Salm 38
Talba ta’ midneb ma
ћkum mill-mardIrejjћu u jdennu l-ġrieћi tiegћi
Marda mill-agћar u misterjuża ћakmet is-salmista li jiftaћ kollezzjoni żgћira ta’ salmi penitenzjali, 38-41. Il-marda, fid-dawl tat-teorija tar-retribuzzjoni, qed jgћixha bћal sinjal tal-ġudizzju divin u gћalhekk jieћu l-okkażjoni biex jgћarbel il-kuxjenza tiegћu jekk hux ћati ta’ xi dnub. U hekk minn talba ta’ marid gravi jgћaddi gћall-istqarrija tad-dnub. Iћoss il-korla ta’ Alla tagћfas fuqu, v 2; u kien gћalhekk li l-Knisja Kattolka gћażlet is-salm bћala wieћed mis-salmi penitenzjali, waqt li l-Lhud kienu jużawh fil-liturġija tas-sagrifiċċju ta’ azkarah, rit tal-ћruq ta’ offerti ta’ ћxejjex skond Lev. 2 .
Fil-ћsieb hu qrib S 6, u S 37 fit-tagћlim dwar Alla; hu talba ta’ marid ћati, talba gћal kull min bћalu jћossu magћfus min-niket u jeћtieġlu jagћmel penitenza. Billi hu magћmul minn 22 vers, jidher li kien salm akrostiku, kull vers jibda b’ittra ta’ l-alfabett. Salm u talba li fil-qalba tiegћu gћandu tbatija serja li minn S. Ġlormu hi l-lebbra, marda li barra t-tbatija u l-kruha fiżika kienet tfisser tinqata’ mis-soċjetà kif juru l-Vanġeli. Is-salmista jixbah lil Ġob, mimli "bi nfafet qalila minn qiegћ riġlejh sal-qorriegћa ta’ rasu" (2, 7). Iћoss li hu miċћud u mwarrab minn kulћadd, u hemm min qed japprofitta ruћu minn din il-qagћda tiegћu ta’ tbatija u stmerrija.
Kif jinqasam
Ħames punti joћorġu mill-kompożizzjoni:
1. L-antifona tad-dћul tagћti atmosfera ta’ biża’ quddiem il-korla ta’ JHWH v 2.
2. Ilment twil u bla faraġ ta’ bniedem marid bil-pjagi miftuћa u jrejjћu, b’qalb maqtugћa ta’ wieћed riesaq lejn il-qabar.
3. Il-marda hi meqjusa bla kastig tad-dnub, Alla jwaddab il-vleġeġ u stqarrija bla ma taqta’ tad-dnub li bћal mewġ, jgћarraq.
4. Il-mibgћeda tal-bnedmin li mhux biss telquh ћbiebu, talli jistmerru l-marda tiegћu u hu jinsab abbandunat.
5. Madankollu bћala bniedem bibliku, gћalkemm fit-tbatija u qalbu maqtugћa, hu miftuћ gћat-tama ta’ gћajnuna u ћelsien
I. Wara daћla v 2 li tixbah lil S 6, 2, daћla tas-soltu ,
II. It-talba l-kbira vv 3-21, bi tlett protagonisti
Inti jew Alla; vv 3-4
Jiena, jew il-marid u midneb; vv 5-11
Huma jew l-gћedewwa; vv 12 -15
Jiena lilek; vv 16-19
Huma jew l-gћedewwa: vv 20-21
Antifona ta’ l-aћћar vv 22-23, bћal S 35, 22-23 (ara wkoll S. 22, 2.12).
Simboli.
Gћalkemm jingћad li hu "Ta’ David. B’ tifkira", diffiċli tgћid x’inhu l-kuntest jew Sitz im Leben: bniedem marid u midneb ma jindika ebda żmien preċiż. Imma s-simboli użati huma antiki ћafna : Alla li jwaddab il-vleġeġ v 3 hu l-alla tal-Kangћanin, Nergal tal-Mosopotamja, Apollo l-gwerrier ta’ Ruma. Resef tal-vleġġa tar-raba’ seklu Q.K. li skond Dahood hu simbolu biex juri lil poplu lhudi li hemm Alla wieћed u hu jibgћat il-mard. "Telaq il-vleġeġ tiegћu u xerridhom, gћamel il-beraq u ћarrabhom" S 18,15.
Ġob ukoll jgћid: "Gћax weћlu fija l-vleġeġ ta’ Xaddaj". 6, 4. "Dawwarni minn kull naћa bil-vleġeġ tiegћu" 16, 13, "bћal gwerrier intafa’ fuqi" 16, 14.
