Salm 31

Biki u tama – Missier,

f’idejk jien nerћi ruћi

(Lq. 23, 46)

Dan hu salm ћafna qrib dak ta’ qablu (S 30) kif ukoll dak magћruf u famuż S 22 “Il-Mulej ir-ragћaj tiegћi”, biex ma niġbdux ukoll S 69. Hu famuż gћaliex Ġesщ Kristu qabel radd ruћu, jieћu v 6, “f’idejk jien nerћi ruћi” u l-istess jagћmel San Stiefnu, “Mulej Ġesщ, ilqa’ r-ruћ tiegћi” (Atti 7, 59). Dan sar salm ta’ tant bnedmin imfarrka u bla tama, umiljati u ippersegwitati li gћalhekk kienu rebbieћa gћax afdaw f’Alla.

Min qed jitlob jiddeskrivi ruћu bћala ‘ћasid’ (v 24), it-twajjeb, (pius, pio) l-ikkonsagrat ta’ Alla. Gћandna salmi li jitkellmu mill-anawim ‘il-fqar ta’ JHWH’. Il-kelma ‘ћasid’ pl. ћassidim, ġejja minn ‘ћesed’ u ‘emet’, żewġ attributi kbar ta’ Alla tal-Patt, fidil fis-sens kbir u sabiћ tal-kelma, dak li jћares b’fedeltа l-patt, il-kelma ta’ Alla. A. Weiser jgћid, “Hu kwadru psikoloġiku, dak ta’ ћajja ta’ talb ma jaqta’ xejn, jirrifletti tajjeb ћafna ћsibijiet, dak li jћoss u jsofri min qed ifittex li jistrieћ f’ Alla.”

Hu wieћed li jwieġeb gћall-fedeltа ta’ Alla , ‘emunim’ (v 24), iћobb ’l Alla (v 24), jibża’ minn Alla (v 20), u fiduċjuż (vv 2, 20); u meta ћasid tingћaqad mal-fqir, anawim, issir ‘ebed – qaddej’, ‘ebed JHWH’ kif insibuha fil-kantiċi ta’ Isaija, il-qaddej ta’ Alla li jbati, Ġesù, kif ukoll gћal Abraham, Mosè u David, l-akbar sieћba ta’ Alla fil-pjan ta’ salvazzjoni li ћejja gћall-istorja u gћad-dinja.

Hemm xebh kbir mal-kitba ta’ Ġeremija: Il-v 11 u Ġer. 20, 18. “biex nara t-taћbit u t-tbatija, u ntemm jiemi fl-gћajb?” V 13, jixbah lil 22, 28 u 48, 38. “Kullimkien biki…” u v 18, “Ħa jitћawwdu dawk li jsusu warajja, u ma nitћawwadx jien. Ħa jitbeżżgћu huma u ma nitbeżżax jien! Niżżel fuqhom Jum id-deni u kissirhom gћal darba tnejn."

Gћalhekk hu diffiċli biex wieћed jattribwih lil David imma aktarx inkiteb wara l-eżilju. Kienu s-Sebgћin li ittraduċewh fis-sens ta’ David jaћrab lil Sawl.

Il-binja tas-salm.

A L-gћanja ta’ fiduċja (vv 2-9) - Taqsima ta’ salm fit-ton ta’ salm ta’ fiduċja.

a.L-ewwel strofa (vv. 2-5) - Bejn ћelsien v 2 u qawwa v 5.

b. It-tieni strofa (vv 6-9) - “L-id ta’ Alla” v 6 u id l-gћadu v 9.

B L-gћanja tan-niket (vv 10- 19) - Taqsima fit-ton ta’ talba.

a. L-ewwel strofa (vv10-14) - Ħajja u gerżuma, periklu tal-mewt. b. It-tieni strofa (vv15-19) - Mottiv ta’ fiduċja minkejja d-djieqa.

