Salm 30

Radd il-hajr gћall-ћelsien mill-mewt

Hu salm ta’ radd il-hajr personali li aktar ’il quddiem insibu li sar qisu innu nazzjonali; min qed jitlob irodd hajr li ћeles mill-mewt, jew mix-Xeol, li feġġ gћalih fuq l-orizzont.

L-oriġinalità tas-salm qegћda fis-sensiela ta’ emozzjonijiet ћielsa li waћda wara waћda juru l-provi li minnhom Alla jgћaddi ’l bniedem u jwasslu biex iroddlu hajr gћaliex ћelsu minn ћalq il-Mewt u fejjqu. Gћalhekk bћal salmi oћra ta’ din il-forma poetika jibda, “ngћollik Mulej, Irrid infaћћrek”.

Minn innu ta’ bixra personali sar innu gћad-dedikazzjoni tat-tempju, kif jgћid it-titlu. Imma żgur li mhux ta’ David. Jista’ jaf il-kitba tiegћu lil żmien il-Makkabin meta fis-sena 167 QK wara l-profanazzjoni tat-tempju fi żmien Antijoku IV Epifanes (I Mak. 4, 36-59) ġie dedikat mill-ġdid minn Ġuda. Jista’ jkun ukoll li nkiteb wara l-eżilju meta wlied Iżrael reġgћu lura minn Babel u taћt it-tmexxija ta’ Żorobabel fis-sena 515 QK kien restawrat (Esd. 5-6). Hu x’inhu fih insibu influwenza qawwija ta’ Ġeremija u Ġob.

Il-Lhud gћadhom jużawh fil-festa tad-dedikazzjoni tat-tempju – il-Ħanukka. Hekk, minn salm personali kif x’aktarx inkiteb, sar innu nazzjonali ta’ ћajja, tama u ferћ wara t-traġedja ta’ l-oppressjoni. (S.Mowinkel).

Teoloġija ta’ Iżrael.

Ikun tajjeb li qabel ngћaddu ’il quddiem nisiltu t-tagћlim teoloġiku tas-salm.

Il-viżjoni eskatoloġika: Ix-xeol hi eżistenza tal-biża’, f’kuntrast qawwi mad-dija tal-kuluri u l-ġmiel ta’ l-univers. Hi gћalhekk sinjal ta’ saћta u firda minn Alla.

It-teoloġija tar-retribuzzjoni, jew, li tagћmel tieћu; dnub - mewt, tajjeb - ћajja.

Is-suppervja l-akbar dnub: imma Alla hu ġust u gћalhekk jidћol bil-kastig. Wara l-kastig il-liġi ta’ l-imћabba, il-maћfra li tidher assurda mal-liġi tar-retribuzzjoni. Kif il-bniedem jitlef sensih fil-mibegћda, gћall-kuntrarju Alla ma jirraġunax meta jћobb. (Ġen. 5, 23-24).

Il-pedagoġija tat-tbatija : Il-prova hi sinjal ta’ l-imћabba ta’ Alla. Il-prova gћall-bniedem aljenat fil-ġid eċċ. u mimli bih innifsu, tiġi l-prova li taћsdu u tqegћdu f’postu. Hekk biss il-fidi tiegћu tista’ ssir imdawwla u t-talba tiegћu safja.

F’dan is-salm insibu ż-żewġ estremi ћdejn xulxin;

Tellajtli ’l ruћi mill-mewt - jinżlu fil-ћofra. v 4

Ftit iddum is-saћna tiegћu - gћomor sћiћ l-imћabba tiegћu. v 6a

Fil-gћaxija jidћol il-biki - filgћodu jidwi gћajat ta’ ferћ. v 6b

Il-Ħofra v 4 - fuq muntanja. v 8

Żfin u ferћ - gћali u niket. v 12

Neżżajtni min-niket - bil-ferћ ћażżimtni. v 12

Xejn ma jċaqlaqni - ninżel fil-qabar. vv 8, 10

Hawn gћandna ż-żewġ poli, ћajja u mewt, dawl u dlam. Dak tal-ћajja jiżviluppa ’l fuq, l-ieћor ’l isfel, l-ottimiżmu tal-mixja lejn il-ћajja, u l-pessimiżmu tan-niżla lejn ix-Xeol.

