Salm 28
Hu salm tas-skiet ta’ Alla, skiet li l-bniedem ma jifla
ћx iġerrgћu. Gћalhekk is-salmista jsejjaћ u jerġa’ jsejja’ ’l Alla li jћossu ittarrax gћall-gћajta tiegћu.Hi problema kerha fil-
ћajja tal-bniedem ta’ kull żmien u niltaqgћu magћha fil-letteratura ta’ kull pajjiż u mhux inqas tal-poplu ta’ Alla, Iżrael. Hi problema li jeћtieġ li wieћed jaffrontaha fis-sens bibliku inkella tista’ twassal gћaċ-ċaћda ta’ Alla, gћad-dagћa u d-disperazzjoni. Il-mistiċi kattoliċi bћal San Ġwann tas-Salib tawha isem, ‘La noche obscura’, il-lejl mudlam tar-ruћ. Edith Stein, lhudija konvertita u saret Santa Tereża Benedetta tas-Salib, tikteb: "Hemm dawl ћelu li jdawwal il-lejl ta’ l-ispirtu, li jinћall, jinfirex u jinġabar biex jegћreq fir-relazzjonijiet li jorbtuh mal-lejl tar-ruћ."Xi studju
żi jgћidu li dan hu salm ta’ bniedem marid serju mdawwar mill-gћedewwa. Oћrajn li hu bniedem persegwitat qrib id-disperazzjoni. Gћal oћrajn hu salm ta’ ġemgћa li fis-skiet ta’ Alla tara l-kundanna tal-ћażen tal-poplu, jew tal-poplu ta’ Ġuda qabel il-jasar. (2 Slat. 24, 2) li minћabba fil-presenza tas-sultan, is-salm jinbidel f’innu u talba gћall-Messija Sultan.Is-salm jinqasam fi tnejn: vv 1-7 hu talba personali ta’ bniedem marid u persegwitat abbandunat minn Alla u g
ћalhekk jesprimi d-dulur kbir tiegћu.Vv 8-9 hu tmiem li nsibuh f’salmi b
ћal dawn li dejjem jiftћu l-bieb gћat-tama. Alla hu sieket u trux gћall-gћajta ta’ l-imsejken imma jwieġeb b’oraklu v 6 "sema’ l-gћajta tiegћi".Vv 8-9 Tist
ћajjilhom jingћadu minn kor ta’ leviti f’liturġija. B’hekk talba personali issir it-talba ta’ ġemgћa miġbura madwar is-Sultan, il-Messija.B
ћas-salmi kollha ta ilmenti, dan gћandu binja triangulari, Alla – Jien – l-gћadu. L-Gћadu huma l-weġgћat aktar milli l-bnedmin: ma jiflaћx jieћu fuqu x-xorti tal-ћżiena. Is-salmista jћossu nieżel fix-Xeol; skond il-liġi tat-totalità, jekk iћoss l-iċken ћjiel daqs li kieku kien kollu kemm hu fix-Xeol. Jekk Alla telqek gћall-mewt li thedded, mela hu bniedem ћażin, ikkundannat. Hi gћalhekk qagћda li ebda bniedem ma jiflaћ iġerragћha, hu ћlas id-dnub li ћadd ma jista’ jeћles, bћal Ġob. Biss meta jqum mill-miżerja, mill-mard u jitla’ lejn id-dawl, iћossu meћlus mix-Xeol.Is-silenzju ta’ Alla u l-g
ћajta tal-bniedem.Fis-salm g
ћandna gћadd ta’ simboli; xi whud tas-soltu, oћrajn rari.F’kuntrast spazjali, g
ћandna ’l Alla li mill-gћoli tas-sema, bћal fuq blata, jifrex fuq l-art kollha s-skiet; skiet divin li hu l-kontra tal-Kelma li fil-bidu tal-ћolqien infirxet fuq l-art kollha u "kollox sar" (Ġen. 1). Daqshekk f’salt wieћed jinżel is-salmista fil-qiegћ ta’ l-art , fix-Xeol, fix-xejn.Tiġbornix v 4, il-mewt hi mxebbha ma’ id li ta