C L-gћanja ta’ ferћ (vv 20 - 25) - Taqsima fit-ton ta’ radd il-hajr.

a. L-ewwel strofa ( vv.20 - 21) - Int, O Alla (akklamazzjoni)

b. It-tieni strofa (vv 22- 23) - Jiena li qed nitlob (barka)

c. It-tielet strofa (vv. 24-25) - Intom il-hasidim (karba)

Alla ћelsien u sigurtа

Fis-simboli teoloġiċi tas-salm, Alla hu xi ћadd żgur, ma jiċċaqlaqx u dan minћabba fl-ispirtu ta’ fidi-fiduċja tal-bniedem bibliku li jqiegћedhom f’Alla, fuqu jistrieћ u fih isib lilu nnifsu mwaqqaf fis-sod, fih isib il-kenn tiegћu.

Fil-vv 3-4 gћandna x-xbihat ta’ fortizza, blata u f’v 22 belt qawwija. Huma metafori meћuda mill-blat, mill-istess gћolja li fuqha hi mibnija Ġerusalemm, hu mibni t-tempju, il-post tax-Xekina. Mela min gћandu lil JHWH, hu fis-sod.

Huma metafori tad-divnità ta’ Alla, verità li ma tistax titfisser aћjar minn ‘belt fortizza’, fortizza qawwija ta’ salvazzjoni (v 3). Dan JHWH iћares lil min jafda fih, u ‘juri d-dawl ta’ wiċċu lill-qaddej’ tiegћu. Hi esperjenza fil-liturġija tat-tempju, hi l-ћarsien kollu ћerqa ta’ Alla, ix-Xekina li tgћatti l-arka u timla’ t-tempju, f’kelma waћda il-bniedem f’gћaqda spiritwali u intima ma’ Alla.

Din is-sigurtà iġġib ‘ћelsien u salvazzjoni’; hi l-mixja ta’ l-esodu – mill-jasar gћall-ћelsien, mill-mewt gћall-ћajja. Il-bniedem jintelaq f’idejn Alla (v 16) u hekk hu meћlus minn idejn l-gћedewwa.

Alla jwieġeb gћall-gћajta tal-bniedem u jinћoloq djalogu. L-gћajta tal-bniedem tinfed is-sema, it-tbatija li tifni gћandha żewġ kwalitajiet: dik fisjoloġika v 10, il-biki li gћamielu gћajnejh, u psikoloġiku, nifsu (ћajtu) u l-ġewwieni . Hu bniedem li bil-mod il-mod jiġi fix-xejn – ibda minn v 10 u kompli v 11 – dak li jidher minn barra hu sinjal ta’ l-intern li spiċċa fix-xejn.

 

L-istess fis-simboli soċjali – l-aktar fil-valur tal-kelma. Mad-dwejjaq, l-gћajnejn mitfija u n-nifs tiela’ u nieżel , hemm sinjali oћra, aktar tal-biża’ - is-solitudni u l-abbandun. Skond it-teorija tar-retribuzzjoni, il-marda hi ћlas id-dnub. Is-salmista hu bniedem minsi minn kulћadd, bћal wieћed mejjet, bћal ġarra mkissra (v 130. L-gћedewwa jћarsu lejn it-tbatija tiegћu bћala sinjal car tad-dnub. Gћalhekk jitlob lil Alla li fih jittama (v 15). Hi ћaġa tal-biża’ tћossok imwarrab bћal skart. Tiftakar f’Ġeremija: “sirt bћal ġarra mkissra li ma tissewwiex.” (Ġer. 19, 11)

Eżeġeżi.

F’dan id-dramm, gћandna mela tlett atturi – Alla, il-bniedem u l-gћedewwa , u tlett atti – fiduċja, niket u ferћ.

