l-gћanja l-antika. Hekk l-gћanja ta’ Iżrael hi r-rivelazzjoni storika li JHWH jagћmel tiegћu innifsu fl-istorja tal-poplu.

Dimensjoni letterarja.

Il-binja hi skond il-forma (Formgeschichte): Innu lill-Ħallieq (vv.2-7) u ‘qinah’ sapjenzjali lit-Torah (vv 8-15), salm wieћed b’aktar taqsimiet kif se ngћidu.

L-ewwel gћanja: Innu lill-Ħallieq (vv 2-7).

a. L-gћanja tas-smewwiet (vv 2-5b): il-kerigma ta’ l-univers.

b. L-gћanja tax-xemx (vv 5c-7): il-kerigma ta’ l-univers lix-xemx.

It-tieni gћanja: L-innu lit-Torah (vv 8-14)

    1. Il-litanija tat-Torah. (vv 8-11): il-glorja tat-Torah.
    2. Il- qaddej tat-Torah (vv 12-14) mћabba u ћtija.

Gћeluq bl-antifona. (v15).

Is-simboli.

Ix-xemx li madwarha jduru tant ћlejjaq – kwiekeb, qmura u l-istess dinja hi fiha nfisha simbolu universali li qajla wieћed jista’ jfisser fi ftit kliem L-istess xemx li ddawwal u tiżreġ bajda u taћraq fuq il-pajsaġġ tal-Palestina bi bjuda li tgћammex, bl-gћoljiet u witat maћruqa, bi sћana sajfija li taqtagћlek nifsek, hi esperjenza waћdanija hawn, esperjenza ћajja li tmissha gћax tgћixha.

Min-naћa l-waћda x-xemx hi vertikali, nieżla mill-gћoli u d-dawl tagћha mibgћut mir-reġjun divin, gћalhekk hi sinjal ta’ ћajja, (S 56,14), paċi (S 89,16) ferћ (97,11) salvazzjoni (S 27,1; 31,17) Hi simbolu ta’ Alla nnifsu – Alla hu xemx (84,12), B’dan kollu mhix Alla, imma Alla hu bћal xemx li fiha nosservaw ġmiel, qawwa u ћajja li Hu taha biex tirrifletti. Gћalhekk fis-salmi x-xemx hi bћal arloġġ li jirregola l-ћin u ż-żmien; kien Alla li taha sћana li ddawwal, issaћћan u tgћajjex.

Is-simboliżmu jinsab filli tara u titkellem, dehra-kelma, il-kelma teofanika tat-Torah, kelma li hi dawl, u ћajja, “il-kmandament ta’ Alla safi u jdawwal l-gћajnejn” v 9. Dawn huma minsuġin mela f’simboliżmu, kelma dawl tax-xemx u kelma rivelata ta’ Alla, smigћ u dehra fl-univers, smigћ u dehra fir-rivelazzjoni, it-Torah.

Ix-xemx, kif fil-kulturi kollha ta’ Lvant Nofsani, jimmaginaha xi alla li tgћammar f’xi mkien żgur u ’l bogћod minn kull tinġiż. JHWH jgћammar fit-tempju, ’il ġewwa nett. (1 Sl 8,12). Ix-xemx gћandha tinda fejn tistkenn billejl, forsi l-istess lejl u filgћodu tqum u toћroġ biex tibda mill-ġdid id-dawra tagћha. V 6 jgћid li t-tinda hi l-kamra taż-żwieġ ta’ l-gћarus, tista’ tkun l-istess lejl, imwaqqfa gћall-ewwel lejl taż-żwieġ. Is-salm iqajjem dehra ta’ sultan żagћżugћ li juri ruћu lis-sudditi; hi festa ta’ ferћ li fiha juri l-gћarusa sabiћa tiegћu lill-ġemgћa. (Gћan 2,8; 5,2).

