Salm 34 (33)

Gћanja ta’ l-imћabba u l-ġustizzja ta’ Alla

Ħarsu lejh u wiċċkom jiddi bil-ferћ

Hu salm ta’ ‘anaw (vv 3-7) jew ritratt reliġjuż ta’ wieћed mill-fqar ta’ Alla. ‘Anaw, plural ‘Anawim , hu dak li ‘jibża’ mill-Mulej’ (v 8, 10), ‘li jfittex lill-Mulej’ (v 9), ‘li fih jistkenn’ (v 9) ‘il-qaddisin tiegћu’, il-ġusti (16, 20, 22) il-qaddejja (23), dawk b’ qalbhom maqsuma (v 19) li jaraw, wiċċ il-Mulej, imdawwlin, dawk li jaћarbu l-ћażen u jfittxu t-tajjeb. Huma ippersegwitati u jgћajjtu lil Alla.

Hu salm li fil-fond tiegћu ta’ fiduċja u ta’ min hu mitluq, u gћalhekk li jћossu maћbub u jixtieq li kulћadd jesperjenza dan il-ferћ li ġej mill-fidi. Hu espressjoni minn qabel tal-beatitudni evanġelika,“henjin il-fqar.., henjin dawk ippersegwitati...” (Mt. 5, 2, 10).

Hu esperjenza personali ta’ wieћed li qiegћed il-fiduċja tiegћu f’Alla, jew it-teorija tar-retribuzzjoni fil-ћajja tal-fqajjar. Li wieћed jintelaq f’Alla hu gћajn ta’ ferћ u sliem. Dak li gћadda minnu s-salmista, jaqsmu mal-ġemgћa u hekk jagћti messaġġ lil kulћadd, iћeġġeġ lil kulћadd. Alla hu l-waћdieni li jћares il-fqajjar u jimlieh bil-ġid.

Is-salm hu alfabetiku – kull vers jibda’ b-ittra ta’ l-alfabet, alef, bet, ghimel… - stil gћal qalb il-letteratura sapjenzali u gћalhekk isir kemmxejn tqil fl-iżvilupp tal-ћsieb imma jgћin biex iћeġġeġ, jiżviluppa bћal omilija. L-awtur hu bniedem gћaref, iћobb jgћallem, u qed juri lil sћabu l-fqajrin fejn tinsab il-vera ћajja: fittex wiċċ il-Mulej u mhux biss iћarsek, imma jimliek b’kull ġid u sliem (it-Teorija tar-retribuzzjoni).

L-attribuzzjoni lil David u b’riferenza gћall-episodju ta’ David u Abimelek (1Sam. 21, 11-16) tidher imћawwda u mhix probabbli. (Hemm korrezzjoni, Akis melek, Akis re ta’ Gat). Wieћed jifhem gћaliex : l-iskribi kienu jћobbu jorbtu s-salmi ma’ persuni storiċi billi jirreferu gћal ġrajjiet storiċi; dan seta’ sar gћaliex insibu żewg kelmiet ‘ippruvaw’ v 9 u ‘jifirћu’ v 3, li jorbtu s-salm ma’ l-episodju ta’ 1 Sam 21.

Innu liturġiku ta’ Barka.

Mill-ewwel żewġ versi juri li hu innu ta’ tifhir jew ‘tehilla’. Hu talba miftuћa u spontanja, gћanja ferrieћa li tfawwar u tbaqbaq, li tistieden lill-fqajrin, lill-ġusti u lill-qaddisin biex jifirћu. Hu salm ta’ Beraka’ v 2 li bћal dejjem, jiżviluppa ruћu f’żewġ direzzjonijiet: jitlaq minn Alla u jfur fuq il-bniedem, jitla’ ’l fuq lejn Alla mill-bniedem li tbierek biex jerġa’ jintemm f’Alla. Il-kliem juri ż-żewġ movimenti: “Alla jbierek” u “l-bniedem jbierek ’l Alla”. Il-barka hi marbuta sћiћ mal-Liturġija Saċerdotali u mat-Teoloġija Biblika.