L-gћanja tal-fiduċja (vv 2-9)

L-ewwel versi ta’ dan is-salm huma l-istess tas-Salm 71, xi ћaġa li nsibuha spiss fis-salmi. Jiftaћ b’gћajta “Salvani”, gћax il-fiduċja qegћda hemm, jaf li mhux se jkun imqarraq; tipika ta’ Ġeremija (17,17). Kollox jibbaża ruћu fuq il-ġustizzja ta’ Alla ‘sedaqah’ u hu xieraq li s-‘saddiq’ (v 19) idur lejn il-ġustizzja ta’ Alla li ma tonqosx. San Tumas ta’ Aquino jgћid li l-ġustizzja ta’ Alla tikkastiga u tikkundanna, imma taћfer, teћles u tagћder ukoll.

V 3 Insibu tlett imperattivi oћra , agћtini widen, fittex eћlisni u kun blata.

Vv 4-5 blata u fortizza huma xbihat meћuda mill-belt u t-tempju , mibnija fis-sod, ma jiċċaqalqux. It-tama hi li l-premju se jkun li jara wiċċ Alla, jiltaqa’ ma’ Alla fit-tempju u jkun qrib tiegћu., fl-intimitа tiegћu.

It-triq tidher imwegћra, b’ћafna xkiel u jidhru aktar imperattivi 7 +1 = 8 li huma: Salvani, agћtini widen, fittex eћlisni, mexxini u wassalni, kun blata, kun fortizza , u oћroġni. Is-7 hu numru perfett, it-8 hu numru etern.

V 4 tidher il-frażi, ‘f’ġieh ismek’, ‘gћall-imћabba ta’ ismek’, mexxini u wassalni. Hi x-xbiha tar-ragћaj (S 23) li bil-bastun tiegћu iwennisni. Kulma jagћmel Alla jagћmlu gћall-glorja ta’ ismu, biex ismu jissebbaћ f’gћajnejn il-ġnus, billi juri ruћu aktar qawwi mill-gћedewwa tal-bniedem u jeћles il-bniedem. Hekk mhux gћall-merti tagћna, imma bi gratwitа. Hawn insibu wkoll x-xbiha tal-kaċċa; in-nassab jonsob in-nassa, imma s-salmista jinћeles.

“F’idejk jien nerћi ruћi” – hi talba oriġinali ћafna, turi fiduċja kbira. Idejn Alla huma idejn li jilqgћu, iћarsu u jfejjqu. F’idejn Alla se jћalli l-aktar ћaġa gћażiża li gћandu, ћajtu, ‘ruah’, in-nifs li Alla nefaћlu meta ћalqu (Ġen 2,7), mhux ir-ruh fis-sens filosofiku oċċidentali, imma fis-sens bibliku, ‘kull ma jien’ ir-realtа umana tiegћi. Alla hu l-go’el – dak li jidћol gћall-bniedem biex iћallas il-prezz biex jinћeles mill-jasar… Alla jżomm kelmtu, hu ‘emet.

Is-salmista ‘jintelaq’ f’abbandun sћiћ. Il-Lhudi devot kull filgћaxija, gћajjien mejjet, jagћlaq gћajnejh u jafda f’Alla u meta jqum filgћodu qisu reġa’ lura mill-mewt, gћax l-irqad kien l-ewwel pass lejn il-mewt – gћalhekk qisu reġa’ lura mill-mewt. Fuq fomm Ġesщ (Lq. 23,46), wara li jsejjaћ lill-Missier, juru ċ-ċertezza ta’ tfajjel, iben, fis-salvazzjoni sћiћa; waqt li jbaxxi rasu gћar-rieda tal-Missier, b’fiduċja w ubbidjenza, jittama anzi hu ċert, li l-mewt mhix se tkun l-aћћar kelma, u jistenna li jerġa’ lura gћall-ћajja (Regenstorf. K.). San Stiefnu jitlob bl-istess talba ta’ Ġesщ u jindirizza lill-Mulej Ġesù (Atti 7, 59).

Il-Knisja tieћu dan il-vers u tagћmlu responsorju gћat-talba ta’ gћeluq il-jum.