ћtaf u tiġbed lejn id-dagћbien. Din il-forza ’l isfel hi bilanċjata mil-leћen tiela’ ’l fuq , gћajta li tikser is-silenzju jtarrax ta’ JHWH.Titla’ ’l fuq l-g
ћajta ta’ talba kontra s-skiet ta’ JHWH u l-inżul fil-ћofra."L-idejn merfug
ћa" v 2 f’talba, simbolu klassiku tat-talb f’kull kultura, saru simbolu tat-talb nisrani mill-ewwel żminijiet kif jixhdu affreski tal-katakombi.San Pawl jikteb: "Nixtieq li l-irġiel jitolbu kullimkien, jerfg
ћu ’l fuq idejn safja bla gћadab u bla ġlied" (1 Tim. 2, 8). Sewwasew gћal din ir-raġuni, il-bniedem wieqaf hu aqwa mill-annimal li jitkaxkar jew fommu ma’ l-art., is-sema aqwa mill-art, Alla mill-bniedem, u l-idejn merfugћa jgћaqqdu art u sema bћal pont.It-tweġiba ta’ Alla.
Il-bniedem hu ċert li Alla se jwieġeb. Hu g
ћajjat (v 2-3) u tweġiba kellu (v 6-7). Alla jidћol gћalih billi fis-skiet tiegћu jeqred l-gћemejjel ћżiena tal-ћżiena. Kif? Bl-istess skiet tiegћu "jagћmilhom bћal belt meqruda li ma tinbeniex aktar". Il-blata hi l-gћolja ta’ Sijon li ma titћarrikx, fuqha hemm it-tempju, l-gћamara ta’ Alla mibnija fis-sod. Hi bћal fortizza, belt qawwija tas-salvazzjoni tagћna. (Is 26, 1-4).Vv 8-9. Alla rag
ћaj – Is-sultan, David hu ragћaj. Issa hu titlu tal-messija, il-Qaddej ta’ JHWH (skond it-2 u t-3 kantiċi ta’ Isaija) li se jmexxi lura l-poplu ta’ Iżrael mill-jasar ta’ Babilonja. Hu l-wirt – kif JHWH ta l-art bћala wirt, l-art tal-ћelsien, hekk huwa jqis il-poplu l-jgћammar fiha bћala l-aqwa wirt tiegћu.Eseġe
żi.Is-salmista jsejjah ’l Alla blata v 2 u tarka v 7. Is-silenzju ta’ Alla (v 1) u t-tweġiba (vv 6-7) huma s-salm oriġinali b’
żjieda liturġika vv 8-9.Alla ma jistax i
ћalli gћal kollox lil min iћobb u lil min idur lejh. Il-leћen li jitlob jeћodha mas-skiet ta’ Alla; wieћed isejjaћ u jerġa’ jsejjaћ, l-ieћor ittarrax. F’kemm-il salm Alla hu trux gћall-gћajjat, gћall-biki (S 39, 3). Alla li ra u baqa’ sieket u ’l bogћod (35, 22); S 109, 1 "La tiskotx quddiem dawk li jgћajjruni, sa l-gћajta "weġibni ddumx" ta’ S 143, 1.Min qed jitlob hu ċert li Alla mhux se jibqa’ sieket: "Min
ћabba Sijon ma niskotx" (Is. 62, 1). Gћalhekk iћares ’il quddiem lejn tweġiba; kieku kellu jibqa’ sieket, dak kien ikun it-tmiem ta’ kull tama, tal-ћajja nfisha. Hu fix-Xeol. Hekk kien jispiċċa l-iskop li jitlob :
"G
anqas il-mewt ma tfa
ћћrek.Ma jittamawx fil-fedeltà tieg
ћekDawk li jin
żlu fil-ћofra" (Is. 38, 18).Vv 1-2. Il-protagonisti huma il-Jien llum u Alla li ma jidhirx.
