Salm 26

Hu salm ta’ xi ћadd – aktarx levita, jew wieћed li jieћu sehem fil-liturġija tat-tempju – li qed jiddikjara li sa fejn jaf hu, mhux ћati ta’ xi ћtija li żżommu milli jieћu sehem gћaliex mexa skond il-Patt gћal dik li posittivament hi ndafa mitluba minn min se jidћol fit-tempju u negattivament tbiegћed mill-ћżiena u dak kollu li hu projbit mil-liġi tal-Levitiku.

B’hekk hi talba ta’ l-innoċenti – sa fejn jaf hu l-kuxjenza ma ċċanfrux u jista’ jidћol fil-preżenza ta’ Alla (kabod) fit-tempju.

Qabel it-tiġdid tal-Liturġija tal-quddiesa mitluba mill-Konċ. Vatikan II, skond il-Missal tal-Papa S. Piju V – il-versi 6-12 kienu jingћadu meta s-saċerdot, wara li joffri l-ћobż u l-inbid, kien jaћsel idejh bћala sinjal ta’ dik l-indafa ritwali li kienet mitluba minn min joffri sagrifiċċju skond il-liġi tal-Levitiku.

Gћalhekk is-salm jinqasam hekk:

Antifona: Mulej, Agћmilli ћaqq int bis-sewwa.

Tema: Imġiebti bla ћtija (v 1,b)

Vv 2-5: L-ewwel stqarrija ta’ l-innoċenza b’mod pożittiv.

Vv 6-10: It-tieni stqarrija ta’ l-innoċenza b’mod negattiv.

Vv 11-12: Nimxi bla ћtija.

Antifona: Lilek inbierek Mulej.

It-tiġrib ta’ JHWH

Alla hu dak li jifli “l-qalb u l-moћћ” (Ġer. 11, 20),”Int li tara l-ġewwieni u l-qalb” (Ġer. 20, 12). Kif tћares il-Bibbja lejn it-tiġrib (it-tentazzjonijiet) tal-bniedem? Kif titkellem ukoll dwar Alla li jġarrab il-bniedem? “La ddaћћalniex fit-tiġrib” (Mt. 6, 13), nitolbu fil-Missierna. Alla ma jista’ qatt iġarrab lill-bniedem biex jidneb. Mela kif nifhmu dan?

Mhux tћajjir gћal dak li hu ћażin, gћal dak li hu dnub, imma hu li Alla jġarrab lill-bniedem biex jara qalbu fejn hi, jekk l-gћażla fundamentali tal-bniedem hix Alla jew le. Nistgћu ngћidu wkoll, jekk intix tgћix ix-“Xema’ Iżrael" (Dt. 6, 4-9).

Il-Bibbja tagћtina sitt mudelli, sitt bnedmin fil-mixja ta’ l-istorja tas-salvazzjoni li jġorru fuq spallejhom dan it-tiġrib, emblema ta’ kull tiġrib tal-bniedem. Dawn huma: Adam, Abraham, Ġużeppi, Iżrael fid-deżert, Ġob u Ġesů Kristu.

Adam hu l-bniedem ta’ kull żmien u ta’ kullimkien, l-umanità fil-bidla ta’ l-istorja u ta’ l-eżistenza, il-bnedmin li quddiem gћażliet li jeћtiġilhom jagћmlu, juru x’hemm fil-fond ta’ l-esseri tagћhom. Il-bniedem iћoss li qiegћed quddiem bidla deċisiva u jeћtieġlu jagћżel. Hu l-bniedem li jieћu post il-Ħallieq, li jagћżel li jimxi skond moћћu u kontra l-Ħallieq, jagћżel il-mewt flok il-ћajja.