L-interpretazzjoni tar-realtà.

Hawn nistgћu nidћlu biex naraw x’interpretazzjoni nistgћu nagћtu ta’ dan is-simboliżmu, dik teoloġika, eskatoloġika u Kristjana.

Teoloġika. Hu Alla li jista’ jikser iċ-ċirku li jieћu lejn il-mewt, ћajja-mewt. Hu s-sid tal-ћajja u tal-mewt imma fuq kollox Hu dejjem joffri ћajja wara qagћdiet ta’ mewt.

Eskatoloġika. L-aћћar kelma gћall-bniedem li jafda f’Alla hi l-ћajja mhix il-mewt… “U gћal min ћalef li ma jidћlux fil-mistrieћ tiegћu, jekk mhux gћal dawk li ma ridux jisimgћu?” (Lh. 3, 18; 2 Kor. 4, 17-18).

Kristoloġika. Min hu dak il-waћdieni li rebaћ il-mewt u qam gћal ћajja ġdida?

“Kristu daћal fil-ћajja tal-bniedem u esperjenza kollox, tajjeb u ћażin ta’ l-eżistenza tagћna. Tassew bniedem jitgћallem, u jgћallem kif nitolbu, gћaliex hu Iben-il Missier. Hu jidћol fejn jinfirdu l-ћajja u l-mewt, mhux b’xi marda mqar serja jew gћax qorob lejn il-mewt, imma billi hu daћal fil-mewt. L-gћedewwa kantaw rebћa fuqu u dehrilhom li kienu rebbieћa. Il-Missier abbandunah, ћeba wiċċu minnu. L-aћћar lejla ta’ agunija jgћixha f’lejl mudlam. Imma l-qawwa ta’ Alla tgћaddi mill-mewt u tqajjem lill-Iben, qajjmu mill-imwiet u tah ћajja ġdida, fejn issa jista’ jkanta gћal dejjem. Gћadda l-lejl tal-mewt u feġġet l-gћodwa ta’ jum bla tmiem. “Dan hu l-jum li gћamel il-Mulej” (S 118,24). Kristu mqajjem mill-mewt bis-setgћa tal-Missier jiftaћ mixja ġdida gћall-umanitа, fl-istorja ta’ l-umanità, mixja definittiva lejn il-ћajja". A. Schoekel.

Eseġeżi.

L-ewwel strofa.(vv2-4) Ħajja u mewt.

L-antifona tal-ftuћ insibuha bosta drabi fis-salterju, u gћalhekk mhix xi ћaġa ġdida li titlob tifsira. Din terġa’ tidher fil-versi 3 u 13. Hekk is-salm jingћaqad.

Jidhru “l-gћedewwa” li skond xi studjużi hu plural ta’ eċċellenza, l-gћadu l-kbir, ix-xitan, il-mewt. Gћalkemm l-gћedewwa jidhru kollha mdawwrin miegћu biex jkunu preżenti u xhieda ta’ tmiemu u hekk jifirћu minћabba fih. Dan ma jiġrix.

“Il-poplu waqaf hemm, iћares, waqt li l-kapijiet bdew jiddieћku b’Ġesщ u jgћidu: “Salva lil oћrajn; ћa jsalva lilu nnifsu jekk dan hu l-Messija” (Lq. 23, 36).

Imma l-gћedewwa ma jifirћux gћax Alla jerfgћu, iqajjmu fil-każ ta’ Ġesù. Hekk naraw it-tema ta’ ћajja u mewt, iż-żewġ poli , waћda ’l fuq u l-oћra ’l isfel, jiġu mkissra minn Alla li gћandu s-setgћa u jidћol meta nsejjћulu.