V 7 Is-salmista jiddikjara l-innoċenza tiegћu b’mod negattiv, “tobgћod lil min iqim allat fiergћa”. L-idolu hu ‘hebel’ ћaġa vojta u fiergћa, bћal f’Qohelet; hu wkoll ‘saw’, gidba, falz.. San Pawl jikteb lil Korintin “naf li l-idolu m’hu xejn fid-dinja" (1 Kor. 8, 4). Hu simbolu tax-xejn, tal-vojt.

Vv 8-9. Il-fiduċja tiġi qabel il-ferћ tal-ћelsien u s-salvazzjoni; hekk jinqeda b’verbi kollha fil-perfett. Rajt, gћaraft, ma tlaqtnix, qegћedtli. Fil-qiegћnett hemm l-esperjenza tal-ћelsien mill-jasar (L-esodu u Babilonja) u l-ftuћ tal-mixja fid-deżert. Mhux inqas it-twemmin li JHWH ma jћalli qatt lil dawk li huma tiegћu f’idejn l-gћedewwa tiegћu u tagћhom. Tiġi fl-aqwa tagћha f’vers 20.

L-gћanja tan-niket (vv 10-19)

Gћanja kollha ћniena ta’ min jinsab qrib il-mewt fiżika (10-11) u morali (12-14). L-ewwel l-gћajnejn li tbaxxew bil-biki imbagћad in-nifs, il-ћajja mifnija bil-gћali, u l-ġewwieni (l-imsaren) li juru t-tbatija interna ћtija tal-ћażen.

Wara jidћlu l-gћedewwa, bnedmin li huma qraba, ġirien, nies li jafuh: tistћajlu Ġob jew Ġeremija, bniedem imkisser, meqrud, fir-ruћ u l-ġisem. Iћoss ruћu tant imwarrab bћallikieku marid b’marda li tittieћed, rifjut tas-soċjetа.

V 13 hu ritratt ta’ bniedem miġjub fix-xejn, qrib il-mewt.

V 14 hu l-persekuzzjoni li jgћaddi minnha l-ġust L-ewwel versi huma eku ta’ Ġeremija (20,10). Tiskantak f’dan is-salm ir-rabta qawwija bejn il-mard, it-tbatija u l-persekuzzjoni, kważi t-teorija tar-retribuzzjoni. Il-ћbieb ta’ Ġob li ġew biex isabbruh, jispiċċaw jitkellmu ma’ dan il-lebbruż bћal ћati ta’ ћtijiet kbar.

Vv 15-19. L-awtur jibda bi stqarrija ta’ fidi, talba-ġjakulatorja: “Alla tiegћi int, f’idejk hi xortija” ( skond Ravasi). Xortija jew jiemi - l-istorja tar-ruћ, l-istorja ta’ min jemmen , xortija li mhix mitluqa f’idejn xi destin gћama anzi f’idejn Alla li jћobb, li ћelsu minn idejn l-gћedewwa.

V 17. Jidher il-qaddej, ‘ebed’, li hu aktar minn ‘hasid’ , il-ћabib gћażiż u ta’ fiduċja ta’ JHWH. Ix-xekina tiddi f’wiċċu u gћailh hi barka waqt li gћall-gћedewwa hi twiddiba. L-gћajn ta’ din il-barka hi l-hesed ta’ JHWH – il-fedeltа gћall-patt ta’ mћabba li jorbtu ma’ Iżrael u ma’ kull Iżraelit. Din hi l-barka saċerdotali lituġika: “Ibierkek il-Mulej u jћarsek! Jixћet il-Mulej id-dija ta’ wiċċu fuqek u jurik il-ћniena! Iћares lejk il-Mulej bi mћabba u jagћtik is-sliem” (Num. 6, 24-26).

Vv 18-19. Jerġa’ lura gћall-moћqrija ta’ l-gћedewwa, “Ħa jinfixlu huma u mhux jien. Ħa jinżlu fix-Xeol”, jindifnu u jintesew, u kliemhom ma jinstemgћax aktar. Hawn insibu kliem li soltu nsibu f’salmi ta’ din ix-xorta, jew imprekatori, b’ton moderat ћafna. “Ħa jisktu x-xufftejn li jkasbru l-ġust, is-sadiq.

