Salm 32

L-hena ta’ min jaqla’ l-maћfra

Nistqarr ћtijieti lill-Mulej

Hu salm ta’ radd il-ћajr gћall-maћfra maqlugћa tad-dnubiet, li l-Knisja ilha tgћoddu fost is-salmi penitenzjali sa mis-seklu VI. Bћal Salm 51, l-gћadu waћdieni tal-bniedem hu d-dnub li jbejjet fil-kuxjenza u fl-gћażliet li wieћed jagћmel. Hemm riferenza gћall-ћlas tad-dnub skond it-teorija tar-retribuzzjoni ta’ l-A.T. Pawlu fit-trattat teoloġiku tiegћu li hi l-Ittra lir-Rumani 4, 6-8, jikkwotah bћala ċelebrazzjoni ta’ grazzja ta’ Kristu li salvatna. Imma fih aktar minn meditazzjoni ta’ din it-teorija.

Il-qrusa tad-dnub u l-ferћ tal-maћfra jinbidlu f’parir sapjenzjali kif insibuh fi Prov. 28, 13: “Min jaћbi ћtijietu ma jiksibx ġid, imma min jistqarrhom u jaqtagћhom jaqla’ l-ћniena”. Kelma ta’ tћeġġiġ bћal ma nsibu f’1 Ġw. 1, 8-9: Jekk ngћidu li m’gћandniex dnub inkunu qed inqarrqu bina nfusna u l-veritа ma tkunx fina. Jekk nistqarru dnubietna, hu fidil u ġust, hekk li jaћfrilna dnubietna u jnaddafna minn kull ћażen". Hu salm ta’ spiritwalità kbira meta l-bniedem jikkonverti u jibda jgћix ћajja ġdida (S.40, 12-14). M’hemmx bniedem aktar hieni minn dak li jagћraf dnubietu u jistqarrhom biex Alla jagћmlu “hieni”.

Ikun żball kbir u nfaqqru u nġibu fix-xejn il-ћsieb profond wara dan is-salm jekk narawh bћala rit tat-Tempju (H.Schmidt), liturġija ta’ radd il-hajr wara fejqan mitlub u maqlugћ (F.Daumas), jew xi djalogu bejn kor ta’ qassisin u pellegrini jfittxu rikonċiljazzjoni ma’ JHWH fit-Tempju (E.Lipinski). Wara l-binja letterarja u ż-żjieda parenetika sapjenzjali (tћeġġiġ ta’ gћaref) hemm ћsieb kbir u profond: hemm esperjenza personali ta’ bniedem li dineb u qala’ l-maћfra. “Dan is-salm 32 joffri dehra qawwija u personali ta’ l-hena li wieћed jesperjenza meta jagћraf ћtijietu u jistqarrhom. Dan kollu jinsab moћbi wara esperjenza personali bi ћsieb li jgћallem”, jgћid Mowinckel. Dan is-salm ihejjina gћal salm 33.

Gћalkemm dan il-ћsieb ewlieni gћadu joћroġ ċar, xi żjiediet li saru matul is-snin fil-binja tas-salm (bћal vv 2 u 5) tefgћu dellijiet fuqu li ma jћalluhomx jidhru daqshekk ċari. Jekk it-teorija tar-retribuzzjoni vv 8-10 tirrepeti dak li hemm f’vv 6-7, jekk ir-ritratt psikoloġiku tal-midneb bil-linji fini tiegћu huma mdella minn dettalji li m’humiex daqshekk ċari, bi tbatija jista’ wieћed joћroġ dan kollu u jiċċarah.

Kif jinqasam

L-hena tal-maћfra (vv 1-2) tiftaћ it-triq gћal stampa ta’ dak li gћaddej fil-fond ta’ qalb il-midneb: bniedem ġismu mifni u jokrob il-jum kollu, v 3. Imma l-istqarrija v 5, id-deċiżjoni li jibdel ћajtu (it-triq), il-bażi tal-parabbola ta’ l-iben il-ћali (Lq. 15), “inqum u mmur gћand missieri u ngћidlu…”, kif ukoll kliem Natan lil David “Ma tmutx, il-Mulej ћafirlek… (2 Sam, 12,13) jinstemgћu f’dan is-salm. F’ vv 5-7 insibu l-ћelsien sћiћ, ћelsien fiżiku wkoll skond it-teorija tar-retribuzzjoni pożittiva – premju gћal ћaġa tajba. L-appell sapjenzjali vv 8-10 ta’ l-gћaref li qed jgћallem id-dixxiplu, hu ċar – it-tbatija li bniedem jgћaddi minnha tgћallmu ћafna; hi biss tgћodd.