Simbolu ieћor huwa l-piż, "toqol kbir jagћfas fuqi" v 5, "Mifni nћossni u mfarrak" v 9. Il-kuntest hu dejjem id-dnub u l-mard, jew tbatija fiżika. Ifakkrek fil-kliem ta’ Kajjin: "Il-kastig tiegћi kbir wisq biex nerfgћu." (Ġen 4, 13) bћala idea u bћala xbiha l-Qaddej ta’ JHWH:
"Iżda hu rafa’ fuqu l-mard tagћna,
tgћabba bin-niket tagћna, …
Iżda hu kien miġruћ minћabba fi dnubietna
Gћas-saћћa tagћna waqa’ l-kastig fuqu" (Is. 53, 4-5).
Is-salmista hu misћuq gћax il-ћażen tela’ "’l fuq minn rasi" v 5, jew hu bћal mewġ gћoli ta’ tajn li jgћattih; id-dilluvju ta’ Ġen. 6. Taћt il-piż ta’ id Alla, ta’ dnubietu u tal-mewġ qerrieda, hu ‘mifni u milwi’ jew il-qagћda ta’ min qed jibki mejjet jew qed jagћmel penitenza, bniedem umiljat u mxejjen (ara S 35, 13-15). Il-kruha tal-marda tal-lebbra tinћass matul is-salm kollu, kemm dak li jћoss f’ġismu vv 8-9, kemm il-ġiri ’l hawn u ’l hinn, bniedem bla mistrieћ, ikkundannat biex jaћrab in-nies u jgћajjat "jien imniġġes" v 12. Il-qagћda ta’ Ġob meta l-qraba jsiru l-imbegћda quddiem din il-pjaga tal-lebbra; u din hi mewt morali. U din hi lamentazzjoni fiha nfisha, lamentazzjoni li saret laћam fi stat ta’ taћsir f’talba ћerqana lil Alla.
Eseġeżi.
Il-vers tal-ftuћ v 2, vers li jidher f’salmi oћra, juri li l-korla ta’ Alla gћall-midneb hi bi skop ta’ tagћlim u taћriġ. Hi t-teżi ta’ Elihu f’Ġob 32-37, u fil-Bibbja kollha. Hemm sens ta’ ћtija u fit-tbatija kif ukoll l-id ta’ Alla edukatur. Isejjaћ lil Alla biex juri ћniena miegћu misћuq kif inhu, meta l-prova hi hekk iebsa gћalih, bniedem fraġli.
It-talba l-kbira. (vv 3-21)
Tlett persunaġġi jidћlu f’xulxin f’dan il-kwadru: il-‘Jien’ tas-salmista, l-‘Int’ ta’ Alla, u ix-xi-ћaġa misterjuża tal-ћażen u l-gћedewwa.
Is-salmista kollu mbeżżgћa u jitriegћed, jipprotesta ma’ Alla li hu bћal wieћed armat bil-vleġeġ biex iwaddabhomlu v 3. L-gћadab ta’ Alla jisћaq lill-marid-midneb v 4; hu ћażen li jitkellem waћdu u aqwa minn dak ta’ Ġob, gћax dan jisћaq ma’ Alla li t-tbatija tiegћu mhix minћabba d-dnub billi jћossu ‘ġust’ quddiem Alla. Mhux hekk is-salmista li fil-fond jaf li l-qagћda traġika tiegћu hi minћabba d-dnub u gћalhekk l-gћadab ta’ Alla.
Vv 5-11 huma kwadru tat-tbatija-dnub; tbatija fiżika u l-misteru ћtija v 5 fil-qalba tagћha. Minћabba t-toqol li jagћfas fuqu v 5, u jinsab milwi v 7, jew ћiereġ mit-triq it-tajba biex jintilef fi triq li ma twassal imkien. It-toroq tad-dnub iwasslu fit-telfien bћal ma rajna kliem Kajjin (Ġen 4, 13) u Is. 1, 4 "ġens midneb...telqu l-Mulej…nġibdu lura minnu". "Id-dnub ta’ Ġuda miktub b’pinna tal-bronż u b’ponta tad-djamant minqux…" (Ġer. 17,1). Id-dnub, bћal qawwa (nemesi) li ddur kontra min jagћmlu, isir ġenn qattiel tiegћu innifsu: hu aktar minn ћażen morali u soċjali.
