Salm 33

JHWH hu l-Mulej ta’ l-istorja u tad-dinja

Salm 33 hu innu ta’ tifћir lil JHWH , il-Mulej tad-dinja minnu maћluqa b’kelma ta’ fommu, u ta’ l-istorja. “Hu tkellem u hi saret ” (v 9).

Il-bniedem tal-Bibbja jћares lejn id-dinja bћala maћluqa u bћala univers, ‘kosmos’ bil-grieg, id-dinja mfassla minn Alla u minnu maћluqa b’kelma, fejn kollox hu ordnat f’armonija perfetta. Hi viżjoni ottimista skond ir-rakkont saċerdotali ta’ Ġenesi kap 1.

U mhux dan il-lat materjali, fiżiku u spazjali biss, hu opra ta’ Alla, imma wkoll l-istorja, il-ġrajjiet sbieћ u koroh tal-bniedem Adam u Iżrael, huma minsuġin f’affresk waћdieni, li jinbena bil-mod il-mod u jagћmel ћaġa waћda, kapolavur.

Isir gћalhekk innu lill-providenza ta’ Alla li tmexxi kollox lejn is-salvazzjoni, l-iskop tal-bniedem maћluq biex jgћix f’din id-dinja. Hu innu lill-Kelma ta’ Alla (9), kollox gћamel b’fedeltа (4) u jmexxi bil-ġustizzja u bit-tjieba (hesed) b’riżq il-poplu tiegћu, Iżrael (12). Hu innu lill-ferћ, lil Alla li kollox imexxi skond il-Providenza tiegћu salvifika: ћolqien u storja minsuġin ћaġa waћda, kwadru wieћed.

Gћannu, faћћru u mhux b’telqa imma b’qawwa. Fuq kollox, ‘Gћannulu gћanja ġdida’. Il-ktieb tas-salmi ‘tehillim’ jieћu ismu minn din ix-xorta ta’ salmi, gћannu u faћћru, (tehilla w na’awah). U gћaliex gћanja ġdida? Gћaliex tilћaq il-qawwa ta’ tifћir li qatt ma ntlaћaq, Alla salvatur tal-bniedem li l-art minnu tibża’ u quddiemu kulћadd jitkexkex (8, 10). Hi gћanja ġdida gћax fil-kwadru eskatoloġiku, Alla sa jasal biex ikun ‘kollox f’kulћadd’ (1 Kor. 15, 28). S.Wistin jitkellem fuq l-gћanja ta’ l-Gћid bћala gћanja ġdida gћax ir-rebћa kbira ta’ Kristu hi l-quċċata ta’ dak kollu li Alla seta’ qatt jagћmel.

“Doqqulu bis-sengћa u b’leћen qawwi” (3) Hi teru’ah, jew l-gћajta tal-gwerra, l-gћajta li ssellem l-Arka u lil JHWH is-Sultan ta’ Iżrael. Dan it-terminu daћal wara l-eżilju fil-liturġija solenni; infatti jfakkar ġrajjiet li nsibu fit-tieni Isaija, ir-rabta bejn storja-ћolqien fid-dawl ta’ l-istorja tas-salvazzjoni. Gћalhekk it-tifћir lill-Kelma ћallieqa fid-dawl tal-kelma tal-Ġen. 1 (rakkont saċerdotali).

Is-salm gћandu 22 vers, vers gћal kull ittra ta’ l-alfabett ebrajk.

Kif jinqasam is-Salm?

Stedina gћat-tifћir (vv. 1-5) Jitћabbru ż-żewġ mottivi. Il-ћolqien u l-istorja. Sitt imperattivi: gћannu , faћћru, doqqulu, gћannulu, eċċ. Gћaliex? Ħolqien u storja huma minsuġa fi kwadru wieћed, l-imћabba fidila ta’ Alla (hesed).

Il-Kelma (dabar) vv 6 -9 hi l-bidu ta’ kollox, “gћax (ki) Hu tkellem u hi saret” (9); gћandna hawn tifћir lill-kelma li ћalqet kollox.

“Hieni l-ġens…” gћax min jista’ jifhem moћћ Alla? Il-bniedem ma jifhimhomx, imma Alla wriehom lill-ġens li gћażel b’wirtu. U gћalhekk hu hieni. Alla kellem lill-poplu li Hu gћażel u l-kelma taqdi missjoni fl-istorja.

Il-kelma fl-isfond storiku u eskatoloġiku, jew rebbieћa fuq il-mewt, fuq l-istorja mwegћra tal-bniedem, (il-ġuћ) v 19. Alla hu l-Mulej tal-ћajja u tal-mewt, l-aћћar fruntiera tal-ћajja fejn il-bniedem ma jista’ jagћmel xejn, hu tellief; imma Alla jirbaћ.