L-Innu ta’ ferћ (20-25)

V 20. Hu espressjoni ta’ esperjenza personali u mistika ta’ JHWH. Jinqasam fi tlett strofi: sejћa, barka u talba ta’ gћeluq.

Sejћa lil JHWH flimkien ma’ dikjarazzjoni ta’ sigurtа li wieћed isib f’JHWH. Hawn is-salmista hu inqas konkret minn S 65 li jsemmi t-tempju, daqskemm l-esperjenza personali u intima ta’ Alla. “Duqu u taraw kemm hu tajjeb il-Mulej".

Dan il-kenn jingћata fit-tempju, qisu dritt ta’ rifuġju moћbi, fejn l-gћedewwa ma jinfdux. Jissemma’ wkoll l-gћarix ‘sukkah’, it-tempju gћad-dell ta’ wiċċ JHWH – kenn ideali. Hi esperjenza ta’ salvazzjoni fl-gћajn safja tagћha – JHWH u t-tempju mibnija fuq gћolja, fuq il-blat. Gћal tlett darbiet is-salmista l-misteru ta’ l-imћabba moћbi fl-istorja tas-salvazzjoni: ix-xufftejn giddieba, it-tnassis tal-bnedmin, u t-tqassis ta’ l-ilsna.

Vv 22-23. It-tieni strofa hi l-barka ta’ l-awtur fl-ewwel persuna, ‘Jien’, li jesprimi l-gratitudni tiegћu. Jibbaża fuq it-tjieba ta’ Alla ‘hesed’, li tingћaqad ma’ l-gћeġubijiet tiegћu imwettqa fl-istorja tas-salvazzjoni, personali u kollettiva, li tingћata fil-kenn zgur tat-tempju mibni fuq blat gћoli. (v 3-4). Mit-tempju fejn jgћammar Alla fuq l-art, toћroġ qawwa li tinfirex fuq Iżrael u tferrex ferћ u salvazzjoni.

Jiftakar fit-tbatija li gћadda minnha; kienet kriżi personali, iddubita minn Alla li issa daћal gћalih u salvah u gћalhekk is-skiet ta’ Alla gћadda, m’gћadux maqtugћ u minsi, m’gћadux mhedded mill-gћedewwa. Alla wera wiċċu.

Vv 24-25 . Is-salm jagћlaq b’talba lill-ћbieb ta’ Alla ‘hasidim’, it-twajbin. Hu appell gћat-tama u l-fidi fit-twemmin li Alla jћares it-twajbin u jpattiha bl-ikrah lill-kburin. Fl-oriġinal ebrajk, il-barka hi gћall-emunim – il-fedeltа tiegћu; u s-saћta hi gћall-‘ga’awah’ is-suppervja, il-kburija. Mhux fis-sens konkret, imma astratt, mhux il-bniedem bћala bniedem daqskemm is-suppervja, il-kburija tistћoqq u jixirqilha tkun ikkastigata. Gћalhekk jeżorta: “Ħobbu l-Mulej” eku qawwi tad-Dewteronomju “Ħobb lill-Mulej Alla tiegћek b’qalbek kollha…” (Dt. 6, 5). Hu appell ċar li ftit insibu bћalu fis-salmi.

Il-Hasidim huma deskritti bћala dawk “li jittamaw f’Alla”. It-tlett virtujiet fidi, tama u mћabba, u hekk is-salm jinġabar f’dawn it-tlett kelmiet, bniedem li esperjenza tbatija, mard, wasal gћall-mewt, kien salv gћax emmen, ћabb u ittama f’Alla.

Dun Ġorġ Mangion, illum 25 ta’ Marzu 2006

Mill-Kitbiet ta’ Dun ĠorġNisġa