Salm 20
Innu rjali militari:
Mulej salva lis-sultan
L-innu nazzjonali Ingliż, "God save the King/ Queen" hu ispirat minn v 10 ta’ S 20.
Salm 20, 21 u l-innu ta’ Anna f’1 Sam. 2 jiffurmaw trittiku interessanti, trittiku arkajku kif jidher mis-salm kollu li hu talba rjali fi żmien ta’ gwerra jew xi żmien iebes ieћor. Kull ma fih is-salm, ibda mit-tempju u l-midluk, il-kavallerija li kienet iddaћћlet minn Salamun fl-eżerċtu, il-qawwa ta’ Alla li tћares is-sultan davidiku l-bnadar f’isem il-Mulej, il-mod kif jitkanta, b’solista u kor, solista u qassis, kollox juri li hu ritwal antik bћal S 24. ~ert ukoll li nkiteb fi żmien il-monarkija: l-eseġeti jattribwuh gћal żmien David jew Ġosafat, Ġeroboam jew Ġosija (l-aktar li jaqblu), imma ċert ukoll li matul iż-żmien sarulu xi tibdiliet skond iż-żmien u ċ-ċirkustanzi.
Xi wћud jgћidu li nkiteb gћall-bidu tas-sena, festa popolari fost il-pagani meta s-sultan kien jitgћolla u jitolbu l-allat biex iћarsuh. Imma din il-festa ma tidhirx fil-Bibbja. A.Weiser, wieћed minn dawk li jaћsbu dan jgћid li v 10 jitfa’ dawl fuq dan. Żgur hu li f’sens messjaniku-kristoloġiku l-Knisja tqisu innu lil Kristu sultan li mhux bil-qawwa ta’ l-eżerċti imma bil-qawwa ta’ l-Ispirtu jidћol fid-dinja biex ixerred l-gћedewwa tiegћu, il-ћażen u d-dnub.
Dimensjoni letterarja.
L-atturi veri huma JHWH u s-sultan gћalkemm ma jidhrux fuq ix-xena li hu l-poplu ta’ Iżrael miġbur f’ġemgћa. Jidhru xi solisti u kor ċkejken, l-‘Int’ tas-salm hu s-sultan imma f’v 10 hu Alla. l-eroj veru u waћdieni li jagћti qawwa u rebћa lis-sultan li qiegћed minfloku, logutenent: hi teokrazija, saltna mmexxija minn Alla.
Il-lirika hi ћajja, solisti jidћlu fuq oћrajn, fuq il-kor, xi drabi hi talba drabi oћrajn insibu dikjarazzjoni, awguri. Ir-ritmu hu miftuћ 4+4, jew klassiku 3+3: Naraw.
Is-salm nistgћu naqsmuh hekk:
I. Rit ta’ sagrifiċċju ta’ interċessjoni. (vv 2-6b), minn kor ta’ leviti.
Akklamazzjoni ta’ l-assembleja. (v 6c), il-ferћ tal-ġemgћa.
II. Oraklu saċerdotali (v 7), t-talba hi mismugћa.
Kumment gћall-oraklu (vv 8-9), l-ideoloġija tal-gwerra qaddisa.
III. Akklamazzjoni aћћarija tal-ġemgћa. (v 10).
Il-figura li tgћaqqad is-salm mhix biss il-midluk (masiah) li jidher ċar f’v 7 u v 10 bit-titlu ta’ sultan (melel), imma JHWH li jidher taћt forom oћra: Sema-santwarju, antropomorfiżmu jew l-isem ta’ Alla, il-qawwa ta’ Alla u l-gwerra qaddisa.
L-assi sema-santwarju v.3, x-Xekina’ ta’ l-Arka (S 9,12; 24, 7-10; 1 Sl 8,8) u t-tweġiba u l-gћajnuna jiġu mis-sema v 7. Bejn sema u tempju hemm kanal ћaj, ‘triq qaddisa’ (S 77,14) li minnha tgћaddi l-ћajja, l-qdusija. Hi t-teżi dewteronomista tat-Tempju ta’ Salamun 1 Sl 8, "Jien bnejtlek dar fejn tgћammar… Imma tgћid tassew li Alla se jgћix fuq l-art? Ara! Lanqas is-smewwiet ma jesgћuk. Aћseb u ara daqsxejn ta’ tempju". u s-soluzzjoni tidher f’v 28, "Agћti widen… gћat-talb li dan il-qaddej qed iressaqlek "minn dan il-post." U fost is-seba’ talbiet hemm dik tal-gwerra: "Meta l-poplu tiegћek joћroġ jitqabad kontra l-gћedewwa tiegћu fit-triq li int tkun bgћatthom, u jitlob ...isma’ mis-smewwiet it-talb u s-suppliki tagћhom, u agћmel ġustizzja magћhom" (8, 44-45). Mela jqis il-gwerra hi bћala ġudizzju ta’ Alla. Is-sinsla ta’ l-istorja biblika qegћda bejn Ġerusalemm ta’ fuq u dik ta’ issa, hawn, rabta mistika. L-gћolja ta’ Sijon hi gћal-Lhudi sinjal tal-preżenza doppja ta’ Alla, fl-ispazju (fit-tempju) u fiż-żmien (fid-dinastija).