Quddiem il-biża’ tal-mewt titnissel din it-talba ta’ v 3 li terġa’ tidher f’v 9. Anke din hi tema frekwenti fis-salmi – tlabtek u fejjaqtni (Salmi 6, 3; 41, 5; 107, 20) Saћansitra l-ġudajiżmu tardiv (tal-Ħassidim) jgћaqqad ma’ din l-antifona, is-sejћa, il-fidi, l-intimitа ma’ Alla u Alla li jisma’ t-talba.

Ix-Xeol – mhux xi post fid-dinja imma hemm miżmuma l-mejtin; biżżejjed inkunu nafu li bћala post, jew aћjar stat, hu gћal kollox il-kontra tas-sema u ta’ Alla. Hu gћalhekk li gћandna verbi li jfissru tlugћ u nżul, kważi tћossok nieżel b’veloċitŕ lejn ix-xejn ta’ qabel inћalqet id-dinja. Il-marid kien tant serju li beda din in-niżla u tista’ tgћid kien fost “dawk li jinżlu fil-ћofra...”. Fossa, bir, abbiss huma l-kliem li nsibu fis-salterju biex jiddeskrivu r-renju tal-mewt. Magћhom inżidu simboli ta’ dlam, u l-ilmijiet primordjali tal-kaos mnejn il-Ħallieq ћareġ l-univers. Alla biss jista’ jibdel din ix-xorti billi jtella’ ’l bniedem u ma jћallihx nieżel fix-Xeol.

It-tieni strofa (vv 5-6) biki u ferћ.

Jiftaћ bi stedina gћall-ferћ. Hemm tlett verbi li jfissru dan: zmr , tkanta inni, salmi; hdh, hu t-tifћir, radd il-hajr solenni u uffiċjali (todah); zkr , it-tifkira ta’ l-gћemejjel kbar ta’ Alla, memorjal, jew zikkaron.

Iċ-ċelebrazzjoni tfakkar fis-sens li tagћmel preżenti l-azzjoni salvifika ta’ Alla b’riżq Iżrael. Il-ћasidim, ‘it-tajbin tajbin’, jistgћu jagћmlu dan u Alla jwieġeb (1 Mak. 7, 13). II-Moviment tal-Ħassidim tas-snin 700 kien moviment spiritwalista lhudi ġej mill-kelma ‘ћesed’ li tfisser ‘fedeltа’; it-tajbin huma mћarsa minn Alla. It-tajjeb jitlob (32, 6) jafda f’Alla (86, 2) iћobbu (31, 24) jitgћaxxaq bih u jfaћћru (52, 11). Alla jitkellem miegћu (89, 20), jaћfirlu (32, 5), iћarsu (37, 28), u jeћilsu mill-mewt (16, 10).

Saћna u mћabba, ferћ u biki, gћaxija u gћodwa. Huma tlett poli. Alla hu ġust u hekk iћobb imma jirrabja gћall-ћażen. Li jћobb hu ћidma proprja ta’ Alla li hu mћabba. Ir-rabja, il-ћaqq, hi ћidma ta’ Alla barranija gћalih, imma ћierġa mill-ġustizzja. (Is. 54, 7-8; Num. 14, 18; S 86, 15).

Gћaxija u gћodwa, jew dawl u dlam huma kontra xulxin bћall-vojt u l-milja tal-ћajja, il-ћażin u t-tajjeb ( Ġen 1, 2; Is. 9). Mewt u ћajja jiġu ras imb’ras fl-istorja tas-salmista u tal-bniedem. Alla jista’ jeћilsu mill-mewt, mid-dlam, u jagћtih il-ћajja, joћorġu gћad-dawl. Spiss fis-salmi billejl jidћol biki u dmugћ, filgћodu gћajat ta’ ferћ. It-talb ta’ billejl iћejji jum sabiћ (Ġer. 31, 9; S 126, 5-6).

It-tielet strofa. (vv 7-9) Sod u jiċċaqlaq.