Gћeluq. Stedina oћra gћat-tifћir, “ Fih jinsab l-hena tagћna” v 21. Mal-hesed tingћaqad it-tama (jhl).

Is-simboli.

Ngћidu xi ћaġa fuq is-simboli li nsibu fis-Salm.

It-tifћir li jitla’ ’l fuq lejn is-sema hu t-tweġiba gћall-ћidma ta’ Alla Ħallieq u Mulej ta’ l-istorja. Alla jistenna t-tifћir tal-bniedem u jbierek lil min ifaћћru.

Il-Kelma fis-sens teoloġiku tagћha u dak bibbliku. Hu fl-istess ћsieb tar-rakkont saċerdotali ta’ Ġenesi 1, “U qal Alla ”, ir-rabta bejn il-kelma u l-ћolqien, tipika tat-tieni Isaija kif ukoll tal-Ġdid Testment (Ġw. 1, 3; Lh. 1.3; 2 Kor. 4, 6). Il-Kelma turi t-traxxendenza ta’ Alla, Alla ’l fuq mill-maћluq, kif ukoll li m’gћandux x’jaqsam mal-materja, kien qabel saret u kien Hu li gћamilha.

Ruah, nifs fommu: ifakkrek fil-vers, "fuq wiċċ l-ibћra kien jittajjar l-ispirtu ta’ Alla” (Ġen. 1, 2). Hemm ћsieb ieћor aktar qrib; Alla jaћlaq bil-qawwa ta’ kelmtu bћala nifs li jeqred il-forzi moћbija u negattivi, (kaos, serpent, baћћ) u jaћlaq l-eżerċtu tas-sema li hu jmexxi bћal ġeneral kbir u qawwi. Ma ninsewx li l-poplu ta’ Alla kien jgћix fost popli bi twemmin pagan, allat gћal kull ћaġa.

Id-dehra li jara Alla mill-gћoli tas-smewwiet. V 13. L-axis sema-art juri t-traxxendenza ta’ Alla li jara u jaf kollox x’isir fuq l-art. Hekk joћroġ ċar ћsieb Alla, li hu perfett u ћsieb il-bniedem li hu imperfett; il-bniedem ma jasalx biex jagћarfu.

Il-Kosmoloġija. “Ħa tibża’ mill-Mulej l-art kollha” v 8. L-art u l-bnedmin huma sudditi, maћluq mill-Ħallieq. “Bћal f’ġarra l-ilmijiet ġabar” v 7. L-ilmijiet dejjem beżżgћu lill-bniedem bil-mewt u l-qerda tad-dilluvju. Alla jikkontrolla l-ilmijiet ta’ taћt u ta’ fuq: hu mhux biss ћalaq imma jżomm fl-eżistenza il-maћluq.

Eseġeżi.

Salm 33 jinseġ flimkien tlett realtajiet: Alla, id-dinja u l-bniedem. Alla hu fiċ-ċentru u l-bniedem u l-maћluq huma marbutin b’mod li Alla jmexxi biex il-bniedem ikun marbut ma’ ћuh u mal-ћolqien. Jikteb Santucci “It-tifћir li jfawwar bla jaqta’ mis-salmi hu l-okkażjoni biex wieћed jiltaqa’ ma’ sieћbu fl-istess hena li tinsab fit-tifћir. Gћalhekk fl-Hallelujah jingћaqdu ћaġa waћda l-imћabba ta’ Alla u tal-proxxmu.”

Jgћid ir-rabbi Aha’ bar Bizna’ f’isem ir-rabbi Xmun il-Piju :”Kien hemm arpa mdendla fuq is-sodda ta’ David u meta kien jasal nofs il-lejl ir-riћ fuq kien jaqa’ fuqha u ddoqq weћidha . Hu kien dlonk iqum u jaћseb fuq it-Torah sakemm ifeġġ iż-żernieq”. Il-kant liturġiku hu gћanja ta’ mћabba ferrieћa u talb lil Alla.

Il-ġusti (saddiqim) u wara dawk li huma ‘dritti’ (jasar), jew aћjar dawk li huma mogћtija biex jimxu fuq il-preċetti tat-Torah, huma mistiedna biex jgћannu bil-ferћ lill-Mulej. Anke l-kelma ta’ Alla hi dritta (jasar) u ma’ dawn jingћaqad terminu ieћor ta’ l-alleanza, emunah , fedeltа. L-gћemil ta’ Alla hu msejjes fuq l-imћabba fidila lejn il-bniedem (S 19, 9; 104; 148) u fuq id-dritt li ma jafx tagћwiġ u ingann. Gћalhekk v 4 waqt li jkanta l-qawwa tal-kelma jkanta wkoll l-alleanza bejn il-ћallieq u l-maћluq. U f’vers 5 iżid raġuni oћra li gћaliha jixraqlu t-tifћir, l-istorja eżistenzali tal-poplu, ta’ Iżrael. Tlett kelmiet ta’ l-alleanza, sedeqah (ġustizzja li ssalva) mispat (dritt) u hesed (imћabba fidila) ta’ Alla li timla’ l-art v.5.