Jingћataw żewġ xorta ta’ barka: kostituttiva u dikjarattiva. Dik li toћroġ minn Alla tagћmel il-bniedem hieni; il-barka tal-patrijarki (Ġen 1, 22-28). “Jiena nbierek lil min ibierkek, u nisћet lil min jisћtek, u jitbierku bik it-tribujiet kollha ta’ l-art ”(Ġen. 12, 3, 4) il-barka kbira ta’ Alla fuq Abraham. Il-bniedem li jkun imbierek mill-qassis iwieġeb billi jbierek lil Alla, jiddikjara lil Alla imbierek, u jipproklama l-barka li ġietu fi ġrajjiet ta’ salvazzjoni min-naћa ta’ Alla fl-istorja personali u komunitarja, fil-bnedmin u fl-univers. Mela Salm 34 hu gћaġna ta’ innu, barka u radd il-hajr.

Il-binja tas-salm tinqasam f’żewġ taqsimiet:

L-ewwel taqsima – Berakah-tehillah (Barka u Tifћir) vv 2-3 Sejћa lill-fqar, jew prologu ġenerali li juri x’tip ta’ salm hu dan. Il-protagonista jitkellem fl-ewwel persuna u miegћu jingћaqdu l-fqajrin bћal kor. Wara appell lil dawk li nġabru biex ifaћћru ’l Mulej, v 4 jgћid gћaliex jixraq it-tifћir, u jirrakkonta esperjenza personali (vv 5-8), li ssir ukoll esperjenza ‘ekklesjali’ skond kif titlob it-talba biblika.

It-tieni taqsima tibda bћall-ewwel waћda v 12, sejћa lill-ulied, jew id-dixxipli tal-gћaref. Hu invitatorju li jagћlaq f’vers 22. Fi stil ta’ mistoqsija - tweġiba, gћandna l-parti sapjenzali li tgћolli it-tema tal-fiduċja f’Alla. V 13 hu mistoqsija rettorika jew li ma tistenniex tweġiba, u li tiftaћ l-parti omiletika, vv 16 -19 u 20-22, mibnija fuq kuntrast, il-ġust u l-ћażin, vv 16-22, bil-konklużjoni v 23 il-fiduċja tal-ġust.

Eseġeżi.

Is-salmi huma talba pura u spontanja aktar milli poeżija bla skop: it-talba titwieled minn sejћa li dejjem tqanqal lil Allla biex jagћmel xi ћaġa, jaћdem favur is-salmista… Hu gћalhekk li dan is-salm bћal ћafna gћanjiet oћra, hu salm ta’ tћeġġiġ, ta’ radd il-hajr, jgћallem, hu talba ћerqana.

L-ewwel Strofa. Vv 2-3. Barka u radd il-hajr. Min qed jitlob isejjaћ madwaru lill-fqajrin biex ibierku lil Alla u jipproklama l-barkiet , dak kollu li Alla gћamel miegћu. It-tifћir joћroġ ma’ nifs fommu, v 2, ferћ u hena jdawwruh u jgћolluh bћal sћaba. (S 69)

“Infaћћar l-isem ta’ Alla bl-gћana,

inkabbru b’gћana ta’ radd il-hajr.

Hekk jaraw l-imsejkna u jifirћu;

U tagћmlu l-qalb, intom li tfittxu lil Alla” (31. 33.)

Dawn il-fqajrin jistgћu ikunu nies qrib tas-salmista fit-tiġrib, nies li ġew biex miegћu iroddu hajr, jieћdu sehem fis-sagrifiċċju u fl-ikla komunitarja , kif ukoll il-fqar tat-tempju: “Jieklu l-fqajrin u jixbgћu.” (S 22, 27) “gћax b’sagrifiċċji bћal dawn jitgћaxxaq Alla.” (Lhud 13, 16)

V 4-11 Esperjenza personali hi okkażjoni ta’ sejћa lill-fqajrin, ta’ tћeġġiġ biex jintelqu f’Alla. F’Iżrael mhemmx ġrajja jew talba li fiha ma jidћolx il-poplu kollu: u din hi l-alleanza. Imma l-individwu ma jitlifx il-personalitа tiegћu, u gћalhekk jista’ jipproklama quddiem il-gemgћa kollha dak li Alla gћamel miegћu.