A. Prologu vv 1-2 – Ftuћ sapjenzjali li jiċċelebra l-ferћ u l-hena tal-maћfra miksuba.

B. Gћanja tal-Maћfra (vv 3-7) – xhieda ta’ bniedem maћfur u konvertit.

1. Miżerja tad-dnub vv 3-4

2. Stqarrija u maћfra v 5

3. Paċi u sliem vv 6-7.

C. Tagћlim l-gћaref (vv,8-10) – Kif gћandek iġġib ruћek (timxi).

D. Gћeluq bl-antifona v 11 – ċelebrazzjoni ferriћija ta’ min kiseb s-safa tal-qalb.

 

Dehra negattiva ta’ l-istat tal-midneb.

Dan l-istat hu deskritt b’simboli tad-dnub fil-ћajja tal-midneb u gћalhekk negattivi. Huma skiet, ġisem mifni u krib, toqol u saћћti nfniet, li jistgћu jfissru deni u gћeja li jifnu l-marid. Skiet, v 3 jew ilsien qoxqox bil-biki (S 22, 2; Ġob 3, 24) u kontra dan hemm ilmijiet kotrana v 6, li flok jheddu mewt, qerda, Alla jidћol biex jeћilsu. ‘Il-jum kollu’ v 3 u ‘l-lejl u nhar’ jew ma jaqtax. ‘Sћana tas-sajf’ v 4, xi whud jfissru gћalqa li ssir trab bis-sћana ma taqtax tas-sajf.

L-id tqila ta’ Alla – rimors – S 38, 3, il-bniedem mifni bil-qilla ta’ Alla. Il-midneb bћaż- żiemel u l-bagћal , żewġ annimali li fil-letteratura sapjenzjali huma magћrufa li ma trażżanhom b’xejn jekk mhux bid-dixxiplina u t-taћriġ. Hi t-teżi ta’ Elihu, iż-żagћżugћ ћabib ta’ Ġob , il-pedagoġija tal-provi ta’ Alla (Ġob 32-37).

Dehra posittiva tal-ferћ tal-maћfra.

Huma simboli li ġew diskussi fit-tul minћabba l-kontenut tagћhom li jinfluwenza t-teoloġija tal-maћfra. Hawn gћandna tlett verbi maћfura, mistur, ma jgћoddlu, v 2.

L-ewwel verb, ‘maћfura’ jew mneћћija, b’mod li wieћed iћossu ћafif, meћlus minn toqol. Alla jneћћi d-dnub billi l-piż jerfgћu hu u l-midneb iћossu ћafif. Kif il-bniedem iġorr id-dnub u jpatti gћalih, hekk Alla jieћdu fuqu billi ma jikkastigahx imma jaћfru (Lev. 16, 22; 10, 17).

It-tieni verb hu ‘jgћatti’ minn dak li jsir fil-Jom Kippur. Luteru fehem ћażin lil S. Pawl f’Rumani 4, 3-8 meta qal li l-maћfra hi dikjarazzjoni biss ta’ maћfra, bћal imћallef li jaqra sentenza ta’ mhux ћati gћal wieћed ћati. San Pawl: “Abraham emmen lil Alla u kien magћdud lilu b’ġustizzja…” u jikkwota Salm 32, 2. Il-Konċilju ta’ Trentu ‘...mhux biss maћfra imma wkoll il-ġustifikazzjoni u tiġdid minn ġewwa ... hekk li l-bniedem minn midneb isir ġust u minn gћadu jsir ћabib.’ Il-Bibbja tuża’ jgћatti, ‘mgћotti bit-trab’ Lev. 17,13, li saret tpattija gћad-delitt u kien maћfur. Tgћatti jfisser tinsa’, iġġibu fix-xejn, tћassru. Fil-Bibbja nsibu wkoll, ‘tixћet id-dnub wara spallejk’ Is.38, 17; tixћtu fil-baћar, Mik 7, 19; jinћall bћal borra fix-xemx, Sir. 3, 15; jibjadu u jsiru bojod bћal borra, Is 1, 18.

It-tielet verb ‘ebda ћażen ma jgћoddlu’ v 2 jew ineћћi. “Abraham emmen fil-Mulej, u dan gћaddulu b’ġustizzja”. Ġen. 15, 6. Hu verb li l-Bibbja tinqeda bih biex turi li s-sagrifiċċji magћmula skond il-liġi jkunu meqjusa li jiswew gћall-maћfra tad-dnubiet. Mhux minnhom infushom imma gћax Alla jogћġbu jqishom hekk. Alla jeżorċizza l-qawwa ћażina tad-dnub billi ma jiftakrux anzi jġibu fix-xejn u qisu qatt ma kien.

