Salm 22
Tbatijiet u rebћ tal-Messija
Is-Salm 22 jinqasam hekk:
Ftuћ drammatiku – gћaliex int hekk imbiegћed?
vv 2-3.l-ewwel moviment – Alla bogћod u qrib
, vv 4-12.It-tieni moviment –
Annimali li jwaћћxu jdawwruh; bniedem imkisser u mxejjen (kenosi), vv 13-19.Rit liturġiku.
Tiftaћ bit-tema – taћbira u tifћir
, vv 2-3.L-assemblea tkanta, vv 24 -25.
Min qed jitlob iwieġeb, v 26.
Gћeluq
. Ikel u kant, v 27.
L-univers ikanta lil JHWH sultan, vv. 28, 30-32.
Bћala daћla gћal dan is-salm hekk importanti minn kull lat, nixtieq nikkwota dak li jgћid S.Quinzio
: "L-abiss tal-kenosi hu l-abiss ta’ axxeta, il-mistiku li jinżel fil-baћћ tal-kenosi mingћajr biża’, sewwasew gћax jaf li hu mirfud minn Kristu, mhux abbandunat, bћal Ġesù fuq is-salib. Alla ma telqux. Imma l-veru abiss tal-kenosi, dak li jwerwer lill-istess Mulej u li, la aћna u lanqas Hu, ma nistgћu insofru, hu l-abiss li wieћed iћossu u jkun jaf li hu tassew abbandunat minn Alla.”L-ambjent storiku eżistenzjali tas-salm
.Il-
protagonista hu l-poplu ta’ Alla kollu kemm hu li kien gћaddej minn prova storika kbira, jgћid G. Beer. Rabbini medjevali jaqblu ma’ din il-fehma. Kontra dan hemm li l-kuntest kultiku hu personali gћall-aћћar. Mhux bniedem kien min kien iffaċċat minn problemi nazzjonali u ġenerali, imma hi gћajta ta’ bniedem imfarrak minn mard, faqar, tkasbir, bniedem f’xifer il-mewt u fuq kollox inkwetat mis-silenzju ta’ Alla.Xi eżeġeti ipproponew li l-protagonista hu xi sultan bћ
al, ngћidu aћna David, jew Eżekija, xi profeta bћal Ġeremija. Kontra dan hemm li l-protagonista tas-salm hu solidali mal-foqra, xi wieћed minnhom forsi – v 27.Jidher li hu individwu b’personalità qawwija u bi spiritwalità
profonda, mistiku kbir f’waqt traġiku ta’ ћajtu. Hu bniedem fi tbatija fiżika kbira ta’ mard, bniedem maћkum minn solitudni morali, hu bniedem li bћal Ġob qed ifittex tweġiba mhux minn gћand xi ћadd, imma minn gћand Min hu biss jista’ jћoll dan il-misteru, Alla – v 22.Sitz im leben – il-qagћda konkreta tal-protagonista li qe
d ibati, bniedem abbandunat minn Alla, qagћda li twassal gћal mewta totali , fiżika, morali u eżistenzjali. Hu min hu li qed jitlob dan is-salm, jaf li Alla jinsab miegћu, jista’ jidћol miegћu fil-mewt u jirbaћ gћax mhux waћdu; imma gћalissa qed iżomm is-silenzju. It-tweġiba gћad mhix sћiћa – il-liġi tar-retribuzzjoni (skond ma tagћmel tieћu) li kienet tirregola kollox fl-A.T. mhix sodisfaċenti. F’ċertu sens hi tweġiba inferjuri gћal dik li jagћti l-ktieb ta’ Ġob li storikament hu miktub wara. Nifhmu li t-tweġiba tingћata biss minn Ġesù Kristu u f’Ġesù Kristu Rxuxtat.Fejn hi t-tifsira messjanika tas-salm?