Kollox hu ċentrat fuq id-dnub li hu l-ћtija tas-saћna ta’ Alla. Il-bniedem hawn hu tant iblah li ћaseb li b’xejn ma jista’ jiċċaqlaq. Hu d-dnub tas-suppervja ta’ Adam, waћdu biżżejjed. Il-ћażin tas-salm 10, 6:

“jgћid f’qalbu: Ma niċċaqlaqx! Min-nisel gћal nisel ebda ћsara ma tilћaqni”

U jisfida lil Alla li hu biss hu l-blata u hu biss ma jћallikx tiċċaqlaq (S 16,8). Hi gћall-fedeltа (ћesed ) ta’ Alla li ma tiċċaqlaqx fl-aqwa tempesta (21, 8).

Maћfur, il-bniedem jagћraf li gћax iћobbu, Alla qegћdu fuq ‘muntanja qawwija’. Hekk gћall-kontra tas-suppervja tal-bniedem hemm l-imћabba ta’ Alla li tqegћdek fl-gћoli, il-vertikali, Alla l-gћoli. El Xaddaj.

Imma l-bniedem ma jiflaћx jissaporti s-skiet ta’ Alla, li Alla jaћbi wiċċu minnu.

Ir-raba’ strofa( 10-11): ћajja u mewt.

“Mhumiex il-mejtin li jfaћћru lill-Mulej, anqas ћadd minn dawk li jmorru fis-skiet” (S 115,17). Hi gћajta mill-qalb ta’ bniedem imbeżża’ gћall-mewt li spiss insibu fis-salmi; hi stqarrija li x-xeol hu post ta’ silenzju u baћћ. Irid jgћid li meta Alla jћalli wieћed mill-fidili jmur fix-Xeol, ikun qed jitlef wieћed li jfaћћru. Il-bniedem hu fil-quċċata tal-ћolqien, hu l-waћdieni fil-ћolqien li jista’ jfaћћar ’l Alla. Jekk imut, Alla se jitlef (!?) Fil-fatt hi stqarrija sinċiera tat-talba primittiva li turi wkoll lill-bniedem li hu mqabbad mal-ћajja, mal-qima u mat-tempju.

Kelma oћra użata gћax-Xeol wara dik, ћofra, qabar hi “t-trab” (v 10ċ). Ebda riferenza gћat-trab li minnu l-bniedem issawwar u li fih irid imur (Ġen 2, 7; 2, 19) imma pjuttost li hemm il-bniedem isir xejn, definizzjoni eżatta. U dan, jgћid is-salmista, ma jogћġobx ’l Alla li jћobb il-ћajja (Gћerf 11, 26) u anqas lill-bniedem.

Il-ћames strofa (vv 12-13) biki u ferћ

Il-biki nbidel f’ferћ u hekk gћandna innu qasir lil ‘ferћ’. Il-bniedem li kien liebes ilbies ta’ viżtu, l-ixkora , jitlibbes ilbies ta’ ferћ. U hekk ukoll niesu u daru. S.Wistin jagћti lil dan il-vers tifsira Kristoloġika u kerygmatika : “Flok l-ilbies tal-passjoni , Ġesщ jitlibbes bil-glorja tal-Qawmien".

Fuq fomm is-salmista li reġa’ gћall-ћajja, insibu innu ћiereġ mill-qalb, kważi mill-fwied; tant hu qawwi. Fl-esseri tal-bniedem, fejn ikun ġarrab biża’ kbir, titnissel gћanja ta’ ferћ (żmr) ћierġa mill-bniedem kollu kemm hu.

Tistћajjilha l-antifona ta’ l-aћћar li tingћaqad mal-liturġija tas-sema, “Jaћweh, Mulej tiegћi infaћћrek gћal dejjem”, jgћid A. Schoekel. U jikkonkludi: “L-aћћar kliem tas-salm ifissru tassew dak li jgћidu: “gћal dejjem”. Is-salm hu gћal kollox miftuћ. Ma ngћalquhx billi ndejjquh, imma inwessgћuh” .

Gћalhekk ejjew inћarsu lejh bћala l-ewwel strofa ta’ Innu ta’ l-Gћid, iżid jgћid G.F. Ravasi.

 

Dun Ġorġ Mangion, illum 25 ta’ Mejju 2006

Mill-Kitbiet ta’ Dun ĠorġNisġa