Abraham: fil-lejl tal-fidi, il-bniedem ta’ Alla jitla’ fuq l-Gћolja Morija li Alla wrieh biex jissagrifika ’l ibnu l-waћdieni li nissel fi xjuћitu. Abraham jgћaddi mill-prova u minn missier ta’ iben wieћed isir misser dawk kollha li jemmnu (Rum 4, 16). U Ġenesi, “Naћlef fuq ruћi – oraklu tal-Mulej – la darba gћamilt ћaġa bћal din, u ma ċaћћadtnix minn ibnek il-waћdieni, jiena nbierkek żgur u nkattarlek nislek bћall-kwiekeb tas-sema… (Ġen. 22,16)

Ġużeppi (Ġen. 37 ff) hu eżempju ta’ bniedem waћdu u lajk, li jhejji t-triq gћall-prova teoloġika ta’ komunitа ta’ bnedmin, dawk li kellhom ikunu l-poplu ta’ Alla, Iżrael, li gћal erbgћin sena Alla ġarrabhom u ġarrhom bћal omm fi ћdanu biex jara qalbhom fejn kienet, jagћarfu huma stess x’kellhom f’qalbhom u jikkonvertu lejh.

Iżrael: fil-ftuћ ta’ kliem Mosè f’Kapitlu 8 tad-Dewteronomju: "Ftakar fil-mixja kollha li mexxiek il-Mulej, Alla tiegћek, matul dawn l-erbgћin sena fid-deżert, biex iċekknek u jġarrbek, ћalli jkun jaf x’gћandek f’qalbek, jekk tridx toqgћod gћall-kmandamenti tiegћu jew le.”

Ġob gћall-kuntrarju hu t-tip sapjenzjali tat-tiġrib kif naraw mill-kwadru sћiћ tal-ftuћ tal-ktieb fejn ix-xitan iwieġeb lil Alla f’din ix-xena ta’ dramm fuq palk: “Tgћid gћalxejn Ġob jibża’ minn Alla?" (1, 9). Il-prova tipponta lejn il-gratwità tal-fidi.

Ġesù Kristu, Adam il-ġdid u Iżrael il-ġdid, joqgћod gћall-prova hu wkoll.

“Mbagћad l-Ispirtu ћa lil Ġesщ fid-deżert biex ix-Xitan iġarrbu "Mt. 4, 1; Mk. 1, 12; Lq. 4,1.

Hi l-prova li tiġbor it-tiġrib kollu tal-bnedmin minn Adam sa Kristu u minn Kristu sa l-aћћar bniedem. Ġesщ Kristu joqgћod gћall-kelma ta’ Alla b’mod sћiћ u bla tixlif b’ mod li ћadd qabel jew wara ma gћamel hekk; Huwa dak li jwettaq il-kelma.

Il-fidi fl-ordni ta’ JHWH (Adam), fil-wegћda magћmula (Abraham) fis-salvazzjoni (Ġużeppi) fil-Liġi tas-Sinaj (Iżrael) fil-pjan misterjuż ta’ Alla gћall-bniedem (Ġob) u fil-kelma tal- Missier (Ġesù Kristu), hi l-ћaġa komuni li tgћaqqad il-provi kollha tan-nies tal-Bibbja, tal-bniedem tas-Salm 26, tiegћek u tiegћi.

Riġel u id, moћћ u qalb.

Il-bniedem hu ћaġa waћda, il-bniedem sћiћ hu gћaqda fisjoloġika. San Pawl jikteb lir-Rumani 12, 1:

“Nitlobkom ћuti. gћall-ћniena ta’ Alla, offru ġisimkom b’sagrifiċċju ћaj, qaddis, jogћġob lil Alla, jiġifieri l-qima spiritwali”.