It-tieni hu l-isem jew il-persuna ta’ Alla li ma jidhirx imma tћossu gћax jaћdem. (S 8,2). It-teoloġija ta’ l-isem divin tar-riforma dewteronomista li tindika meta nkiteb is-salm, hi l-leit-motiv tas-salm. Salm 33 jgћid li l-isem ta’ JHWH hu l-fiduċja waћdanija tas-sultan, ferћ u salvazzjoni (S 54, 3.8) u fis-salm tas-Sukkot (tined) S 118 l-isem jinstema’ erba’ darbiet: "Imma f’isem il-Mulej irbaћthom….tani l-gћajnuna." L-isem hu dejjem misterjuż, (Eż 3,15) imma tћossu jaћdem, isalva. Is-sultan ta’ Iżrael iћossu qawwi ‘f’isem il-Mulej’ v 8.
Ma’ Alla hemm diversi verbi li juru din il-ћidma: jisimgћek u jћarsek fi żmien in-niket, v 2 , jibgћatlek l-gћajnuna u jagћtik is-saћћa, v 3 u dan minn Sijon, jiftakar fl-offerti u jilqa’ bil-qalb il-memorjal tas-sagrifiċċju, tant li jagћtik... u jtemm ћsibijietek v 5 u ‘salva u weġibna’ ta’ vv 7 u 10 huma kollha gћemil-il leminija ta’ Alla; kollha jiċċelebraw l-atti storiċi tas-salvazzjoni mwettqa minn Alla.
It-tielet kategorija hi dik tal-‘gwerra qaddisa’, vv 8-9; fi żmien Salamun bil-politika tiegћu ta’ pompa (1 Sl 10, 28-29) daћlet il-kavallerija bћal ma kellhom il-Kangћanej u l-Assiri, armamenti sofistikati u mћabba f’hekk iż-żiemel beda jitqies bћala simbolu ta’ idolatrija.(Ħos 1,7; 14,4; Gћam 2,15; 4,10; Is 30,16). "Ħażin gћalihom dawk li jinżlu l-Eġittu gћall-gћajnuna, gћal dawk li jittamaw fiż-żwiemel… iż-żwiemel tagћhom laћam u mhux ruћ" (Is. 31, 1.3). Iż-żiemel hu sinjal ta’ sfiduċja f’Alla u fihom infushom u gћalhekk Zakkarija jrikkeb lis-sultan messija fuq ћmar (9.9).
L-ideoloġija tal-gwerra qaddisa kienet titlob li jmorru lura gћall-fidi Jahwista teokratika li mhux dejjem kienet rispettata. L-eżerċtu tas-sultan Aћab kien jgћodd 2000 karru. Ġob 39, 19-25, jagћtina ritratt sabiћ taż-żiemel fil-gallerija ta’ l-annimali, simbolu ta’ qawwa u sbuћija fil-passi tiegћu. L-istess v 9 jagћtina r-riżultat tal-gwerra qaddisa – ulied JHWH jibqgћu weqfin u b’saћћithom waqt li l-gћedewwa jixxenglu u jaqgћu. Din ukoll hi tema gћażiża gћal Isaija meta jċanfar lis-sultan Aћaż li fittex alleanza mal-Assirja pagana qabel il-gwerra Siro-Efremita (734 Q.K.) u jipproponilu li jserraћ rasu, ma jibżax u ma jċedix, li huma verbi tipiċi tad-Dt. 20, 3-4. Il-gwerra qaddisa fil-mumenti kritiċi ta’ l-istorja ta’ Iżrael hi bћal forn tan-nar tal-fidi u l-fibra nazzjonali; min jemmen f’Sijon u dak li jћaddan il-poplu bis-saћћa ta’ l-alleanza, jћalli fil-ġenb kull tbixkil politiku ma’ popli pagani u jintelaq gћal mezzi u pjani banali bћal dawk ta’ Gidgћon, gћax il-gwerra hi ta’ Alla u r-rebћa trid tidher li hi tiegћu. Madankollu Ġeremija jinћass xi ftit differenti meta jipproponi li jċedu gћall-Babiloniżi.
Eseġeżi.
Rit ta’ sagrifiċċju ta’ interċessjoni. (vv.2-6b). ‘Jisimgћek…iћarsek l-isem ta’ Alla ta’ Gakob’. Hi sejћa antika li nsibuha fis-salterju (46,8.12; 75,10; 76,7) u dan isir minћabba fil-patt ta’ Sikem (Ġs 24) u l-gћażla li gћamel Alla ta’ Ġakobb li tah l-isem ta’ Iżrael, kif insibu fil-‘kredu’ storiku (Dt 26, 5-9). Alla joћroġ lill-fidili tiegћu minn kull inkwiet u niket u jwassalhom fuq l-gћolja u l-blata ta’ Sijon, gћamara żgura (S 46). Barra dan, l-invokazzjoni gћandha togћma militari (v 3) gћax Alla hu impenjat li jidћol biex isalva; fil-bidu tal-monarkija l-presenza ta’ Alla kienet tidher fl-Arka waqt it-taqbida (Num 10, 35; Ġs 6, 6-14; 1 Sam 4, 3-22), imma aktar tard l-Arka kienet tibqa’ fit-tempju minn fejn kienet tћares l-eżerċtu li qed jitqabad.