Vv 28 sa 32
huma żjieda liturġika. Is-salm li aktar jitkanta milli jingћad, jitkanta f’laqgћa fejn hemm nies miġbura gћal ċelebrazzjoni liturġika. Dawn jiċċelebraw u jieklu fl-aћћar ukoll. Is-salm hu espressjoni ta’ tbatija kbira ta’ bniedem ġust li jidentifika ruћu ma’ l-anawim (il-foqra ta’ JHWH), spiss imkasbra mill-istess setgћa politiko-reliġjuża tal-poplu ta’ Alla. Gћalhekk hu tip ta’ l-istess Messija li jsir ћaġa waћda mal-fqar bћala l-Qaddej ta’ JHWH.Gћat-Testment il-Ġdid hu Ġes
ù Kristu, il-Messija fit-tbatija, solidali ma’ dawk kollha li, sa l-aћћar taż-żmien, ibatu fi ћdan il-poplu l-ġdid ta’ Alla. Cassiodoru jikteb fuq is-salm li hu ‘non tam prophetia quam historia’, mhux biss profezija imma aktar u aktar ġrajja, storja vera. Jew ġrajja ta’ bniedem, il-bniedem ta’ Alla, Ġesù Kristu u dawk li huma tiegћu.Is-Salm 22, qawwi fil-kuluri ta’ tbatija u l-fiduċja ta’ bniedem f’mument ta’ prova
iebsa gћall-aћћar, jista’ jitqies bћala profezija ta’ l-istorja ta’ Ġesù Kristu fil-passjoni tiegћu.Imma minn fejn ġiet din l-interpretazzjoni tat-TĠ
gћal Ġesù Kristu? Verament ġara li, kif jiktbu S.Mark u S. Mattew, Ġesù qalu, jew bdieh u komplieh forsi f’qalbu fuq is-salib?Hu Ġesù Kristu storiku li, skond Mk. 15, 34 u Mt. 24, 46
-47, jagћmel tiegћu dan is-salm. Gћalhekk ma gћandniex gћalfejn niddubitaw. Jista’ jkun ukoll li dawn l-evanġelisti qegћdin jagћtuna dak li l-Knisja ewlenija emmnet dwar ir-rabta bejn Ġesù u S 22; u mqar f’dan il-Knisja hi infallibbli. Żgur li mhux il-kas li l-insara ivvintaw din ir-rabta u tawna din l-istampa ta’ Ġesù abbandunat mill-Missier. Hekk kien Ġesù nnifsu li talab dan is-salm jew kienet it-tradizzjoni kristjana li poġġietu fuq fommu, kollox ma’ kollox juri li l-interpretazzjoni messjanika tas-salm hi ċerta, imsejjsa tajjeb fit-tradizzjoni.Kummenti eżeġetiċi.
Lamentazzjoni (qinah)
Is-salm jiftaћ b’versi li jiġbru l-ћsieb tas-salm kollu, u jgћinna nifhmu l-istat tar-ruћ ta’ min qed jitlob, mhux inqas ta’
Ġesù, ladarba l-Evanġelisti Mark u Mattew iqegћduhom fuq fommu mislub. Isejjaћ, “Alla tiegћi”, tiegћu imma mhux tiegћu, hu qrib imma ’l bogћod, jgћajjatlu u ma jisimgћux. L-istess iћossu Ġob li jsejjaћlu u mhemmx li jwieġeb.Din l-gћajta ta’
Ġesù msallab mhix gћajta ta’ bniedem iddisprat; huwa aktar bniedem ikkundannat mill-bnedmin u misћut minn Alla. Hu bniedem deżolat mhux disprat, hu bniedem miftuћ gћat-tama imma mhux gћalissa; is-salm jagћlaq fuq nota ta’ tama.Hu l-bniedem li Pawlu jiddeskrivi fl-ittra lil-Galatin :
"Kristu fdiena mi
Ġesù jikkwota l-v
erżjoni aramajka, “Eloi, Eloi, lema sabaqthani?” u l-lhud jinterpretawh li “qed isejjaћ lil Elija “ (Mk. 15, 25).L-eżeġeti jaqblu li kienet rimarka ironika; kienu jafu li Elija isejj
ћulu dawk li jkunu qed imutu, (Sir. 48, 5-11) imma mhux il-kas.V 4:
JHWH jgћammar fit-tifћir tal-poplu tiegћu – hi l-liturġija ta’ Sijon, l-arka hi l-post tal-mistrieћ tal-Qaddis ta’ Iżrael (Is. 6.). Il-Qaddox li jgћammar fit-tempju hu JHWH, Alla magћna.Vv 5-6:
Imma dlonk wara jagћtik x’taћseb li qed jiddubita minn din il-presenza qawwija ta’ JHWH li jeћles. U jagћmel kif isir is-soltu f’dawn il-każi, ifakkar il-ġrajjiet ta’ ћelsien li gћadda minnhom il-poplu magћżul u jistaqsi: U gћaliex issa le? Donnu jrid jipprovoka lil Alla. Hi fiergћa l-garanzija ta’ ћelsien li dejjem ta lil dawk mill-poplu li jsejjћulu? Le. Dan JHWH li dejjem daћal fl-istorja biex jeћles, hekk se jagћmel miegћi.Vv 7-9:
Isaija ћabbar, fi 53, 3-4 –“Kien imżeblaћ
u mwarrab mill-bnedmin,bniedem li bata’ u jaf x’inhu l-mard,
Aћna ћsibnieh bћal wieћ
ed ikkastigatMitluq minn Alla u miġjub fix-xejn."