Skond l-istess kultura popolari l-gћarus juri l-qawwa tiegћu bћala raġel billi jnissel ћafna wlied; gћal Iżrael hi sinjal ta’ barka, sinjal ta’ l-imћabba ta’ Alla gћall-bniedem (Ħos.2). Ix-xemx hi ћolqien ta’ Alla, mhix alla gћalkemm il-materjal poetiku jkabbarha ћafna. San Girgor il-kbir jagћti din it-tifsira kristoloġika tal-versi 6 u 7: “Tridu tafu sa fejn jasal? Ġie mis-sema fil-ġuf ta’ verġni, mill-ġuf gћal ġo maxtura, mill-maxtura gћas-salib, mis-salib gћal ġo qabar, mill-qabar reġa’ lura s-sema. Dawn huma sa fejn tasal il-veritа “tal-Kristu li l-mixja tiegћu hi bћal ta’ ġgant”.

Mas-simbolu gћarus insibu wkoll dak militari u tal-kaċċa: id-dawra li tagћmel ix-xemx minn tarf gћall-ieћor, ir-raġġi u s-sћana tagћha li tagћmel fetћa fis-sћab, juruha bћala gwerrier u eroj, tant li l-bhejjem iwieġbu gћaċ-ċaqliq tagћha. Il-ġlieda bejn lejl u nhar, dlam u dawl hi bћal taqbida bejn ћajja u mewt, tkun jew ma tkunx teżisti. Il-gwerrier hu wkoll atleta; f’vv 6b u 7d ix-xemx hi bћal ġgant li b’pass sod jiġri l-ġirja minn tarf gћall-ieћor, l-gћarus li joћroġ minn kamartu hu l-eroj li ћadd ma jieqaflu gћall-ġiri (il-verb tequfah jiftiehem fis-sens ta’ ġirja f’ċirku, l-orbita). It-tlett simboli, gћarus, gwerrier u atleta huma minsuġin b’mod li juru dinamiżu, enerġija gћax ix-xemx hi gћajn ta’ ћajja u qawwa gћall-pjaneta.

U hekk ngћaddu gћat-Torah li hi xemx. It-tixbihat huma fl-istil sapjenzjali, valuri ta’ sbuћija u siwi jitqabblu ma’ dawk morali u reliġjużi. Id-deheb, sinjal ta’ gћana kbir, id-deheb fin u l-ikel l-aktar bnin, l-gћasel m’gћandhom xejn x’jaqsmu mat-Toraћ li hi aktar gћażiża u bnina minnhom. L-gћerf, it-Torah u l-kelma jiġu offruti lil ‘dawk ta’ qalbhom safja’. Imqar jekk id-deheb hu prezzjuż, ћdejn l-gћerf (it-Torah), hu bћal ftit ramel u ftit tajn.(Gћ 7,8-9).

“Oћla mill-gћasel gћal fommi. Jien ksibt id-dehen bil-preċetti tiegћek” (S 119, 103-4). Iżid ix-xbieha ta’ l-gћasel tant gћażiża gћal Eżekjel 3,3, gћal Ġeremija 15,16 u gћal Apokalissi 10, 8-11. Is-seher tat-Torah hu seher l-imћabba, tmissu b’idejk bћal ma’ l-gћarus imiss l-gћarusa, “Xofftejk, gћarusa tiegћi, iqattru gћasel safi, u taћt ilsienek gћasel u ћalib” (Gћ. 4,11).

Dan is-salm hu minsuġ madwar it-temi simboliċi ta’ sћana, dawl, dija, togћma, ћajja enerġija, qawwa, ferћ. “Alla ta lill-ћolqien lingwaġġ li waqt li jitkellem dwaru jitkellem ukoll fuq Alla”, jgћid K. Barth.

Eseġeżi.

Is-salm ixandar il-glorja tal-ћallieq li tidher fix-xemx u s-sema; hu tagћlim teoloġiku dejjem meqjus fil-Bibbja minћabba fil-biża’ li l-poplu jagћti dahru ’l Alla u jqim il-maћluq. Dan deher fi żmien Salamun (1. Sl. 10) minћabba fit-taћlit politiku, kulturali u ekonomiku ma’ popli oћra, kif ukoll wara l-eżilju fejn il-Lhud tћalltu ma’ popli b’kulturi pagani f’Babel. Is-salm jifhem jagћti paġna ġdida, miftuћa u li tinqara ta’ meditazzjoni dwar Alla, l-awtur tal-ћolqien kollu, inkluża x-xemx.