Id-dinja mhix enerġija dinamika frott ta’ splużjoni li gћaqqdet flimkien dak li naraw u li gћadna ma nifhmux gћal kollox, imma proġett kbir ta’ mћabba fidila ta’ Alla li ћalaqha u jmexxiha lejn skop gћoli u aћћari, S 19.

Hekk is-salm jitlaq biex jinseġ fi kwadru wieћed il-Kelma Ħallieqa ta’ Alla ma’ dik li tmexxi l-istess maћluq u l-istorja. It-tifћir juri r-rabta bejn il-Kelma u l-Ħolqien, u dan hu l-mottiv bibbliku u aktar sapjenzjali ta’ l-innu. Flok gћerf (hokmah) tidћol dabar (kelma). Id-dimensjoni storiko-eskatoloġika insibuha fis-Salmi 119 u 147.

V 6 jfakkar l-ewwel u r-raba’ jum tal-ћolqien. Il-kwiekeb jissejћu l-eżerċtu, li gћalhekk Alla jissejjaћ, Jahweh seba’ot . Niftakru li gћall-orjentali il-kwiekeb kienu allat. Hekk il-Bibbja ġġibhom fix-xejn jew tiddemitizzahom, (minn mit, miti).

V 7 ġarra u mћażen li fihom Alla ġabar l-ilmijiet, sinjal tal-kaos primordjali, jeћduna fit-tieni u t-tielet jum. Alla mhux biss gћamel il-limiti sa fejn jasal l-ilma tal-baћar, talli jikkontrolla kif dan jinżel, f’dilluvju qerried jew xita fejjieda.

V 8. Jidher il-Pantokrator tad-dinja u tal-bniedem li jitbaxxa b’sinjal ta’ qima. U dan gћaliex Alla tkellem v 9 jew it-tema fundamentali. “Isamma’ kelmtu , u jinћall is-silġ, jonfoћ ir-riћ tiegћu u jiġri l-ilma.” (S 147, 18) Fis-Salm 33 jirreferi li permezz tal-Kelma, bin-nifs ta’ fommu sar kollox.

Vv 10-15. Il-Kelma gћandha konnotazzjoni storiko-eżistenzjali; l-istorja kollha ta’ Iżrael hi gћemil tiegћu, jew ir-raison d’etre.

Vv 10 -11. L-esah jew il-fehma tal-Mulej , ir-rieda tiegћu min jista’ jagћrbel? F’Ġob niltaqgћu ma’ dan ir-raġunament. Aћna ma nistgћu qatt ngћidulu; “X’inti tagћmel?”

Imma l-ћsieb u r-rieda jidhru f’dak li naraw u ngћixu aћna. Alla gћandu proġett li jidher fl-istorja, imma l-bniedem dejjem irreżista, gћamel kontra u ipprova jћarbat il-proġett ta’ Alla u jdaћћal tiegћu; ‘ixejjen il-fehmiet tal-ġnus’ v 10.

V 12. Il-proġett ta’ Alla jitwettaq f’poplu li hu hieni gћax l-gћażla gћamlitu l-poplu tal-wirt tiegћu. Il-bażi tat-teoloġija tal-patt tas-Sinaj: “Issa jekk tisimgћu leћni u żżommu l-patt tiegћi, intom tkunu l-wirt tiegћi minn fost il-popli kollha, gћax l-art kollha tiegћi. Intom tkunu gћalija saltna ta’ qassisin u ġens qaddis.” (Eż. 19, 5-6)

Vv 13 – 15. Alla jћaddan l-univers kollu fit-tul , fil-wisa’ u madwar. Alla jgћammar fis-sema u minn hemm iћares u jara, jistћarreġ, isawwar il-qalb u jagћrafha.

V 15, jsawwar u jagћraf. Xi whud jifhmu li Alla jafna wieћed wieћed. Hekk Ġesu’ jgћid: “…u hu jsejjaћ in-nagћaġ tiegћu waћda waћda b’isimhom” (Ġw. 10, 3). Oћrajn jfissru jahad ‘waћdu” jew li, Alla biss jista’ jsawwar u jifhem il-qalb tal-bniedem. Hu x’inhu, s-salmista jiskanta b’din ir-relazzjoni intima mal-Mulej tiegћu.

Vv 16-19. It-tielet strofa – il-Kelma tmexxi l-istorja ta’ l-univers.