Vv 4-5. L-offerti huma dawk tal-ћxejjex (Lev 2) jew dawk tal-ћruq (‘azkarah, memorjal) li jfakkar lil min joffri quddiem Alla li jimpenja ruћu li jiftakar f’min joffri. (S 38,1).L-olokawst (olah. dak li jitla’) kien l-aqwa gћax jinћaraq, jew jkun offrut kollu kemm hu. (Lev 1; 22, 17-25). Il-Mulej jilqa’, ‘u jagћtik dak li tixtieq qalbek…’ mela kien mogћġub quddiem Alla. Gћalhekk diġà qed jithejjew l-istendardi biex jiċċelebraw ir-rebћa. v 6. Mosè wara li rebaћ lill-Gћamalek gћadda biex waqqaf altar li jfakkar ir-rebћa skond il-ћsieb tal-gwerra qaddisa, u semmieh "Jahweh nissi". (Eż 17,15).
Il-ġemgћa tidћol f’kor, tingћaqad mas-sultan fit-talba u takklama (v 6c) il-milja, ‘jagћtik il-Mulej kull ma titolbu.’ F’dan il-punt jidћol l-orkalu tal-qassis li jagћlaq ir-rit.
L-oraklu uffiċjali. Talba mismugћa. (v 7)
"Jien issa naf" hi stqarrija ta’ fidi, ċert. Ir-rebћa hi sinjal li Alla ta widen gћat-talb u laqa’ l-offerti, wieġeb bla ma jћalli dubju. Il-Midluk hu mћares minn Alla; it-talba kienet minn isfel gћal fuq, issa r-rebћa ġiet minn fuq gћal isfel, sema-Sijon. Ta r-rebћa, salva, hi f’kuntest ta’ gwerra qaddisa (Ġs. 6, 2) u r-rebћa, geburah, ġrajjiet, ћolqa wara ћolqa f’katina ta’ indћil ta’ Alla salvatur fl-istorja li Iżrael ikanta f’Salm 136.
Kumment tal-kor. (vv 8-9)
Jikkumenta dwar il-gwerra qaddisa u l-armi li ntużaw, li ma kienux karrijiet u żwiemel, jew manuvri diplomatiċi imma l-gћajnuna ta’ Alla s-sultan ta’ l-univers gћat-talb tas-sultan messija. Hu stedina gћall-gћaqda nazzjonali gћax l-istorja tal-poplu mhix gozz ġrajjiet imma pjan imfassal minn Alla li jseћћ dejjem minkejja r-rieda tal-poplu tajba jew ћażina. Hi viżjoni integralista ta’ l-istorja li tinġabar tajjeb fi kliem Bossuet: "Idejn merfugћa ’il fuq jitolbu, jirbћu aktar battalji minn ponnijiet jitqabdu". Dan m’gћandux jagћti lok gћall-viżjoni fundamentalista li jћares lejn il-gwerra bћala att reliġjuż.
Id-dwell bejn David u Goljat hu ċar bћala kumment gћall-oraklu: "Int ġejt lejja bix-xabla, bil-lanza u bil-vleġġa; iżda jien ġejt gћalik b’isem il-Mulej ta’ l-eżerċti" (1 Sam 17, 45). Bћall-gћanja ta’ Anna sterili u s-sultan li jirbћu super-potenzi u jgћollu ’l Alla li jrebbaћ il-fqajrin u jgћolli d-dgћajfin skond it-teżi dewteronomista:"Il-Mulej iwerwer lil min jiqaflu, Alla l-gћoli jriegћed mis-smewwiet. Il-Mulej jagћmel ћaqq minn truf l-art, jagћti s-saћћa lis-sultan tiegћu, u jarfa’ ras il-midluk tiegћu" (1 Sam 2, 10).
Akklamazzjoni ta’ l-Gћeluq. (v 10)
"Mulej salva lis-sultan" hi eku ta’ "Viva s-sultan Salamun !" (1 Sl 1, 34.39; 2 Kr 23, 11). Salva jew rebbaћ. F’kuntest kristjan is-salm jista’ jitqies bћala innu ta’ rebћa tal-poplu li jemmen, gћanja tar-rebћa aћћarija tan-nisrani bil-qawwa ta’ Kristu fuq is-setgћat tal-ћażen. "Niżżu ћajr lil Alla li tana r-rebћa permezz ta’ Sidna Ġesù Kristu." (1 Kor 15, 57).
Dun Ġorġ Mangion, illum 8 ta’ Diċembru 2008
Mill-Kitbiet ta’ Dun Ġorġ – Nisġa