L-innu lill-ћallieq . (vv 2-5).

Vv 2-5b huma l-kerigma ta’ l-univers, ‘Gћemil idejh”. Hu bћal introjtu maestuż gћal-Liturġija ta’ l-univers. (A.Lancellotti). Is-smewwiet huma xhieda tal-ћallieq li jirrakkontaw ‘il-glorja ta’ Alla’ v 2 l-gћeġubijiet ta’ Alla ћallieq. Huma s-smewwiet li jћabbru dan bla ma jaqtgћu. Is-smewwiet huma bћal qorriegћa li jifirdu l-ilmijiet ta’ fuq minn ta’ isfel (Ġen. 1, 6.7.9), miżgћudin bil-kwiekeb (Ġen. 1,14.17) jiġbdu l-attenzjoni tal-bniedem lejn Alla u jћabbru l-glorja tiegћu li tidher fil-ћolqien. Hi tћabbira kerigmatika ma’ taqta’ xejn. Dawk il-ћlejjaq li t-tradizzjoni semitika pagana qieset bћala allat, huma biss ћlejjaq li jxandru l-glorja (kabod) ta’ Alla. v.2.

Hu stedina biex il-lhudi isieћeb il-ћolqien fil-qima li jagћti ’l Alla fit-tempju: b’hekk mhux biss jistednuh gћall-fidi imma jћajjruh gћat-tifћir u t-talb, iqanqlu l-bniedem iwieġeb billi jemmen, jitlob u jfaћћar.

Lejl u nhar huma marbutin bћal katina u jinsġu gћanja ma taqta’ xejn. Biex juri dan il-kittieb juża’ verbi, naba’ - bћal gћajn ta’ ilma ġieri; hwh, bћal eku misterjuż u sigriet li jibqa’ jidwi, omer, kliem jew ir-rivelazzjoni u da’at, tagћrif li jasal lill-qassis. Fi kliem ieћor, il-polariżmu jum u lejl, hu dak li jwassal it-tagћrif mogћti minn Alla lill-bniedem (ir-rivelazzjoni divina) permezz ta’ l-univers, “Qaddis,qaddis,qaddis hu l-Mulej ta’ l-eżerċti. L-art kollha mimlija bil-glorja tiegћu”. Is 6,3.

Vv 4-5b. “Il-mużika teoloġika tal-kosmos” (H. Gunkel) tkompli tinfirex f’dawn il-versi. Il-kożkosmos gћandu trasparenza teoloġika, u dan hu l-misteru tal-Kristjaneżmu, mhux biss li Alla jidher f’teofanija, imma li l-istess Alla jidher ċar fil-ћolqien, mhux biss li Ġesщ jagћmel epifanija, imma li Alla jidher fi bniedem. U dan il-misteru jidher bla kliem u bla leћen, narawh bil-fidi u l-kontemplazzjoni. “Dan is-skiet jitkellem aqwa minn tromba, dan il-leћen jgћajjat lill-gћajnejna, mhux lill-widnejna, fuq il-kobor ta’ min gћamilhom”, jikteb S. Ġwann Griżostmu.

V 5. San Pawl f’Rum. 10, 18 jinqeda’ b’dan il-vers biex juri l-proċess tal-fidi, invokazzjoni – fidi – smigћ - tћabbira - missjoni divina. Dawn it-tapep (Rum 10,14-21) seћћu ma’ Iżrael li ċaћad is-sejћa. “Tgћid ma semgћux? Jistaqsi.”Żgur li semgћu”. Il-fidi mis-smigћ tal-kelma ta’ Kristu, gћax hu nnifsu jkun qed jitkellem, Instemgћet fid-dinja u gћalhekk skont it-teknika ta’ l-eseġeżi rabbinika, Pawlu jgћid li, minn leћen il-kosmos ssir leћen Kristu, minn kerigma tal-ћolqien, issir kerigma tas-salvazzjoni.