Mill-plural jaqleb gћas-singular, protagonista is-Sultan. Il-pjan ta’ Alla hu stabbli u gћal dejjem waqt li dawk tal-bniedem huma destinati biex jiġu fix-xejn, hekk kif is-sultan kemm-il darba qiegћed it-tama tiegћu fuq l-armi, fuq is-saћћa taż-żiemel. Hawn niftakru dak li jgћid Bossuet, predikatur famuż Franċiż, “L-idejn merfugћa ’l fuq fit-talb, jirbћu aktar battalji minn ponnijiet jitfgћu d-daqqiet.”

Isaija jeћodha kontra dawk li riedu assoċjazzjoni ma’ l-Eġittu: “L-Eġizzjani bnedmin huma, m’humiex Alla, u ż-żwiemel tagћhom laћam, u mhux ruћ.” (Is. 31, 3). Il-kwadru ta’ David bl-iżbandola u f’isem Il-Mulej ta’ l-eżerċti u Gulija, ġgant armat sa snienu , jibqa’ l-aqwa xhieda ta’ bniedem li jserraћ fuq kollox u mhux fuq Alla.

Imma kif inhu l-veru re jew Iżrael? (Vv 18-19). ‘Gћajnejn il-Mulej’ simbolu tal-provvidenza ta’ Alla, li hu Sultan kbir u qawwi, gћajnejn ta’ ћallieq fuq kull bniedem imma wkoll gћajnejn ta’ missier li jeћles mill-mewt, jaћji fi żmien il-ġuћ. v 19. Gћajnejn dawk li jittamaw fit-tjieba tiegћu jiltaqgћu ma’ gћajnejn il-Mulej.

Il-mewt u l-ġuћ huma l-antikamra tax-Xeol, u gћalhekk ibeżżgћu mhux ftit. In-nisrani li jitlob bis-salm jittama li bis-saћћa tal-fidi tiegћu fi Kristu Rxoxt jeћles mill-mewt ta’ dejjem u jkun dejjem mal-Mulej. (1 Tess. 4, 17)

Konklużjoni. Vv 20 – 22.

Tistћajjel xi ћadd qed jitlob b’ћarstu fuq l-orizzont jixxennaq gћall-Mulej li ġej u jsejjaћlu biex jagћtih ‘l-gћajnuna’ u jkun ‘tarka’ tal-poplu. Fih il-poplu fidil qiegћed it-tama tiegћu, ‘fl-isem qaddis’ ta’ Alla li hu mal-poplu, u ma jћalli qatt li ismu jkun imkasbar.

"Jien inqaddes ismi l-kbir, imkasbar minnkom fost il-ġnus u l-ġnus ikunu jafu li jiena l-Mulej, meta nuri qdusiti fikom quddiem gћajnejhom” (Eżek. 36, 23).

Din il-fiduċja tibni pont bejn Alla u min jemmen, gћax gћandu ‘qalbu mimlija ferћ’ hu li jistkenn fl-isem tal-Mulej bћal ġo ‘blata’. Hi t-teloġija Dewteronomika:

“Hieni int, ja Iżrael; min hu bћalek, poplu li ћelsek il-Mulej?

Hu t-tarka ta’ gћajnuntek u x-xabla ta’ rebћietek (Dt. 33, 29)

v 21 Hu l-bniedem mitluq gћar-rieda ta’ Alla u gћall-persuna ta’ Alla.

v 22 L-gћeluq tat-Te Deum. It-‘tjieba’ (hesed) tiltaqa’ mat-tama tal-bniedem u jibnu relazzjoni ta’ mћabba li ћadd u xejn ma jkisser. Anzi , l-imћabba ta’ JHWH hi mixћuta bћal mant fuq il-poplu biex iћarsu u jiddefendih.

Hekk jagћlaq dan l-innu ġdid lill-provvidenza ta’ Alla.. Jikteb S. Wistin “Tgћallimtu l-innu l-ġdid: bniedem ġdid, innu ġdid.” Ifakkrek fl-ispirtu ta’ gћana ta’ ferћ ġdid tipiku ta’ S. Pawl: Ef. 4, 22-24, u

“Nitlobkom ћuti, gћall-ћniena ta’ Alla, offru ġisimkom b’sagrifiċċju ћaj, qaddis, jogћġob lil Alla, jiġifieri l-qima spiritwali tagћkom. Timxux max-xejra ta’ din id-dinja, iżda nbidlu skond it-tiġdid ta’ feћmietkom, biex iseћћilkom tagћarfu x’inhi r-rieda ta’ Alla, x’inhu t-tajjeb li jogћġbu, x’inhu perfett.” (Rum. 12, 1-2)

Dun Ġorġ Mangion, illum 4 ta’ Ottubru, 2006

Mill-Kitbiet ta’ Dun ĠorġNisġa