Tlett darbiet jgћid x’gћamel miegћu, vv 5, 7, 8, ‘fittex il-Mulej’, jew mar fit-Tempju biex jitlob, gћadda l-lejl, stenna u mas-sebћ wieġbu (S 3, 5-6). ‘Sejjaћlu fid-dwejjaq’, gћajjatlu, sejjaћ u reġa’ sejjaћ, u l-gћajta tiegћu ma waqgћetx fuq widnejn torox: “Sejjaћtlek u int fejjaqtni” (S 30, 3). ‘L-anġlu ћelsu”. Is-simbolu hu aktar qawwi gћax hu dak ta’ assedju, u eżerċtu ta’ anġli jeћilsuh bil-qawwa ta’ Alla. “Jekk il-Mulej ma jћarisx il-belt, gћalxejn jishar l-gћassies.” (127, 1b)

V 6 “Ħarsu lejh u jiddi bil-ferћ wiċċkom”. Kull min jiġi fit-Tempju u jfittex wiċċ Alla, joqgћod fil-presenza ta’ Alla, jkun imfejjaq mill-gћama tiegћu bћalma Ġesщ fejjaq l-gћama mit-twelid, u jibda’ jara. Hekk kull min jikkontempla u jidћol f’relazzjoni intima jew mistika jagћmel esperjenza li tfejjqu. S 31, 8-9.23 “rajt l-hemm tiegћi…, gћaraft id-diqa ta’ qalbi, qegћdtli fil-wisa’ riġlejja…, smajt leћen it-tћannin tiegћi meta sejjaћt l-gћajnuna tiegћek” . Alla jwieġeb, jeћles, jisma’, isalva, jiddefendi, Alla juri ruћu u jkebbeb fid-dawl u fis-sliem il-fqajrin tiegћu.

It-tieni strofa. Vv 9-11. L-appell lil-fqajrin isir aktar qawwi; ix-xbiha ta’ l-ikel bnin tidћol biex turi li Alla hu realtа li timla’ lill-bniedem fir-realtà tiegћu eżistenzjali (v 9). Xejn ma jonqsu l-‘qaddis” imma l-kburin ‘jiftaqru u jbatu l-ġuћ’. Hu tema tat-teoloġija dewteronomika u ta’ Luqa fil-Magnificat u xejn inqas tal-kuntrast David u Goliat u tal-kantiku ta’ Anna. Ix-xorti tinqaleb minn Alla li hu mћallef ġust. Luqa jiddedika ukoll il-parabbola ta’ l-gћani u Lazzru. “Ibni”, qallu Abraham, ftakar li t-tajjeb tiegћek irċevejtu f’ћajtek; hekk ukoll Lazzru il-ћażin irċevieh f’ћajtu. Imma issa hu hawnhekk qed jitfarraġ, waqt li int qiegћed tbati”. (Lq. 16. 25)

Dan il-kwadru iqiegћed tajbin u ћżiena kontra xulxin u jsejjaћlu ‘hieni’ v 9. Il-fqajjar ‘jistkenn’ ,jew b’fedeltа w imћabba jitwaћћad ma’ Alla fidil u kollu mћabba. Gћandu l-biża’ ta’ Alla v 10, jew jemmen f’Alla traxxendenti. “L-imћabba tћaffilna l-pass waqt li l-biża’ ta’ Alla tgћallimna nqisu fejn nirfsu biex ma naqgћux f’din it-triq kollha ћotob”, tgћid S. Tereża t’Avila. Fit-tielet post hu “qaddis” v 10 , konsagrat lil Alla, imdaћћal fl-isfera ta’ Alla. U fl-aћћar ‘ifittex il-Mulej’ v 11, jew mhux biss jagћmel ir-rieda tiegћu, imma wkoll iqimu u jesperjenzah fil-kult u fit-talb.