L-innu lix-xemx (vv 5c-7). Din tidher li hi l-aktar parti antika tas-salm li nsibu testi paralleli fil-letteratura babiloniża; xi qari mhux korrett ta lok gћal tifsir żbaljat. Imma il-missirijiet tal-knisja jitilqu minn hawn biex jgћollu l-kobor tal-Verb inkarnat u l-liturġija tal-Milied tibdel l-allegorija tax-xemx fil-ġuf ta’ Marija, t-tinda tal-laћam tal-Verb li sar bniedem. Madankollu l-innu jimxi fuq linja ta’ simboli fejn it-tinda hija l-lejl fejn ix-xemx tirtira bћan-nomadi fit-tined tagћhom. F’v 6 issir il-kamra tas-sodda ta’ l-gћarus minn fejn joћroġ filgћodu gћarus-gwerrier biex jibda’ l-ġirja rebbieћa tiegћu fl-ispazju.

“Xejn ma jinћeba mis-sћana tagћha”. v 7. Hawn ћjiel ta’ l-animiżmu pagan, li s-salmista jifdi billi juri li l-ġirja tiegћu hi mћażża minn Alla, esseri intelliġenti u setgћan. Issa s-salm jgћaddi gћal ton differenti ћafna, mid-dinja fiżika gћal dik morali, biex jitkellem fuq it-Torah. Hekk iż-żewġ innijiet jingћaqdu f’innu wieћed lill-kelma ta’ Alla, dik tal-kosmos u tal-Bibbja.

L-innu lit-Torah (vv 8-14).

L-innu jiftaћ billi jiċċelebra t-Torah, il-Liġi tagћlim divin, gћażiż fih innifsu u gћalina. It-Torah hi perfetta (tam, dawramejt), kollha kemm hi. Hi bћal triq perfetta (S 18, 31.33), jew mixja ta’ ћajja fis-salterju hekk li l-lhudi jћobbha b’imћabba kbira (vixxerali). “Henjin dawk li triqthom bla ћtija, li jimxu fil-liġi tal-Mulej” (S 119, 1). It-Torah issir gћalih kelma gћajn ta’ qawwa ġewwinija li tagћti ћajja ġdida, tagћmel ћolqien ġdid.

It-tieni hi xhieda ta’ JHWH – Alla jżomm il-patt ma’ Iżrael, miġburin fl-gћaxar kelmiet, li qatt ma jinqerdu. Huma gћajn ta’ gћerf u lil min jingћataw? Lis-sempliċi, (peti) dak li gћandu l-ispirtu tal-fqar ta’ JHWH, dak li jintelaq f’Alla, qawwa tiegћu u stabbiltа: il-bniedem eżistenzjali fiha jsib il-milja tiegћu.(ћajja, nifs, qalb, gћajnejn).

It-tielet hi preċetti (paqqudim) ‘li jferrћu l-qalb’. Il-preċetti ta’ Alla huma normi b’effett ġiridiku, gћajn ta’ ġustizzja bћal sentenza ġusta. Mhix kelma miktuba fuq karta daqskemm fil-qalb, li ssir gћajn ta’ ferћ gћall-bniedem fl-intimu tiegћu. (Pr.23,15)

Ir-raba’ titlu gћat-torah hu kmandament (miswat) ordni li fuqu jinbena l-ordni soċjali ġust f’Iżrael..Huma gћajn ta’ dawl bћax-xemx (Gћ. 6,10; Ġob 37,11). Hawn tidher ir-rabta bejn ix-xemx ta’ l-ewwel parti u t-Torah; tagћtih li jara s-sens profond tal-ћajja.

Il-ћames hi kelma, oraklu permezz tal-profeti jew il-qassis indirizzat lill-bnedmin; hi bћal fidda mgћoddija min-nar (S.12,7;18,31), hi veritа.