Eseġeżi.

Is-salmi joћorġuna mill-ћabs tas-superstizzjoni bћal min qasam il-baћar tal-qasab biex nimxu bil-kuraġġ kollu f’talb li jwassal gћand Alla. L-istqarrija tad-dnub hi l-gћajn ta’ kull hena. (Luigi Santucci)

Vv 1-2 mhix sempliċi barka ta’ qassis fit-Tempju, imma kelma sapjenzali ta’ ћelsien profond gћal min jistqarr ћtijietu u jћossu maћfur quddiem Alla. Id-dnub inћafer, tneћћa minn fuq il-kuxjenza u Alla ma jgћoddux aktar. V 2 b’ ‘ebda ћażen … ebda qerq f’qalbu’ hi l-assoluzzjoni u fl-istess waqt kundizzjoni biex wieћed jirbaћha – in-nuqqas ta’ qerq, jew safa interjuri tal-kuxjenza. Meta nikxfu ћtijietna quddiem Alla, Hu jgћattihom billi jaћfirhom u gћalhekk is-sinċeritа hi l-kundizzjoni u l-frott tal-maћfra. Pawlu jattribwixxi l-ћbiberija ta’ Abraham ma’ Alla u kontra, lil din is-sinċeritа li hi l-qalba tal-fidi u s-salvazzjoni; is-salvazzjoni tal-bniedem tintlagћab fuq din l-gћażla – stqarrija u abbandun f’Alla.

L-gћanja tal-maћfra vv 3-7.

Il-mixja ta’ konverżjoni gћandha tlett fażijiet, l-imgћoddi, il-preżent u l-futur.

L-imgћoddi – dnub u miżerja – id-dnub ikisser u jeqred. Ġismi jew aћjar gћadmi, hu l-esseri, l-personalitа. Skiet u krib, skiet ta’ disperazzjoni u krib ma jaqtax huma espressjoni ta’ qagћda miskina tal-midneb

V 4 Ma jagћmilx ћlief ikompli jżid il-kuluri suwed tal-qagћda tal-midneb: quddiem it-toqol tal-ġudizzju ta’ Alla, li hu piż fuq il-midneb bћal id tqila, tiżdied in-nixfa bћal ta’ bniedem b’deni qawwi, demmu jagћli u n-nervituri vampa. Dan hu mill-ġdid deskritt fil-kampanja tal-Palestina maћruqa u qoxqox taћt is-sћana tax-xemx fis-sajf.

Il-preżent tal-konverżjoni v 5 hi l-bidla li ssalva, hi dikjarazzjoni ċara bћal dik ta’ l-iben il-ћali ta’ Luqa u li spiss insibu fis-salmi (SS 30, 7; 31, 23; 38, 17; 39, 2; 40, 8; 41, 5; 82, 6). Id-dnub hu ht’, (ћtija) jew awon, wieћed li jiżbalja l-mira, wieћed li ћareġ mit-triq it-tajba: hu wkoll ksur ta’ liġi jew preċett. Dawn kollha nsibuhom hawn:

"Ti ho fatto conoscere il mio peccato,

non ho nascosto il mio errore.

Ho detto: "Confessero’ a Jahweh le mie colpe"

E tu hai tolto la malizia del mio peccato. v 5

(imma t-traduzzjoni maltija ma toћroġhomx ċari). Alla jsejjaћ b’kull mod biex il-midneb jerġa’ lura. Bћal fl-istorja ta’ David, Alla wrieh id-dnub permezz ta’ Natan il-profeta, David gћarfu u stqarru, u Natan wieġeb : “Il-Mulej ukoll ћafirlek dnubek; int ma tmutx”. (2 Sam. 12, 13).

Il-ġejjieni vv 6-7, hi l-paċi u s-serenità. Dak li jżomm il-bniedem li jemmen matul il-prova iebsa tad-dnub u s-skiet ta’ Alla hi t-tama tal-maћfra, ‘lilek jitlob fi żmien in-niket v 6, jew fi żmien f’waqtu – iż-żmien tar-rimors u d-dwejjaq. L-abbandun jew is-skiet ta’ Alla – Alla hu dak li jћalli lil min ifittxu u jsibu. It-talba u l-fiduċja iqanqlu lil Alla li jaћfer. U l-ferћ u l-hena huma deskritti fi stampa suġġestiva ta’ ilmijiet kotrana tad-dwejjaq u l-qerda li jheddu bl-ikrah, imma Alla jaqbad u jeћles lil min jistqarr ћtijietu u jitlob maћfra u flok l-ilmijiet tal-qerda jilћqu baћar ta’ ferћ u salvazzjoni.