Is-salmista jrid jgћid, li gћal dawk li ma jemmnux, i
t-tbatija tal-ġust hi prova li Alla ma jeżistix, hi ћaġa bla sens temmen f’Alla ġust u tajjeb. Imma Alla jћalli l-ġust isofri mill-ћżiena, hu mument ta’ kriżi gћall-istess bniedem li hu fit-tbatija, waqt li s-salmista jidher qed jipprovoka lill-istess Alla biex jagћmel xi ћaġa.Vv 8-9: Dawn i
ћabbru l-istess mossi u kliem ta’ dawk li kienu qegћdin jipprovokaw lil Ġesù msallab biex juri min hu, kif jirrakontaw l-Evanġelisti (Mk. 15, 29).Vv 10-12:
Imma, saћansitra meta l-ġrajja gћadha qed tintiseġ, diġà tinћass li t-tama qed iżżernaq, ir-rebћa ta’ l-Gћid qed tinћass u f’ћinhu u f’waqtu is-salmista jinfexx f’gћanja ta’ ferћ.Vv 13-19:
Il-prova ta’ dan il-bniedem tilћaq l-aqwa tagћha; ma jistax ikun aktar imżeblaћ minn daqshekk, kenosi totali. Jidћlu fix-xena bosta annimali; il-barrin ta’ Basan li huma simbolu ta’ qawwa li ma tistax tiqfilha. Huma simbolu ta’ qawwa tax-xitan.Vv 14:
L-iljun hu xbieha klassika ta’ annimal tal-priża, annimal li jdur u jfittex lil min jibla. Dan il-bniedem m’gћandux ’il fejn jaћrab, id-destin tiegћu hu maћżuż u t-tmiem tiegћu ċert.Vv 15-16: Il-m
ewt hi qrib u hi mxebbha ma’ xi ћaġa li ddub fl-ilma tal-kaos ta’ qabel il-ћolqien. Trab il-mewt hu l-inżul fix-Xeol; hi xbieha ta’ xi splużjoni li xxerred il-bċejjeċ ’il bogћod u madwar, u l-frak tal-vittma ma’ kullimkien. Kollox isir trab, ma tiġbru b’xejn.“Gћax aћna mmutu ż
gur, u bћalma l-ilma mxerred fl-art ma jinġabarx, hekk Alla ma jroddx lura l-ћajja" (2 Sam. 14, 14).V 16: K
ienu jaћsbu li ћalq niexef bћal xaqqufa kien effett ta’ deni qawwi meta l-intern kollu jkun f’xifer il-mewt u ġismu jkun qrib il-mewt. Mqar jekk nifhmuha simbolikament, ifisser il-qiegћnett tal-kenosi xi ћaġa li tinfetaћ bћal ћalq li jibla’ u jtemm il-ћajja.Vv 17-19:
Hi xena tal-kaċċa. Il- kelb kien annimal iddisprezzat fil-Lvant gћax aggressivi u f’Iżrael aktar u aktar gћax jippreżentaw l-oxxen u l-impur. Li l-klieb iduru gћalik ifisser l-agћar disunur u l-insult mistmerr. U hekk kif l-annimal jinqabad fix-xibka tal-kaċċatur hekk ukoll jsib ruћu il-bniedem tat-tbatija tas-Salm 22. Klieb jgћajjtu, gћatxana gћal demmu, lesti biex jiżbranawh u jqattgћuh bi snienhom hekk kif il-kaċċatur joћorġu mix-xibka.V 18:
‘jgћodd gћadmu’. Hu ġisem gћoddu skeletru, ġisem imbiċċer minn nies sadisti li ippersegwitawh u wara li sawwtuh, b’mod tassew insolenti jћarsu lejh kważi biż-żuffjett.Vv 19:
‘Il-qsim tal-ћwejjeġ’ juri li l-mewt hi fil-qrib. Il-vanġeli jagћtu importanza lil din l-azzjoni tas-suldati u Ġwanni jikkwota dawn il-versi biex juri li t-tradizzjoni nisranija ewlenija rat f’dan il-punt it-twettiq ta’ din il-profezija messjanika (Ġw. 19, 23-24). Fit-tunika li kienet biċċa waћda, il-missirijiet tal-Knisja jaraw xbieha tal-Knisja waћda.Vv 20-21: Alla hu ’
l bogћod; qagћda tassew drammatika. Imma mhix gћajta ta’ wieћed iddisprat; hi gћajta ta’ bniedem li gћandu fidi sћiћa. Jemmen li Alla ma jistax iћallih sa l-aћћar u gћal kollox. Is-sejf lest biex jinżel fuq rasu u jtemmlu ћajtu. Il-klieb se jiżbranawh u gћalhekk jgћajjat, ‘eћlisni’ u jaf li Alla mhux biss jista’ imma ser jeћilsu. Eћlisli ћajti –nefes – in-nifs tal-ћajja jew l-esseri tiegћi, gћax hi l-ћaġa gћażiża li gћandi. Eћlisli ћajti mill-gendus u l-iljun li lesti jqattgћuni bċejjeċ. U t-tweġiba tiftiehem, gћax qisha pont bejn il-lamentazzjoni u r-radd il-hajr.
It-todah jew ir-radd ta’ hajr (vv 23-27).
Huma versi ta’ daћla gћal-laqgћa liturġika li se jkollna f’gћeluq is-salm. Wara t-tempesta, tiġi l-kalma – il-kalma hi
l-ferћ u ċelebrazzjoni ta’ ġemgћa li tagћraf lil JHWH bћala re ta’ l-univers, sultan li jagћti r-rebћa fuq l-gћedewwa, l-aktar dawk spiritwali. Alla tal-bibbja, Alla tal-poplu l-magћżul, hu Alla li jgћodd ruћu mal-vittmi, mal-foqra (l-anawim) ma’ dawk imċaћћda mid-drittijiet tagћhom bћala bnedmin (24-25). Issa l-miżien inqaleb favur l-imsejken, l-imżeblaћ.Il-laqgћa (qahal) tiċċelebra l-azzjoni salvifika ta’ Alla. L-azzjoni liturġika hi tifkira ta’ l-gћemejjel kbar ta’ Alla b’riżq il-poplu u t-tifћir mistћoqq gћal din
il-fedeltà ta’ JHWH. Il-laqgћa kristjana tal-ġemgћa li ‘tћabbar’ u ‘tkanta’ l-gћemil ta’ Alla (kerygma), waqt li tagћti qima bil-kant, u t-talba ‘ewkaristika’ fis-sens ta’ radd il-hajr (aktar milli fis-sens tax-xbihat ikkonsagrati). Iva, hawn jinsabu s-sisien ta’ dik l-Ewkaristija li ċċelebra Ġesù fl-aћћar ikla u li ordnalna nagћmlu b’tifkira tiegћu. U gћalhekk, bosta eżeġeti jaraw din il-profezija titwettaq fl-ewwel Ewkaristija ta’ Ġesù hawn fl-art u li qiegћed jistedinna gћal dik tas-sema waqt li nibqgћu niċċelebraw bla heda din it-tifkira tiegћu “sa ma jiġi fil-glorja.”“Tassew ngћidilkom, li ma nixrobx iż
jed mill-frott tad-dielja sa dak in-nhar li nixrob inbid ġdid fis-saltna ta’ Alla." (Mk 14, 25).Vv 24-25: Il-Hallel
. Min jibża’ mill-Mulej jew min jemmen fih u nisel Ġakob jorbtu dan il-bniedem tat-tbatija ma’ l-istorja tas-salvazzjoni li Alla hejja. Hawn gћandna teoloġija bibblika mill-aqwa, Alla hu ma dawk li jbatu inġustizzja, Alla jiddefendi l-anawim.Vv 26: "