Il-qerda tal-ġisem v 6, ‘ћtija tal-bluha’ tiġi minn barra u tmermer lill-midneb minn ġewwa, tibda mill-ġilda mimlija ‘ġrieћi jrejjћu u jdennu’ u twassal biex ‘tilwi u tifni gћall-aћћar’ v 7. Ġenbejja, (il-kliewi, prinċipju tal-ћajja) v 8, hu l-bniedem eżistenzjali, u gћalhekk anqas biss jiflaћ jgћix aktar, hu sfinit , qabda gћadam qrib ix-Xeol v 9.
It-talba tasal fl-aqwa tagћha f’v 10, idur lejn Alla bix-xewqa u t-tnehid. Dan jagћmlu salm penitenzjali, talba mimlija fidi, intimità u ћlewwa lil Min lest bil-vleġeġ; wara l-id tqila ta’ Alla hemm qalb ta’ missier li jsalva u jeduka u ta’ tabib li jfejjaq u jopera.
Idur lejn l-gћedewwa v 12-15. Hu bћad-djalgu-skontru bejn Ġob u ћbiebu. Jinћallu r-rabtiet ta’ ћbiberija u ‘ћbiebi u sћabi jitgerrxu minni’ v 12. Mottiv li spiss insibu fil-Bibbja, bћal "Gћalkemm telquni missieri u ommi, il-Mulej jilqagћni gћandu" S 27, 10. Dawn saru gћedewwa lesti biex jumiljawh, telquh u stmerrewh, v 13 u hu sar bћal wieћed mejjet, la jisma’ u anqas jitkellem, v 14. Mhux bћal Ġob li jissokta jafferma l-ġustizzja tiegћu quddiem Alla u ћbiebu li saru gћedewwa. Ifakkrek fil-Qaddej ta’ JHWH, "Ħaqruh, u hu qagћad gћalihom, bla biss ma fetaћ fommu" Is. 53, 7. Bћal Kristu li, "meta gћajjruh, ma weġibx bit-tagћjir; meta bata’ ma heddidx, imma ћalla f’idejn l-Imћallef ġust" 1 Pt, 2, 23. Mhix ir-reżistenza passiva ta’ Ghandi, li mhix nisranija, imma dik ta’ Kristu, "Gћax fik, Mulej jien nittama" v 16.
Mhux miexi mal-liġi tat-taljun gћax din ma tafx b’maћfra, imma bit-tama. Gћalhekk jintefa’ b’gћajta f’dirgћajn Alla waqt li jistenna tweġiba li fiha jkollu messaġġ ta’ maћfra u ћelsien, kif ukoll kundanna ta’ l-gћedewwa li diġà ċert minnha v 17. Gesù msallab kien imdawwar mill-gћedewwa jiddieћku bih: "Hekk ukoll il-qassisin il-kbar bdew jiddieћku bih bejniethom u mal-kittieba…" (Mk. 15, 31). Alla se jidћol gћalih gћax wasal biex jaqa’ v 18, jew jinżel fix-Xeol, u hemm jgћib gћal dejjem minn quddiem Alla, u gћal raġuni teoloġika, dnubietu quddiem gћajnejh. L-istess rabta bejn dnub u kastig ta’ S 51, 5,
"id-dnub tiegћi dejjem quddiemi".
V 19 Stqarrija tal-midneb, raġuni oћra gћaliex ċert li Alla se jisimgћu u jidћol gћalih. U hekk is-salm jasal gћall-gћeluq. Dawn l-gћedewwa ‘gћal xejn b’xejn’ bagћduh, żdiedu fil-gћadd u fis-saћna tagћhom kontrih, mhux biss gћax gћamel ‘jimxi sewwa’ quddiem Alla imma wkoll gћax nidem u dar lejn Alla (vv 20-21). Sa hawn hu salm liturġiku, u l-antifona ta’ l-aћћar, appell personali ћafna lil Alla biex ma jitilqux, jagћmlu salm klassiku ta’ supplika. ‘Titbegћidx minni’ v 22 biex ‘tfittex tgћinni’.
Gћalhekk hu talba ta’ Knisja ta’ midinbin, jew li tagћraf li hi midinba u ddur lejn is-Salvatur waћdieni. "Jekk ngћidu li m’gћandniex dnub, nkunu qegћdin inqarrqu bina nfusna u l-verità ma tkunx fina. Jekk nistqarru dnubietna, hu fidil u ġust hekk li jaћfrilna dnubietna u jnaddafna minn kull ћażen." (1 Ġw. 1, 8-9).
Dun Ġorġ Mangion, illum 12 ta’ Jannar 2007
Mill-Kitbiet ta’ Dun Ġorġ – Nisġa