Il-ġrajja ta’ tbatija u mrar ta’ dan li qed jitlob tagћlaq b’ferћ u hena: Alla ltaqa’ ma’ min kien qed ifittxu u biddillu ћajtu:

"F’art imwarrba mar isibu,

f’deżert waћxi u bla nies.

dar miegћu u ћa ћsiebu :

ћarsu bћall-mimmi ta’ gћajnejh.” Dt. 32, 10

Kien Alla li mar jiltaqa’ miegћu biex jaћfirlu u joffrilu mћabbtu. Aktar milli tqiegћed kollox fuq ir-rieda tal-bniedem u tgћid, “Fittxu lil Alla!” il-Bibbja tgћid, “Alla jћobbok, Alla jfittxek, Alla jinteressa ruћu fik.” (Is. 40, 27-29).

Tagћlim l-gћaref.

Il-bniedem konvertit isir ġust u mgћallem; jaqsam l-esperjenza tiegћu u jagћti tagћlim lil dawk li huma madwaru, li bћalu ġarrbu l-kruha tad-dnub u mill-partikular imur gћal ġenerali. Issa jingћaqad mal-ġemgћa, jsir wieћed minnhom. V 8 gћandu tlett verbi sapjenzali, ngћallmek, nurik it-triq, u nwissik , bћal mgћallem lid-dixxiplu jurih t-triq, it-triq tal-ћajja. Il-biża’ tal-kastig li jistћoqq lid-dnub, jinћass f’dawn it-twissijiet gћalkemm jimxi fuq il-binarju – dnub u maћfra.

Iż-żiemel u l-bagћal li jagћtu bis-sieq insibuhom bnadi oћra. “Il-frosta gћaż-żiemel, ir-riedni gћall-ћmar, u l-ћatar gћal dahar il-boloh” (Prov. 26, 3). Kif jgћid ukoll Elihu fil-ktieb ta’ Gob, in-niket hu gћalliem meћtieġ biex iwissi lil dan l-annimal rasu iebsa li hu l-bniedem. “Mela gћandek tkun taf u ddaћћal f’qalbek li l-Mulej Alla tiegћek, jgћakksek bћalma missier jgћakkes lil ibnu” (Dt. 8, 5). L-istess kliem jingћad lil Pawlu fit-triq ta’ Damasku, “Iebes gћalik li teћodha kontra n-niggieża! (Atti 26, 14)

V 10 Hi t-teorija tar-retribuzzjoni, il-ћażin jolqtuh n-niket, l-imrar, it-tbatija. Il-bniedem li jerġa’ lura jagћmel dan gћax jittama fil-Mulej u hekk isib il-hesed, il-fedeltа kollha mћabba ta’ Alla. F’kelma waћda hi l-istorja f’minjatura ta’ Iżrael midneb u konvertit. Gћal darbtejn, hawn u f’v 7, il-bniedem maћfur u mdawwar mhux mill-ilmijiet tal-ћażen u tal-qerda, imma mill-ferћ u l-fedeltа ta’ Alla.

“Is-sewwa u d-dritt iћarsuni

gћax jien fik ittamajt. S 25, 21.

Gћeluq b’antifona.

Din l-antifona twassal gћall-ftuћ tas-Salm 33 u tgћaqqad miegћu. Hi akklamazzjoni liturġika li setgћet kienet tgћaqqdu ma’ li ġej biex jitkanta f’ġemgћa penitenzjali. Dawk ta’ qalbhom safja huma mistiedna gћall-festa tal-ћniena ta’ Alla, missier l-iben il-ћali (Lq. 15). Din il-parabbola hi l-aqwa kumment nisrani gћal Salm 32.

“Stqarru wieћed lill-ieћor in-nuqqasijiet tagћkom u itolbu gћal xulxin, biex hekk tfiqu. It-talba tal-bniedem ġust magћmula bil-ћerqa gћandha qawwa kbira". Gak. 5, 16.

Santu Wistin kien miġbud ћafna lejn dan is-salm tant li kitbu u waћћlu mal-ћajt tal-kamra tiegћu u kien jaqrah jibki u hekk kien isib il-paċi u l-mistrieћ fl-aћћar marda tiegћu, jikteb Possidju.

Dun Ġorġ Mangion, illum 26 ta’ Settembru 2007

Mill-Kitbiet ta’ Dun ĠorġNisġa