nrodd il-wegћdiet”, mhux li jagћti xi oġġett daqskemm li jirrakkonta fil-pubbliku dak li Alla gћamel miegћu b’mod li tkun katekeżi missjunarja li tgћin u tagћti d-dawl lil dawk li jew gћaddejjin jew jistgћu jgћaddu mill-istess esperjenza.Vv 27: "j
ieklu l-fqajrin u jixbgћu” mill-mejda mhejjija u li biha jagћlaq is-sagrifiċċju ta’ komunjoni , gћax min ifittex lill-Mulej xejn ma jkun jonqsu.Vv 28-32
.Tista’ tgћid li l-istudjużi kollha jaqblu li dawn huma żjieda. Bihom il-kittieb (mhux is-salmista) jistieden in-nazzjonijiet kollha biex jagћarfu lil JHWH bћala l-Mulej li f’idejh gћandu d-destin tal-bnedmin kollha. U billi hu setgћan u ġust iћares lil min jafda fih. Jidher li l-kittieb irid iqiegћed l-gћanja ta’ dan il-bniedem li bata fil-kuntest ta’ l-eżilju u r-restawrazzjoni ta’ Iżrael.Alla hu re ta’ l-univers, an
ke tal-qiegћ ta’ l-art, Ix-Xeol, tal-ћajjin u tal-mejtin u l-mejtin iqimuh gћax jinżlu fit-trab billi b’fommhom ma jistgћux ifaћћruh; u din hi tbatija kbira gћalihom.V 31:
‘lin-nisel li gћad jiġi’ hi riferenza ċara gћall-katina kateketika tant gћażiża gћat-tradizzjoni biblika lhudija – il-fidi li tgћaddi mill-missier gћall-iben bir-rakkonti ta’ l-gћemejjel kbar ta’ Alla.
“Waqqaf drawwa b’tifkira gћall-poplu ta’Ġakobb,
gћamel liġijiet gћal Iż
rael;u ordna lil missirijietna
biex jgћallmuhom lil uliedhom,
ћalli jkun jafhom in-nisel ta’warajhom;
u l-ulied li jitwieled minnhom
jgћarrfuhom ukoll lil u
liedhom…(Salm 78, 5-6)JHWH gћamel dan, JHWH ћadem, JHWH isalva. Il-ћidma ta’ Alla favur il-poplu tk
un il-qalba ta’ din il-katekeżi li l-missier jagћti lil uliedu.V 32:
Hekk salm li jibda b’kenosi jagћlaq b’reżurrezzjoni, jiftaћ bil-passjoni u jagћlaq bl-Gћid, il-Misteru ta’ l-Gћid. Nagћlaq bi kwotazzjoni minn S. Quinzio kif ftaћt: “Jista’ jkun, u forsi wkoll bla ebda dubju, li d-dulur, l-istess dulur ta’ Alla inkunu nistgћu nagћarfuh biss fis-saltna. Hekk kif mhemmx konsolazzjoni bla dulur, hekk ukoll mhemmx dulur sћiћ li ma jkunx imtaffi bil-faraġ. Biss meta niġu fit-tgawdija tal-faraġ, kif wegћedna l-Mulej li jinfaxxa l-ġriegћi u jixxotta d-dmugћ minn gћajnejna (Apk. 21,4), meta jinżel jaћslilna riġlejna (Ġw. 13, 4) u jgћaddi quddiemna jservina (Lq. 12, 37 ) …. mbagћad, u dakinhar biss, fis-saltna, nagћarfu d-dulur fil-fond tiegћu, u nagћarfuh sa fejn isir "sliem tal-Ġustizzja u glorja tal-Qima ta’ Alla" (Bar. 5,4). (Mill-ktieb ta’ S.Quinzio, Dalla gola del leone. Milano 1980 pp 56-57).Eżeġesi bażata fuq Mons.Gianfranco Ravasi
Dun Ġorġ Mangion, illum 21 ta’ Diċembru 2006
Mill-Kitbiet ta’ Dun Ġorġ – Nisġa