Il-ġisem fil-ћsieb bibliku mhux biss ġisem u ruћ u dawn jistgћu jinfirdu, imma hu dak li jgћaqqad l-esseri profond tal-bniedem u jfissru b’mod l-aktar sabiћ u qawwi. Gћalhekk is-salmista jistqarr quddiem Alla, li jagћraf x’hemm fil-qalb u fil-moћћ (fil-kliewi), li idejh indaf u maћsulin, gћalhekk hu safi bis-safa li titlob il-liġi tal-Levitiku. Dawn idejh mhumiex bћal dawk tal-midinbin, ta’ dawk li jxerrdu d-dmija (9) , ta’ dawk li jagћmlu l-ћażen (10) jew lesti biex jikkorrompu bir-rigali(10). Fuq kollox riġlejn il-ġust jimxu fit-triq tal-Mulej (11), kif jingћad fis-Salm 1 li hu fil-ftuћ u jagћti t-ton gћas-salterju kollu. Hekk b’fommu jxandar it-tifћir tal-Mulej (7) u gћajnejh mixћuta fuq il-wiċċ kollu ћniena u tjieba (hesed w ‘emet) tal-Mulej.(3)

It-Tempju.

Id-deskrizzjoni tat-tempju u tal-liturġija tingћata importanza kbira fis-salm; mhux gћalxejn li gћidna li hu salm ta’ xi ћadd b’rabta mal-liturġija tat-tempju. Vv 6 sa 8 huma gћanja fil-kliem li jiddeskrivi b’mod ћaj it-tempju u l-liturġija. Kollox ifakkrek fl-innu miktub gћall-festa tat-Tined , Salm 118, 15 -17:

 

“ Il-leminija tal-Mulej gћamlet ћwejjeġ ta’ ћila

Il-leminija tal-Mulej ’il fuq merfugћa

Gћajat ta’ ferћ u rebћ fl-gћerejjex tat-tajbin

il- leminija tal-Mulej gћamlet ћwejjeġ ta’ ћila.

Ma mmutx imma nibqa’ ngћix,

U nћabbar l-gћemejjel tal-Mulej.”

 

Mhux inqas f’waqtu li niftakru:

 

“David u d-dar kollha ta’ Iżrael kienu jiżfnu u jaqbżu bil-ferћ quddiem il-Mulej b’kemm kellhom saћћa, bl-gћana u d-daqq taċ-ċetri, l-arpi u t-tnabar, iċ-ċnieċel u l-platti… David ... beda jiżfen b’ћiltu kollha quddiem il-Mulej. (2 Sam. 6, 5 u 14)

 

Ħames kelmiet, xi whud mhux tas-soltu, jintużaw biex ifissru t-tempju:

 

"Id-dar ta’ l-gћamara tiegћek”, Alla qaddes l-ispazju meta gћammar f’Sijon, meta waqqaf l-gћamara tiegћu f’ Sijon. (Sir. 24, 10-12) Me’on, post fejn wieћed joqgћod’ mibdula f’xi traduzzjonijiet, bћal tas-Sebgћin, f’no’am, sbuћija, u l-Vulgata, decorem, Alla sebbaћ il-post fejn jgћammar bil-glorja.

 

“Dar” , bajit, kelma komuni, użata ћafna. Anke fis-sens ta’ dar David, jew il-familja, ir-razza ta’ David. Fiż-żewġ sensi huma mqaddsin , id-dar tal-ġebel u l-familja.

 

Post, (8) maqom, il-biċċa art dedikata gћall-qima, riservata gћal Alla, bћal ma nsibu anke fil-Ġenesi, li waqqfu plier, ġebla fejn Ġakob kellmu Alla. (Ġen 18, 16-17).

 

Miskan, li minnha ћarġet il-kelma Shekina, skond l-gћerq SKN, it-tinda fejn jgћammar sebћ il-Mulej (8). San Ġwann fil-prologu tal-Vanġelu jieћu l-istess kelma griega, eskonesen , fil-vers 4, il-ġisem ta’ Ġesщ kien qisu t-tinda li fiha tgћammar il-glorja ta’ Alla.

Il-glorja, kabod, il-wiri li JHWH gћamel tal-glorja tiegћu quddiem il-Poplu ta’ Iżrael.

Dun Ġorġ Mangion, illum 15 ta’ Marzu 2006

 

Mill-Kitbiet ta’ Dun ĠorġNisġa