SALM 27
Alla fl-istess waqt hu kenn g
ћall-bniedem u kif ukoll jesponieh gћall-attakki ta’ l-gћedewwa. It-tempju jgћaqqad dawn iż-żewġ mumenti. Tmur fit-tempju jfisser tidћol fl-ispazju ta’ JHWH li hu wkoll l-ispazju tal-bniedem fiż-żmien ta’ l-esodu, mixja ma’ Alla lejn Alla. Gћal bosta eżeġeti jidher li s-salm jinqasam fi tnejn minћabba ż-żewġ stati tar-ruћ tas-salmista, fiduċja rebbieћa u fiduċja li titlob. Imma hu ћaġa waћda, żewġ kwadri ta’ l-istess realtà, ta’ talba mimlija fiduċja f’ Alla li hu kenn u salvazzjoni gћal dawk kollha li jirrikorru lejh kollhom fiduċja. Dawn huma ż-żewġ kwadri:
|
L-ewwel kwadru, vv 1-6 |
It-tieni kwadru, vv 7-14 |
|
v 1 JHWH dawl u salvazzjoni |
v 13 G ћad nara it-tjieba ta’ JHWH |
|
v 2 Il- ћżiena jaћtfuni u jikluni |
v 12 Il-qerq jarmu man-nifs |
|
v 2 Jitfixklu u jaqg ћu |
v 11 Mexxini minn mog ћdija dritta |
|
v 2-3 G ћedewwa jqumu |
v 12 Xhieda qarrieqa qamu kontra |
|
v 4 Ng ћammar f’dar il-Mulej |
v 8 Wiċċek infittex Mulej |
|
v 5 Kenn u ћarsien |
vv 9-10 JHWH jilqag ћni gћandu |
|
v 6 Sagrifiċċji u Inni |
v 14 Oraklu ta’ salvazzjoni |
Qabel xejn g
ћandna żewġ simboli ta’ Alla li juruna, l-ewwelnett li hu dawl, jew aћjar il-prinċipju tal-ћajja u tal-ћolqien, "u l-ћajja kienet id-dawl tal-bnedmin" (Ġw. 1, 4). U t-tieni li hu kenn u salvazzjoni, "Il- Mulej s-saћћa tal-poplu tiegћu" (S 28, 8). Bћal ma nsibu f’ћafna salmi, ix-xbiha hi meћuda mill-gwerra u mill-kaċċa. It-tempju jidher ’il quddiem, fil-bogћod bћala l-post żgur fejn isib il-kenn u s-sigurtà; l-aktar meta dan hu fuq l-gћolja ta’ Sijon, il-blata żgura tal-mistrieћ tal-ћajja. "Il-Mulej blata tiegћi, fortizza u ћellies tiegћi, sur tal-kenn tiegћi u tarka tiegћi." (S 18, 1).L-antifona tag
ћtina tlett definizzjonijiet ta’ Alla: Dawl, Salvazzjoni u kenn.Dawl li juri t-traxxendenza ta’ Alla; hi tinsab barra minna imma ġejja minn g
ћajn ’il fuq minna bil-bosta, ma nistgћux nilћquha. Dan id-dawl isaћћan ukoll. Hu perfett bћal simbolu ta’ Alla gћaliex jimla’ bil-ferћ, jagћti u jżomm fil-ћajja, u lejh kullћadd miexi, lilu kulћadd jixtieq. Hekk il-bniedem hu iben id-dawl, iben ta’ Alla u saћansitra l-glorja ta’ Alla ddawwlu u ddawwru. Il-kabod, glorja ta’ Alla li timla’ t-tempju.Salvazzjoni hi terminu li niltaqg
ћu spiss miegћu fis-salterju, gћażiż ћafna gћat-teoloġija ta’ l-AT. Alla dejjem jidћol biex jgћin, jeћles, isalva, u jrebbaћ lil dawk li daћlu f’patt miegћu. Jekk id-dawl hu teofanija ta’ Alla, is-salvazzjoni hi att ta’ ћelsien ta’ Alla. Dan hu t-test waћdieni fl-AT fejn "}ellies tiegћi" hu attribut ta’ Alla, kważi definizzjoni ta’ Alla.Kenn hu terminu militari. Waqt li l-g
ћadu jwaqqaf il-kamp madwar l-gћolja fortizza, dak li jistkenn fiha gћandu rasu mistrieћa li l-gћadu ma jistax gћalih. Hekk aktar ’il quddiem insibu xena tal-gwerra u t-tempju mibni fuq gћolja li ma tistax tintrebaћ.Vv 2-3. Tist