Dwar jekk naqrawx ‘is-setgћana’ jew ‘l-gћonja’ f’ v 11, hemm diskussjoni. Hu x’inhu, Alla hu akbar minn kulћadd, bil-bosta aqwa mill-qawwija u s-setgћana ta’ l-art, u jġib fix-xejn il-pjani tal-ћżiena, “iniżżel is-setgћana minn fuq it-tron” (Lq. 1, 52) u jibgћat imġewћin lil min jaћqar u jisfrutta lill-fqajrin.

L-ewwel ittra ta’ Pietru taqbad vers 9, “Duqu u taraw kemm hu tajjeb il-Mulej” u tagћmel midrax, jew omilija fuq il-Magћmudija u/jew l-Ewkaristija. “Bћal trabi tat-twelid, ixxenqu gћall-ћalib safi, il-ћalib tar-ruћ, biex bih tikbru sa ma taslu gћas-salvazzjoni, jekk intom tabilћaqq doqtu kemm hu tajjeb il-Mulej.” (Pt. 2, 2-3) “Tfittex il-Mulej” ifisser, tfittex il-Kelma ta’ Alla fiċ-ċelebrazzjoni tas-Sagramenti biex ikabbar fin-neofiti l-ћajja ġdida li ћadu fis-Sagramenti tal-Magћmudija/Ewkaristija. L-ikel isir parti minna, imma l-ikel tal-Mulej jibdilna fiH.

It-tieni parti (12-22). Lezzjoni sapjenzali gћal kulћadd, jew parenesi, tagћlim u tћeġġiġ ta’ missier lil ibnu, ‘Ejjew uliedi’, mgћallem lid-dixxiplu, anzjan imdawwal lil żagћżugћ bla esperjenza. Hekk ukoll jibda’ l-ktieb tal-Proverbji: “Isma’ ibni kliem missierek” (Pr. 1, 8). U x’jisma? “Il-biża’ tal-Mulej hu l-bidu ta’ l-gћerf” (v 7). “Jekk hemm biża’ li mhux qaddis hu dak ta’ l-infern, dak li jibża’ minn Alla mћallef, hemm biża’ qaddis dak li jqim lil Alla gћal qawwa tiegћu, dak li m’gћandu ebda nuqqas gћax iћobb b’imћabba perfetta.” S. Massimu ta’ Turin.

Wara mistoqsija rettorika v 13, jgћid li l-barka tal-bniedem ġust hi ћajja twila u mimlija ġid, il-liġi tar-retribuzzjoni, ‘jiem twal’. U t-tweġiba tinqasam fi tlieta: id-dnub ta’ l-ilsien, v 14 , “minn ilsien wieћed joћorġu l-barka u s-saћta” (Ġak 3, 11). It-tieni, v. 15, “Aћrab il-ћażin u agћmel it-tajjeb”, (S 37, 27). It-tielet, konsegwenza tat-tnejn l-oћra, “Fittex is-sliem” v 15. Shalom hija l-ġustizzja jew Alla u s-saltna: “Isimgћuni intom li tiġru wara l-ġustizzja; intom li tfittxu ’l Mulej” (Is. 51, 1). L-impenn mitlub hu rabta sћiћa mar-rieda ta’ Alla, mal-pjan ta’ Alla gћalik.

Vv 16-22 huma gћanja parenetika. L-ewwel sezzjoni hi teoloġika, il-ћidma ta’ Alla favur il-ġust. Alla jћares lejn il-ġust (gћajnejn) b’imћabba u lest biex jisma’ (widnejn). Imma Alla jћares mod ieћor lejn il-ћżiena u jġib ruћu bl-aћrax magћhom. (il-korla). It-tifkira tajba jew ћażina tidher fl-ulied. (v 17) Il-ġust hu dejjem meћlus. (v 7 u 18).