V 3 Tibda t-talba. Jid
ћol l-gћadu kontra Huma, u jibda l-konfront, Alla kontra Huma (il-ћżiena, dawk li jumiljaw lil min jittama f’Alla, l-anawim), dawk li jagћmlu l-ћażen u qalbhom mimlija qerq.Quddiem dawn Alla ma jistax jibqa’ indifferenti, ma jistax ma jid
ћolx gћall-ġust. Ix-xorti tal-ћżiena nsibuha fil vv 4-5; gћall-ћażin hemm il-liġi tar-retribuzzjoni u tat-taljun (gћajn b’gћajn u sinna b’sinna): "Gћax int tagћti lil kulћadd skond gћemilu". (Is. 62, 13).Hemm ukoll il-liġi tal-kontrapass – il-
ћażin ћaqqu l-mewt bћala ћlas v 5 – gћax żera’ l-mewt u l-ewwel li trid toqtol hu lilu. Imma din il-katina ta’ azzjoni - ћlas trid tinqata’ xi darba u x’imkien. Meta? Kif? Fil-Ġdid Testment , b’Ġesù Kristu li jgћallem il-maћfra u l-imћabba ta’ l-gћadu.V 5. Id-dnub hu deskritt b
ћala atejiżmu, ċaћda ta’ dak li hu sewwa u tajjeb li Alla jrid li jsir, li wieћed jagћmel. Il-midneb ma jifhimx, ma jidћolx fl-istorja li Alla qed jagћmel miegћu u madwaru; u jagћmel sewwasew il-kontra. Hekk Alla ma jistax ma jidћolx u jagћmel xi ћaġa biex l-istess midneb jintebaћ u jerġa’ lura: u din hi mћabba ta’ Alla gћall-midneb biex jindem u gћat-tajjeb biex jinћeles.Vv 6-7. Alla sama’ t-talba – hi l-fidi li ma tintreba
ћx tas-salmista li qed jara talbu mismugћ, u gћalhekk jagћmel Berakah – Ewkaristija (S 144, 1) "Imbierek il-Mulej." (S 68, 20).V 7. Jintelaq f’Alla g
ћal kollox, "f’Alla qawwa u tarka": "Ksibt l-gћajnuna u ferћet qalbi." Jagћti x’wieћed jifhem li hi talba ta’ xi ћadd marid f’xifer il-mewt bћal Eżekija f’Isaija 38.Il-grazzi (todah) hi lill-kelma ta’ Alla li g
ћamlet lill-bniedem ‘sћiћ’. Mhux ta’ b’xejn li fit-tradizzjoni nisranija dan il-vers hu applikat gћall-qawmien tagћna fi Kristu Rxuxtat.Vv 8-9. Aktarx li huma
żjieda. Jidher li jirreferu gћas-sultan bћala ragћaj tal-poplu u hajr ’l Alla wara esperjenza ta’ trawma li gћadda minna l-poplu fil-jasar ta’ Babel.V 9. Fortizza – kenn – blata ta’ salvazzjoni. Is-sultan, il-Midluk hu ikkonsagrat,
ћadd u xejn ma jista’ jmissu u minћabba fih l-istess poplu hu wirt ta’ Alla.Dan il-vers insibuh fit-Te Deum. Hemm referenza qawwija f’Efesin 6, 10 "Mill-bqija, twettqu fil-Mulej, issa
ћћu bil-qawwa tiegћu."Il-bniedem marid li wasal f’tarf il-mewt, b’idejh miftu
ћa u merfugћa’l fuq, isejjah lil Alla li donnu ma jridx jisma’ imma jibqa’ jitlob bit-tama li Alla mhux se jitilqu fix-Xeol, naraw lil Ġesù Kristu u fih lil kull bniedem.Dun Ġorġ Mangion, illum 27 ta’ April 2006
Mill-Kitbiet ta’ Dun Ġorġ – Nisġa