ћajjlek imdawwar b’eżerċtu u tisma’ l-ћsejjes tat-taqtigћa. Imma is-salmista hu fiż-żgur, qed jitlob waћdu u fil-kwiet. Ma’ l-eżerċtu jista’ jkun hemm ukoll fl-immaġinazzjoni tiegћu xi bhima selvaġġa, tqatta’ u tiekol laћam il-vittma. Huma l-gћedewwa mimlija mibegћda gћat-tajjeb, dejjem gћatxana li jixbgћu waqt li jieklu laћmu u jixorbu demmu.Osserva kemm-il darba jg
ћid, "minn min nibża’, quddiem min nitwerwer? ..."Ftakar fil-fiduċja soprannaturali ta’ Pawlu: "jekk Alla hu mag
ћna, min jista’ jkun kontra tagћna?" (Rum. 8, 31).Il-kenn tat-tempju kienet x-xewqa wa
ћdanija tal-levita, ta’ kull lhudi: l-iskop waћdieni kien, tgћix fit-tempju, tgћix ma’ Alla. Tgћid hawnhekk gћandna l-ewwel ћjiel ta’ dik il-frażi ta’ Ġesù "tqim ’l Alla fl-ispirtu u l-verità? (Ġw. 4, 24).Ż
ewġ verbi importanti huma, titlob u tfittex, li xi interpreti (Dahood) jinterpretaw fis-sens eskatoloġiku. Jiġifieri, dan iseћћ fil-qawwa tiegћu fit-tempju tas-sema, fil-ћajja ta’ dejjem. Ara salm 23, 6: "Miegћi iva, jimxu t-tjieba u l-ћniena.. u ngћammar f’dar il-Mulej sakemm indum ћaj".Niftakru li Ġerusalem u t-tempju kienu joffru esperjenza wa
ћdanija gћall-poplu ta’ Alla. Wieћed kien jitgћaxxaq jikkontempla x-xekina: Ġerusalemm, isem il-belt, belt is-sliem ma kienx isem vojt, kien ifisser ћafna. V 5 mhux forsi esperjenza mistika tal-mistiċi insara bћal Katerina ta’ Siena, Tereża ta’ Avila u Ġwanni tas-Salib?Is-salmista jid
ћol fit-tempju b’rasu merfugћa, wara li ћeles mill-gћedewwa kollha biex joffri s-sagrifiċċju ta’ radd-il hajr. JHWH jagћmilha ta’ wieћed li jilqa’ f’daru lil ћabibu il-mistieden, li gћalhekk ћelsu biex issa jdaћћlu fil-mistrieћ, fil-kenn ta’ l-gћarix tiegћu. X’ma jerfax rasu fuq l-gћedewwa? Min jista’ gћalih?L-innu ta’ tif
ћir hu att ta’ fidi f’Alla sur u kenn, blata ta’ salvazzjoni.V 8. Il-qalb hi l-esseri intimu u profond tal-bniedem, ta’ dak li j
ћossu verament fil-preżenza ta’ Alla. "Wiċċek infittex" hi l-preżenza ta’ Alla.V 9. Hawn fuq kollox jiddeskrivi ru
ћu ‘qaddej’, kelma li turi kemm hu ћaġa waћda ma’ Alla, kemm hu mogћti gћall-pjan ta’ salvazzjoni ta’ Alla. (Ftakar f’Abraham, Mosè, David u fuq kollox Marija) Hu dak li jћaddan il-kredu bibliku tad-Dewteronomju, Ix-Xema’ Iżrael.G
ћalfejn qed ifittex wiċċ Alla? Biex jibda l-mixja tiegћu lejn Alla, jagћti qima, u jistenna kelma li tiżgurah mis-salvazzjoni. Madwaru hemm baћћ, waћdu, saћansitra ommu u missieru telquh, m’gћandu lil ћadd ћlief ’l Alla. "Il-Mulej hu d-dawl u s-salvazzjoni tiegћi " v 1. Tћallinix, titlaqnix v 9."Ta