V.19. Alla joffri s-salvazzjoni lil dawk niedma, ta’ qalbhom maqsuma v 19. Dawn huma nies umli kif wkoll ippersegwitati u gћalhekk ‘Alla hu qribhom’ u ‘jsalva’ v 19. L-ewwel ittra ta’ Pietru tieћu dawn il-versi 13-17 f’dak il-midrax fuq v 9. Anke Pawlu fl-ittra lir-Rumani jagћmel l-istess f’kap 12, vv 9-19.

Vv 20-22. Ix-xorti aћћarija tal-ġust u tal-midneb; ‘saddiq’ hu aktar minn ġust, hu l-fidil. “Alla jћarislu gћadmu kollu” , ebda ћażen ma jolqtu, invulnerabbli. Il-ġudizzju ta’ Alla kontra l-midneb hi qerda sћiћa, sa l-gћadam: “biex, gћadmi li inti sћaqt” (51, 10). Xi studjużi jorbtu Ġw. 19, 33, 36 ma’ dan is-salm. Oћrajn jaraw f’Ġesù il-Ħaruf ta’ Es. 12, 10 kif ukoll tal-Kantiċi ta’ Isaija. Fil-każ Alla ma ћalliex jitfarrak gћadam Ġesщ gћalkemm ћa fuqu d-dnubiet tagћna u ‘sar dnub gћalina’, gћax kien dak li bata imma innoċenti , “bћal ћaruf kien meћud gћall-qatla” (Is.53, 7) u hekk il-qawmien kien reћba sћiћa u aћћarija. Il-Lhud kienu jevitaw li l-iġsma jkunu mutilati, biex ma jkunx imċaћћda mill-qawmien.

V 22, bћal v 17, jitkellem fuq il-ћażin li hu mitluq gћall-ћażen tiegћu u kastigat mill-istess ћażen. “Il-ћlas tad-dnub hi l-mewt” (Rum. 6, 23). Waqt li Pawlu jitkellem minn teoloġija u eskatoloġija tal-mewt, il-mewt ta’ dejjem, jew it-telfien, is-salmista jitkellem mill-mewt tal-ġisem, mewt qabel iż-żmien. Il-ћażin, “dak li jobgћod il-ġust”, jieћu l-kundanna.

V 23 hu x’aktarx żjieda biex is-salm ma jispiċċax fuq nota negattiva. Jerġa’ jipproponi t-tema tal-ftuћ: l-imћabba, il-ћlewwa u l-ћarsien ta’ Alla gћall-ġusti, il-qaddisin, il-fqajrin, il-qaddejja, l-aћћar u l-aqwa titlu gћall-ћbieb il-kbar ta’ JHWH. Abraham, Mosи, David, il-Qaddej tal-Kantiċi ta’ Isaija, Marija kienu dawk li ћadmu mill-qrib ma’ Alla fit-twettiq tal-pjan tas-salvazzjoni. Min-naћa tiegћu Alla ma jibqax indifferenti quddiem il-ġrajjiet ta’ tbatija tagћhom u jinżel biex jeћlishom billi jifdihom bћal f’dak il-lejl ta’ l-Gћid meta ћeles l-ulied Ġakobb mill-jasar ta’ l-Eġittu. L-gћamil ta’ Alla difensur (go’el) hu favur l-istess ћajja, ‘nefes’. L-istess jagћmel mal-fqajrin, l-‘anawim’, jagћtihom ћelsien minn mewt qabel iż-żmien, ma jћallihomx jinżlu fix-Xeol, jagћtihom ћelsien fiżiku sћiћ sinjal ta’ ћelsien sћiћ. L-aћћar kelma hi, kelma ta’ fiduċja u tama sћiћa f’Alla.

Dun Ġorġ Mangion, illum 3 ta’ Novembru 2006

Mill-Kitbiet ta’ Dun ĠorġNisġa