Is-sitta hi ġudizzji (mispatim), jew il-proċess kollu mit-tfittix tal-verità sas-sentenza, li tingћaqad mal-koppja hesed w ‘emet ta’ l-alleanza issir sedeq (ġustizzja). “Gћax int ġust f’dak kollu li gћamiltilna: kull ma gћamilt hu sewwa, triqatek kollha dritti, u l-ġudizzji tiegћek huma s-sewwa”. (Dan. 3, 27). V.11. Jissokta t-tifћir tat-Torah li hi egћżeż mid-deheb, oћla mill-gћasel.

Jidћol il-qaddej (‘ebed) tat-Torah vv 12-14, dak li jagћmel ir-rieda ta’ Alla, rapport intimu u ta’ ferћ bejn Alla u l-bniedem li jwettaq fid-dinja l-pjan tiegћu ta’ salvazzjoni. Fost dawn il-qaddejja, il-Patrijarki, Mosи, David, Ġesù hu l-Qaddej misterjuż u messjaniku li bil-mewt tiegћu, ћaruf bla ћtija, wettaq is-salvazzjoni.(At3, 13.26; 4, 27).

V 12 hu profil tal-qaddej li gћandu mћabba gћat-Torah u qalbu marbuta bil-kbir magћha, u hu mhejji li jwettaq b’impenn kull ma titlob minnu. ‘Il-qaddej tiegћek’ jew ‘jiena’ (Eżek 3, 17-21) hu mgћallem minn Alla stess. Il-ћlas hu riferenza ċara gћad-domma tar-retribuzzjoni (min iћarisha – premju, min le, kastig). “Imma l-hena sћiћ jinsab fl-istess ћarsien tal-Liġi, il-ћlas hu kbir gћax kbira hi l-barka” (S. Wistin).

Vv 13-14, jitkellem minn xhieda negattiva gћal min ma jћarisx it-Torah imma s-salmista hu ‘ћieles minn dnub kbir’. X’inhu l-misteru tad-dnub ? Erba’ kelmiet li jiġbru l-misteru sћiћ tad-dnub. Dnub fatali li jsir awtomatikament, li hu nuqqas li dak li jkun ma jgћarfux, ma jagћrafx il-ћażen tiegћu; dnub moћbi ta’ l-injoranza; dnub tal-kburija, l-gћerq tad-dnub bћala ribelljoni gћall-pjan ta’ Alla (Ġen. 3) u l-akbar fost kollha, l-akbar dnub fil-Bibbja, il-ћtija l-kbira, l-idoli jew l-idolatrija. Din tkisser ir-rapport tal-bniedem ma’ Alla. Hi bћal adulterju, tant li jekk iż-żwieġ hu simbolu tal-fedeltŕ tal-poplu, tal-bniedem lejn Alla, l-infedeltà li hi adulterju, hi simbolu ta’ din l-infedeltà tal-bniedem jew tal-poplu lejn l-gћarus. (Ħos.3).

L-Antifona ta’ l-gћeluq. v 15.

L-aqwa debћa li wieћed jista’ jagћmel lil Alla mhix offerta tal-ћruq jew riti, imma t-tweġiba ћajja gћat-Torah; ‘kliem fommi’ jew stqarrija bil-fomm, minn barra tal-ћarsien tal-Liġi u ’ћsieb qalbi’ jew qima interjuri. Huma żewġ paralleli – umana u divina - jgћaqqdu r-rieda ta’ Alla mfissra fit-Torah mar-rieda tal-bniedem li jћobb u jћares it-Torah biex jitwettaq il-pjan tal-Alla fl-istorja u fid-dinja.

JHWH hu blata u feddej (go’el) żewġ attributi li japplikaw gћal Sijon; blata mћabba l-fiduċja li tagћti l-Liġi, feddej, gћall-impenn u l-imћabba ta’ Alla gћall-poplu, l-ewwel imwieled tiegћu (Eż 4, 22). Alla ma jibqax indifferenti quddiem it-tbatija tal-poplu, tal-bniedem li jitolbu. Gћalhekk hu kollu fiduċja u tama li hu milqugћ quddiem Alla.

Dun Ġorġ Mangion, illum 1 ta’ Diċembru 2008

Mill-Kitbiet ta’ Dun ĠorġNisġa