ћbix wiċċek minni", tistqarr il-biża’ eżistenzjali ta’ min qed jitlob ’l Alla li ma jidhirx fil-ћajja tal-bniedem. Tassew li ћadd ma ra ’l Alla u baqa’ ћaj, anqas Mosè (Es. 33, 20). Hekk il-wiċċ hu simbolu tat-tagћlim teoloġiku li jfisser li Alla hu magћna, ma narawhx wiċċ’imb wiċċ, imma nћossu n-nuqqas tiegћu meta jiskot ikellimna, meta jinћeba b’mod li ma nћossuh imkien u bl-ebda mod. Is-Salmi jużaw kliem bћal: "Jekk tibqa’ sieket miegћi (jekk ma ssemmgћalix leћnek, il-kelma) inkun nixbah lil min jinżel fil-ћofra, fix-Xeol" (S 28, 1).V 11. Mosè jg
ћid, "Jekk jiena tassew sibt ћniena quddiemek, gћallimni triqatek" (Es. 33, 13). It-Torah, u jkompli jitlob Mosè, "}allini, nitolbok, nara l-glorja tiegћek." (Es. 33, 18). It-triq ta’ Alla hi t-triq il-ġusta, u gћalkemm min jimxi fiha jsib min iћabbtu, hu rasu mistrieћa."L-g
ћedewwa jarmu l-qerq man-nifs tagћhom" v 12. Mhux daqshekk mill-imnifsejn daqskemm mill-fomm u juri x-xewqa li bћal bhima feroċi trid tiżbrana lill-vittma. L-gћedewwa huma bnedmin li jinqdew b’xhieda qarrieqa. Imma Alla jsikkithom, juri l-qerq tagћhom. Ftakar f’Ġesù u x-xhieda qarrieqa (Mk. 14, 59).Is-salmista hu
żgur li Alla mhux se jitilqu f’idejn l-gћedewwa, u se jissokta jgawdi t-tjieba tal-Mulej f’art il-ћajjin. Tjieba, ћlewwa, sbuћija ta’ Alla, jfissru tgћix fil-ferћ li l-Mulej biss jaf u jista’ jagћti lil dawk li huma tiegћu.V 14. Jista’ jkun framment liturġiku, jew kelma mog
ћtija minn levita lil min ġie jitlob, stedina biex iqawwi qalbu. "Gћaliex tintelaq ruћ tiegћi u titћawwad ġewwa fija…" (S 42, 12). Jew is-salmista jkellem lilu nnifsu. Hu x’inhu, hu appell biex jagћmel il-qalb anke meta ma jarax ћlief dlam u kuntrarju. "Issaћћu u qawwu qalbkom, intom ilkoll li tittamaw fil-Mulej" (S 31, 25).Nota:
Salm 23 hu salm ta’ fiduċja b
ћal salm 27. Biss Salm 27 hu frott ta’ esperjenza iebsa li gћadda minnha s-salmista. Hi l-ћajja; kemm jekk tiddomina l-hena, kemm jekk il-biża’, il-fiduċja f’Alla hi s-soluzzjoni. Hu E.Vogt li jissuġġerixxi li nqabblu dawn iż-żewġ salmi; it-tnejn jitkellmu fl-ewwel persuna u fit-tielet persuna hemm JHWH, ir-ragћaj u dak li stieden. F’salm 23 ihejji mejda, sagrifiċċju, waqt li f’salm 27, jidћol fit-tempju biex joffri sagrifiċċju.|
Salm 23 |
Salm 27 |
|
v 1 JHWH ir-rag ћaj tiegћi |
v 1 JHWH id-dawl tieg ћi |
|
v 4 Mqar f’wied mudlam, ma nib żax |
v 3 Quddiem e żerċtu, ma nibżax |
|
vv 2-3 F’merg ћat, ћdejn l-ilma jeћodni, hemm irejjaqni |
v 5 Ja ћbini fl-gћarix tiegћu, fis-satra ta’ daru jistorni |
|
v 5 Thejji mejda g ћalija |
v 6 Ng ћolli rasi fuq l-gћedewwa |
|
v 6 Ng ћammar f’dar il-Mulej |
v 4 Ng ћammar f’dar il-Mulej |
|
v 3 Imexxini fit-triq tas-sewwa |
v 11 Mexxini minn mog ћdija dritta |
|
v 5 Quddiem l-g ћedewwa tiegћi |
v 12 Titlaqnix g ћax-xewqa tagћhom |
Dun Ġorġ Mangion, illum 28 ta’ Marzu 2006
Mill-Kitbiet ta’ Dun Ġorġ – Nisġa